This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1031
Commission Regulation (EC) No 1031/2006 of 4 July 2006 implementing Regulation (EC) No 808/2004 of the European Parliament and of the Council concerning Community statistics on the information society (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2006 ta' l- 4 ta' Ġunju 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2006 ta' l- 4 ta' Ġunju 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 186, 7.7.2006, p. 11–26
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 119–134
(MT)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogated in | 32013R0082 | artikolu 11 P.1 | 19/02/2013 |
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
119 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1031/2006
ta' l-4 ta' Ġunju 2006
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu (1)
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni. |
(2) |
Skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 jinħtieġu miżuri ta’ implimentazzjoni biex tiġi ddeterminata d-data li trid tiġi pprovduta għat-tħejjija ta’ l-istatistika ddefinita fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħha. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-data li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni kif stipulat fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tkun kif hemm speċifikat fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta' Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.
(2) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.
ANNESS I
Modulu 1: L-impriżi u s-soċjetà ta’ l-informazzjoni
1. IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM
(a) Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2007, magħżula mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma dawn li ġejjin:
— |
Sistemi ta’ l-ICT u l-użu tagħhom fl-impriżi; |
— |
L-użu ta’ l-Internet u netwerks oħrajn elettroniċi mill-impriżi; |
— |
proċessi e-Kummerċ u e-Negozju; |
— |
Kompetenza fl-ICT fl-unità ta’ impriża u d-domanda għall-ħiliet fl-ICT. |
(b) Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin marbuta ma’ l-impriżi:
Sistemi ta’ l-ICT u l-użu tagħhom fl-impriżi;
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi kollha:
— |
L-użu tal-kompjuter |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li jużaw il-kompjuters:
— |
(Mhux obbligatorju) Perċentwali ta’ persuni impjegati li jużaw il-kompjuters ta’ l-anqas darba fil-ġimgħa. |
— |
L-eżistenza tal-LAN mingħajr wajers |
— |
L-eżistenza tal-LAN ibbażat fuq il-wajers |
— |
L-eżistenza ta’ l-Intranet |
— |
L-eżistenza ta’ l-Extranet |
— |
L-eżistenza ta’ sistema ta’ l-IT li tamministra t-tqegħid u/jew ir-riċezzjoni ta’ l-ordnijiet |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għal impriżi li għandhom sistema ta’ l-IT li tamministra t-tqegħid u/jew ir-riċezzjoni ta’ l-ordnijiet:
— |
Sistema ta’ l-IT litamministra l-ordnijiet marbuta ma’ sistema interna għal ordnijiet mill-ġdid ta’ provvisti ġodda |
— |
Sistema ta’ l-IT li tamministra l-ordnijiet marbuta ma’ sistemi ta’ fatturazzjoni u pagament |
— |
Sistema ta’ l-IT li tamministra ta’ l-ordnijiet marbuta ma’ sistema ta’ amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ produzzjoni, loġistika jew servizz |
— |
Sistema ta’ l-IT li tamministra l-ordnijiet marbuta mas-sistemi kummerċjali tal-fornituri |
— |
Sistema ta’ l-IT li tamministra l-ordnijiet marbuta mas-sistemi kummerċjali tal-klijenti |
L-użu ta’ l-Internet u netwerks oħrajn elettroniċi mill-impriżi
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li jużaw il-kompjuters:
— |
Aċċess għall-Internet |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li għandhom aċċess għall-Internet:
— |
Perċentwali ta’ persuni impjegati li jużaw kompjuters li għandhom il-World Wide Web ta’ l-anqas darba f’ġimgħa |
— |
Konnessjoni ma’ l-Internet: Modem tradizzjonali |
— |
Konnessjoni ma’ l-Internet: ISDN |
— |
Konnessjoni ma’ l-Internet: DSL |
— |
