This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1557
Commission Regulation (EC) No 1557/2006 of 18 October 2006 laying down detailed rules for implementing Council Regulation (EC) No 1952/2005 as regards registration of contracts and the communicaiton of data concerning hops
1557/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1557/2006 tat- 18 ta'Ottubru 2006 dwar il-modalitajiet tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-kuntratti u l-komunikazzjonijiet tad-data fis-settur tal-ħops
1557/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1557/2006 tat- 18 ta'Ottubru 2006 dwar il-modalitajiet tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-kuntratti u l-komunikazzjonijiet tad-data fis-settur tal-ħops
ĠU L 288, 19.10.2006, p. 18–20
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 151–153
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 10/07/2017; Imħassar b' 32017R1185
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31973R0776 | ||||
Repeal | 31975R1375 | ||||
Implicit repeal | 31977R0209 | 22/10/2006 | |||
Implicit repeal | 31977R1516 | 22/10/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32006R1557R(01) | (CS) | |||
Modified by | 32011R0173 | abolizzjoni | anness | 01/03/2011 | |
Modified by | 32011R0173 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 01/03/2011 | |
Repealed by | 32017R1185 | 11/07/2017 |
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
151 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1557/2006
tat-18 ta'Ottubru 2006
dwar il-modalitajiet tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-kuntratti u l-komunikazzjonijiet tad-data fis-settur tal-ħops
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 tat-23 ta’ Novembru 2005 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 1696/71, (KEE) Nru 1037/72, (KEE) Nru 879/73 u (KEE) Nru 1981/82 (1), u b'mod partikolari r-raba' u l-ħames inċiż tal-Artikolu 17 tiegħu,
Billi:
(1) |
B'riżultat tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005, inħtieġ, għall-fini ta' ċarezza u razzjonalità, it-tħassir tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 776/73 tal-20 ta’ Marzu 1973 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ kuntratti u komunikati ta’ informazzjoni għal dak li jirrigwarda l-ħops (2), u s-sostituzzjoni tiegħu permezz ta' test ġdid. |
(2) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005 jeħtieġ li l-kuntratti kollha tal-konsenji tal-ħops prodotti fil-Komunità li jkunu konklużi bejn produttur jew assoċjazzjoni ta' produtturi u xerrej, ikunu rreġistrati. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-modalitajiet ta' tali reġistrazzjoni. |
(3) |
Il-konsenji mwettqa skont il-kuntratti konklużi bil-quddiem, previsti fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005, jistgħu, partikolarment fir-rigward tal-kwantità, ma jikkorrispondux mad-dispożizzjonijiet miftiehma. Għaldaqstant huwa neċessarju, sabiex ikun hemm dettalji preċiżi tat-tpoġġija fis-suq tal-ħops, illi dawn il-konsenji wkoll ikunu rreġistrati. |
(4) |
Sabiex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni ta' kuntratti konklużi bil-quddiem huwa neċessarju li jiġi pprovdut illi dawn għandhom ikunu konklużi bil-miktub u komunikati lill-korp maħtur minn kull Stat Membru. |
(5) |
Fil-każ ta' kuntratti mhux konklużi bil-quddiem huwa xieraq, fin-nuqqas ta' dokumenti oħra li jevidenzjaw dan, illi jkunu rreġistrati abbażi ta' kopji tal-fatturi riċevuti tal-konsenji li jkunu saru. |
(6) |
L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005 jipprevedi li l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun ikkomunikata reċiprokament bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-modalitajiet ta' tali komunikati. |
(7) |
Fl-Irlanda ma għadx hemm produzzjoni tal-ħops, hu meħtieġ, għall-finijiet ta' ċarezza u razzjonalità, li jitħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1375/75 tad-29 ta' Mejju 1975 dwar id-dispożizzjonijiet ta’ għarfien għall-gruppi produtturi tal-hops fl-Irlanda (3). |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħops, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Huma biss il-kuntratti li jikkonċernaw il-ħsad tal-ħops fit-territorju tal-Istati Membri li huma soġġetti għar-reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005.
Artikolu 2
Il-korp maħtur minn Stat Membru skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005 għandu jirreġistra l-konsenji kollha mwettqa u jiddistingwi bejn il-kuntratti konklużi bil-quddiem previsti fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament imsemmi u l-kuntratti l-oħra.
Artikolu 3
Il-kuntratti konklużi bil-quddiem iridu jkunu konklużi bil-miktub. Għandha tiġi komunikata mill-produttur jew grupp ta' produtturi rikonoxxut, kopja ta' kull kuntratt konkluż bil-quddiem lill-korp previst fl-Artikolu 2, fi żmien xahar mill-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti l-oħra li mhux konklużi bil-quddiem għandha ssir abbażi ta' kopja tal-fattura rċevuta li trid tiġi komunikata mill-bejjiegħ lill-korp previst fl-Artikolu 2.
Il-bejjiegħ jista' jikkomunika dawn il-kopji kif u meta jsiru l-konsenji inkella kollha flimkien, iżda jrid fi kwalunkwe każ jikkomunikahom sal-15 ta' Marzu.
Artikolu 5
Għal kull ħsad, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni b'mod elettroniku l-informazzjoni prevista fl-anness, mhux aktar tard mill-15 ta' April tas-sena ta' wara s-sena tal-ħsad konċernata.
Artikolu 6
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 776/73 u (KEE) Nru 1375/75 huma abrogati.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta'Ottubru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 317, 3.12.2005, p. 29.
(2) ĠU L 74, 22.3.1973, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1516/77 (ĠU L 169, 7.7.1977, p. 12).
(3) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 27.
ANNESS
ĦOPS: Kuntratti konklużi bil-quddiem u rendikont tal-ħsad
Informazzjoni li trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-15 ta' April tas-sena ta' wara s-sena tal-ħsad konċernata
|
Il-ħsad: ... |
|
Stat Membru dikjaranti: ... |
|
Ħops morr |
Ħops aromatiku |
Total |
||
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
||
|
|
|
|
||
2. KONSENJI TA' ĦOPS: |
|||||
2.1. Taħt kuntratti konklużi bil-quddiem |
|||||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
2.2. Taħt kuntratti oħra |
|||||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
4. AĊIDU ALFA: |
|||||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
5. ERJA TA' ĦOPS (f'ettari): |
|||||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
(1) Prezz tal-farm.
(2) L-Istati Membri li jużaw il-munita nazzjonali tagħhom għandhom japplikaw ir-rata tal-kambju kif tkun fl-1 ta' Jannar tas-sena li jmiss wara l-ħsad.