This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1179
Commission Regulation (EC) No 1179/2006 of 1 August 2006 amending Regulation (EC) No 1251/96 opening and providing for the administration of tariff quotas in the poultrymeat sector
1179/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/2006 ta’ l- 1 ta'Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur
1179/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/2006 ta’ l- 1 ta'Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur
ĠU L 212, 2.8.2006, p. 7–11
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 358–362
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0533
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31996R1251 | Sostituzzjoni | anness 3 | 01/07/2006 | |
Modifies | 31996R1251 | Sostituzzjoni | anness 1 | 01/07/2006 | |
Modifies | 31996R1251 | Sostituzzjoni | anness 2 | 01/07/2006 | |
Modifies | 31996R1251 | Sostituzzjoni | anness 4 | 01/07/2006 | |
Modifies | 31996R1251 | Emenda | artikolu 2 | 01/07/2006 | |
Modifies | 31996R1251 | Tlestija | artikolu 5.1 | 01/07/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32007R0533 | 01/06/2007 |
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
358 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1179/2006
ta’ l-1 ta'Awwissu 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 (1) dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/96 (2) jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur |
(2) |
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 (3), li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (4), jipprovdi għal żieda fil-kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni tal-laħam tat-tjur, erga omnes, ta' 49 tunnellata ta' ċerti karkassi tat-tiġieġ frisk, imkessħa jew iffriżati, ta' 4 070 tunnellata ta' qatgħat tat-tiġieġ friski, imkessħa jew iffriżati, ta' 1 605 tunnellata ta' qatgħat ta' tjur u ta' 201 tunnellata għal-laħam tad-dundjan frisk, imkessaħ jew iffriżat. |
(3) |
Biż-żieda fil-kwota tariffarja għall-qatgħat tat-tjur m'għadx hemm il-ħtieġa għall-miżura li hemm provvediment għaliha fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1251/96. |
(4) |
Minħabba l-adeżjoni probabbli mill-1 ta' Jannar 2007 tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, ikun għaqli jekk jingħata perjodu differenti għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-ewwel tliet xhur tas-sena 2007. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1251/96 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1251/96 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, għandu jitħassar it-tieni paragrafu. |
(2) |
Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Għall-perjodu mill-1 Jannnar sal-31 ta' Marzu 2007 l-applikazzjonijiet tal-liċenzja għandhom jiġu ppreżentati matul l-ewwel ħmistax ta' Jannar 2007.” |
(3) |
L-Annessi huma sostitwiti bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 1 ta'Awwissu 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 679/2006, ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 136. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2001 (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 24).
(3) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.
(4) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.
ANNESS
ANNESS I
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Il-Kodiċi tan-NM |
Rata ta' dazju applikabbli (EUR/tunnellata) |
Kwantitajiet annwali (il-piż tal-prodotti f'tunnellati) |
P 1 |
09.4067 |
0207 11 10 |
131 |
6 249 |
0207 11 30 |
149 |
|||
0207 11 90 |
162 |
|||
0207 12 10 |
149 |
|||
0207 12 90 |
162 |
|||
P 2 |
09.4068 |
0207 13 10 |
512 |
8 070 |
0207 13 20 |
179 |
|||
0207 13 30 |
134 |
|||
0207 13 40 |
93 |
|||
0207 13 50 |
301 |
|||
0207 13 60 |
231 |
|||
0207 13 70 |
504 |
|||
0207 14 20 |
179 |
|||
0207 14 30 |
134 |
|||
0207 14 40 |
93 |
|||
0207 14 60 |
231 |
|||
P 3 |
09.4069 |
0207 14 10 |
795 |
2 305 |
P 4 |
09.4070 |
0207 24 10 |
170 |
1 201 |
0207 24 90 |
186 |
|||
0207 25 10 |
170 |
|||
0207 25 90 |
186 |
|||
0207 26 10 |
425 |
|||
0207 26 20 |
205 |
|||
0207 26 30 |
134 |
|||
0207 26 40 |
93 |
|||
0207 26 50 |
339 |
|||
0207 26 60 |
127 |
|||
0207 26 70 |
230 |
|||
0207 26 80 |
415 |
|||
0207 27 30 |
134 |
|||
0207 27 40 |
93 |
|||
0207 27 50 |
339 |
|||
0207 27 60 |
127 |
|||
0207 27 70 |
230 |
ANNESS II
Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/96
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej — DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Unità D.2 — Implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq
Is-settur tal-laħam tat-tjur
Applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni b'dazju mnaqqas GATT |
Data: |
Perjodu: |
|
Stat Membru: |
|
Mingħand: |
|
Persuna li tista' tiġi kkuntattjata: |
|
Telefon. |
|
Faks.: |
|
Min qed jirċievi n-notifika: AGRI.D.2 |
|
Faks: + 32 2 292 17 41 |
|
indirizz tal-posta elettronika: AGRI-IMP-POULTRY@ec.europa.eu |
Numru tas-serje |
Kwantità li ssir applikazzjoni għaliha (il-piż tal-prodotti f'kg) |
|
|
ANNESS III
L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/96
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej — DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Unità D.2 — Implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq
Is-settur tal-laħam tat-tjur
Applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni b'dazju mnaqqas GATT |
Data: |
Perjodu: |
Stat Membru:
Numru tas-serje |
Kodifiċi NM |
Applikant (Isem u Indirizz) |
Il-kwantità (il-piż tal-prodotti f'kg) |
|
|
|
|
ANNESS IV
L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/96
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej — DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Unità D.2 — Implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq
Is-settur tal-laħam tat-tjur
NOTIFIKA DWAR L-IMPORTAZZJONIJIET ATTWALI
|
Stat Membru: |
|
Applikazzjoni tal-Artikolu 5(8) tar-Regolament (KE) Nru 1251/96 |
|
Kwantità tal-prodotti (skont il-piż tal-prodotti f'kg) attwalment importati: |
|
Min qed jirċievi n-notifika: AGRI.D.2 |
|
Faks: + 32 2 292 17 41 |
|
indirizz tal-posta elettronika: AGRI-IMP-POULTRY@ec.europa.eu |
In-Nru tal-Ordni |
Kwantità li attwalment iddaħħlet għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa |
Il-pajjiż tal-oriġini |
|
|
|