Konnessjoni ma’ l-Internet: Konnessjoni fissa oħrama’ l-Internet |
— |
Konnessjoni ma’ l-Internet: Konnessjoni mowbajl |
— |
Użu ta’ l-internet għal servizzi bankarji u finanzjarji |
— |
Użu ta’ l-internet għat-taħriġ u l-edukazzjoni |
— |
Użu ta’ l-internet għall-monitoraġġ tas-swieq |
— |
Użu ta’ l-internet f’interazzjoni ma’ l-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Eżistenza ta’ websajt proprja |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li interaġixxew ma’ awtoritajiet pubbliċi permezz ta’ l-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel:
— |
Użu ta’ l-internet għal ksib ta’ tagħrif mill-websajts ta’ l-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Użu ta’ l-internet għal ksib ta’ formoli mill-websajts ta’ l-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Użu ta’ l-internet biex jintbagħtu lura l-formoli mimlija lill-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Użu ta’ l-internet biex jintbagħtu l-proposti f’sistema elettronika ta’ offerti (kuntratti pubbliċi b’mod elettroniku), fis-sena kalendarja ta’ qabel |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li għandhom websajt:
— |
Websajt għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tagħhom stess |
— |
Websajt biex jiġi aġevolat l-aċċess għal katalgi u listi ta' prezzijiet |
— |
Websajt biex tiġi pprovduta għajnuna ta’ wara l-bejgħ |
Proċessi e-Kummerċ u e-Negozju
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li jużaw il-kompjuters:
— |
Użu ta’ softwer ERP |
— |
Użu ta’ softwer CRM għall-ħażna, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ l-informazzjoni dwar il-klijenti |
— |
Użu ta’ softwer CRM għat-tfittxija tad-data |
— |
Adozzjoni fuq livell ta’ sistema operattiva ta’ Sorsi bla ħlas/miftuħin |
— |
Użu ta’ fatturi elettroniċi biex jintbagħtu |
— |
Użu ta’ fatturi elettroniċi għal min jirċevihom |
— |
Użu ta' firem elettroniċi avvanzati (firem diġitali) |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li għandhom aċċess għall-Internet, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:
— |
Ordnaw permezz ta’ l-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Irċevew ordnijiet permezz ta’ l-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li ordnaw permezz ta’ l-Internet, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:
— |
Perċentwali ta’ xiri totali li jirriżulta minn ordnijiet magħmula permezz ta’ l-Internet, fi klassijiet ta’ perċentwali, fis-sena kalendarja ta’ qabel ([0;1[, [1;5[, [5;10[, [10;25[, [25;100]) |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li ordnaw permezz ta’ l-Internet, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:
— |
Perċentwali tal-fatturat totali li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ l-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Użu ta’ protokolli ta’ sigurtà (SSL/TLS) fl-ordnijiet li jaslu permezz ta’ l-Internet |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li jużaw il-kompjuters, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:
— |
Ordnaw permezz ta’ netwerks elettroniċi għajr għall-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Irċevew ordnijiet permezz ta’ netwerks elettroniċi għajr għall-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li ordnaw permezz ta’ netwerks elettroniċi għajr għall-Internet, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:
— |
Perċentwali ta’ xiri totali li jirriżulta minn ordnijiet magħmula permezz tan-netwerks elettroniċi għajr għall-Internet, fi klassijiet ta’ perċentwali, fis-sena kalendarja ta’ qabel ([0;1[, [1;25[, [25;50[, [50;75[, [75;100]) |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li rċevew ordnijiet permezz ta’ netwerks elettroniċi għajr għall-Internet, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:
— |
Perċentwali tal-fatturat totali li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ netwerks elettroniċi għajr għall-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
Kompetenza fl-ICT fl-unità ta’ impriża u d-domanda għall-ħiliet fl-ICT.
