Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1623

    1623/2006/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1623/2006 tas- 17 ta’ Ottubru 2006 li jħassar ir-Regolament (KE) No 7/2005 li jadotta miżuri awtonomi u transitorji sabiex tinfetaħ kwota tariffarja Komunitarja għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Isvizzera

    ĠU L 302, 1.11.2006, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 547–548 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1623/oj

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    547


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1623/2006

    tas-17 ta’ Ottubru 2006

    li jħassar ir-Regolament (KE) No 7/2005 li jadotta miżuri awtonomi u transitorji sabiex tinfetaħ kwota tariffarja Komunitarja għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Isvizzera

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004, il-Komunità u l-Isvizzera qablu li jadattaw il-konċessjonijiet tariffarji stabbiliti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar kummerċ fiprodotti agrikoli (1), (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. B’mod partikolari, huma qablu li jemendaw l-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim, li elenkaw il-konċessjonijiet sabiex iwessgħu l-kwota tariffarja Komunitarja mingħajr dazzju biex din tkopri prodott ġdid, indivja tat-tip witloof, bil-kodiċi NM 0705 21 00.

    (2)

    Sakemm issir l-emenda formali, il-Komunità u l-Isvizzera qablu li jipprevedu l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet li ġew adattati, mill-1 ta’ Mejju 2004, fuq bażi awtonoma u transitorja.

    (3)

    Sabiex jiġi assigurat li l-benefiċċju tal-kwota għall-prodotti bil-kodiċi NM 0705 21 00 ikun disponibbli mill-1 ta’ Mejju 2004, ġiet prevista, għall-perijodu transitorju, kwota tariffarja Komunitarja awtonoma u ġdida limitata għal dawk il-prodotti, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 7/2005 tat-13 ta’ Diċembru 2004 li jadotta miżuri awtonomi u transitorji sabiex tinfetaħ kwota tariffarja Komunitarja għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Isvizzera (2).

    (4)

    L-Anness 2 għall-Ftehim, kif addattat bid-Deċiżjoni Nru 3/2005 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura, imwaqqaf permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tad-19 ta’ Diċembru 2005 dwar l-adattament, wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea, ta’ l-Annessi 1 u 2 (3), jistabbilixxi kwoti tariffarji mwessgħin sabiex ikopru l-prodotti tal-kodiċi NM 0705 21 00.

    (5)

    L-Anness 2 tal-Ftehim huwa implimentat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1630/2006 tal-31 ta’ Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 933/2002 li jibda u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Isvizzera (4) b’effett mill-1 ta’ Settembru 2006.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 7/2005 għalhekk għandu jiġi mħassar b’effett mill-istess data,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 7/2005 qiegħed jiġi mħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2006.

    Dan ir-Regolament huwa vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 17 ta’ Ottubru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. TUOMIOJA


    (1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

    (2)  ĠU L 4, 6.1.2005, p. 1.

    (3)  ĠU L 346, 29.12.2005, p. 33.

    (4)  ĠU L 302, 1.11.2006, p. 43.


    Top