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li jużaw il-kompjuters:
— |
Impjieg ta’ speċjalisti ta’ l-ICT/IT |
— |
Ingaġġaw jew ippruvaw jingaġġaw nies għal impjiegi li jeħtieġu ħiliet ta’ speċjalisti fl-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Ingaġġaw jew ippruvaw jingaġġaw nies għal impjiegi li jeħtieġu ħiliet ta’ l-utent fl-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Ipprovdew taħriġ biex jiżviluppaw jew jaġġornaw il-ħiliet ta’ speċjalisti fl-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Ipprovdew taħriġ biex jiżviluppaw jew jaġġornaw il-ħiliet ta’ utent fl-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Eżistenza ta’ fornituri barranin biex iwettqu funzjonijiet ta’ l-ICT li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Eżistenza ta’ fornituri minn affiljati barranin stabbiliti mill-impriża biex iwettqu funzjonijiet ta’ l-ICT li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Eżistenza ta’ fornituri barranin biex iwettqu funzjonijiet ta’ l-ICT li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
(Mhux obbligatorju) Eżistenza ta’ fornituri barranin biex iwettqu funzjonijiet ta’ negozju li jeħtieġu nies li jużaw l-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
(Mhux obbligatorju) Eżistenza ta’ fornituri minn affiljati barranin stabbiliti mill-impriża biex iwettqu funzjonijiet ta’ negozju li jeħtieġu nies li jużaw l-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
(Mhux obbligatorju) Eżistenza ta’ fornituri minn impriżi barranin oħrajn biex iwettqu funzjonijiet ta’ negozju li jeħtieġu nies li jużaw l-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li jimpjegaw speċjalisti fl-ICT/IT:
— |
Perċentwali ta’ speċjalisti fl-ICT/IT impjegati mqabbla ma’ l-għadd totali ta’ persuni impjegati |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li ingaġġaw jew ippruvaw jingaġġaw speċjalisti fl-ICT/IT:
— |
Eżistenza ta’ postijiet tax-xogħol li jdumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li ingaġġaw jew ippruvaw jingaġġaw nies għal impjiegi li jeħtieġu ħiliet fl-użu ta’ l-ICT:
— |
Eżistenza ta’ postijiet tax-xogħol li jdumu biex jimtlew minħabba nuqqas ta’ ħiliet ta’ l-applikanti fl-użu ta’ l-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li ingaġġaw fornituri barranin biex iwettqu funzjonijiet ta’ l-ICT:
— |
Ingaġġaw speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin minn Stati Membri oħra ta’ l-UE, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
Ingaġġaw speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin minn pajjiżi li mhumiex fl-UE, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ l-ICT imwettqa minn speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: Amministrazzjoni ta’ l-ICT |
— |
(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ l-ICT imwettqa minn speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: Żvilupp u implimentazzjoni ta’ l-ICT |
— |
(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ l-ICT imwettqa minn speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: Operazzjonijiet ta’ l-ICT |
— |
(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ l-ICT imwettqa minn speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: oħrajn |
(Mhux obbligatorju) Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li ingaġġaw fornituri barranin biex iwettqu funzjonijiet ta’ negozju:
— |
(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ negozju mwettqa minn utenti ta’ l-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: Bejgħ u marketing, servizzi għall-klijenti |
— |
(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ negozju mwettqa minn utenti ta’ l-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: Riċerka u żvilupp, disinn u inġenjerija tal-prodott |
— |
(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ negozju mwettqa minn utenti ta’ l-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: funzjonijiet oħra ta’ negozju (mhux-ICT) |
— |
(Mhux obbligatorju) Ingaġġaw speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin minn Stati Membri oħra ta’ l-UE, fis-sena kalendarja ta’ qabel |
— |
(Mhux obbligatorju) Ingaġġaw speċjalisti fl-ICT ta’ fornituri barranin minn pajjiżi oħra mhux fl-UE, fis-sena kalendarja ta’ qabel. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li għandhom postijiet tax-xogħol li jdumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT:
— |
Raġunijiet għalfejn postijiet tax-xogħol idumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel: nuqqas ta’ applikanti jew għadd baxx |
— |
Raġunijiet għalfejn postijiet tax-xogħol idumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel: nuqqas ta’ kwalifiki |
— |
Raġunijiet għalfejn postijiet tax-xogħol idumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel: nuqqas ta’ esperjenza ta’ xogħol |
— |
Raġunijiet għalfejn postijiet tax-xogħol idumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel: talbiet ta’ salarju għoljin wisq |
— |
(Mhux obbligatorju) Raġunijiet għalfejn postijiet tax-xogħol idumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel: oħrajn |
(ċ) Il-karatteristiċi li ġejjin dwar l-isfond ta’ l-impriża għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi:
|
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi kollha:
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1.
|
2. KOPERTURA
Il-karatteristiċi definiti fl-intestaturi 1(b) u 1(ċ) ta’ dan l-Anness għandhom jinġabru u jinkisbu għall-impriżi kklassifikati taħt l-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin, tad-daqs ta’ impriża li ġej u l-firxa ġeografika li ġejja.
(a) Attività ekonomika: impriżi kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE-Rev. 1.1:
Kategorija NACE |
Deskrizzjoni |
Taqsima D |
“Manifattura” |
Taqsima F |
“Bini” |
Taqsima G |
“Bejgħ bil-grossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur, muturi u oġġetti personali u tad-dar” |
Gruppi 55.1 u 55.2 |
“Lukandi” u “Camping sites u servizzi oħra ta’ akkomodazzjoni għal qasir żmien” |
Taqsima I |
“Trasport, ħażna u komunikazzjoni” |
Klassi 65.12 |
“Intermedjazzjoni monetarja xortoħra” |
Klassi 65.22 |
“Għoti ta’ kredtu xortoħra” |
Klassi 66.01 |
“Assikurazzjoni fuq il-ħajja” |
Klassi 66.03 |
“Assikurazzjoni mhux fuq il-ħajja” |
Taqsima K |
“Bejgħ ta’ proprjetà, kiri u attivitajiet ta’ negozju” |
Gruppi 92.1 u 92.2 |
“Attivitajiet ċinematografiċi u ta’ vidjo” u “Attivitajiet tar-radju u tat-televiżjoni” |
Impriżi kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE-Rev. 1.1 għandhom jiġu koperti b’mod mhux obbligatorju:
Kategorija NACE |
Deskrizzjoni |
Taqsima E |
“Provvista ta’ l-elettriku, gass u ilma” |
Gruppi 55.3, 55.4 u 55.5 |
“Ristoranti”, “Ħwienet tax-xorb” u “Canteens u catering” |
Gruppi 92.3 sa 92.7 inclużiv |
“Attivitajiet ta’ rikreazzjoni, kulturali u sportivi”, għajr għal “Attivitajiet ċinematografiċi u ta’ vidjo” u “Attivitajiet tar-radju u tat-televiżjoni” |
Diviżjoni 93 |
“Attivitajiet ta’ servizz oħrajn” |
Klassijiet 67.12, 67.13, 67.2 |
“Attivitajiet awżiljarji għall-intermedjazzjoni finanzjarja”, għajr għal “Amministrazzjoni ta’ swieq finanzjarji” |
(b) Daqs ta’ l-impriża: impriżi b’10 persuni impjegati jew aktar; impriżi b’anqas minn 10 persuni impjegati għandhom jiġu koperti b’mod mhux obbligatorju
(ċ) Ambitu ġeografiku: impriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru
3. PERJODI TA’ REFERENZA
Il-perjodu ta’ referenza hija s-sena 2006 għall-karatteristiċi li jirreferu għas-sena kalendarja ta’ qabel. Il-perjodu ta’ referenza huwa Jannar 2007 għall-karatteristiċi l-oħra.
4. TQASSIM
Is-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness għandhom jiġu pprovduti b’mod separat bit-tqassim li ġej.
(a) Analiżi ta’ l-attività ekonomika: Id-data għandha tiġi mqassma skond l-aggregati NACE Rev. 1,1 li ġejjin.
Aggregazzjoni NACE
|
DA + DB + DC + DD + DE |
|
DF + DG + DH |
|
DI + DJ |
|
DK + DL + DM + DN |
|
F |
|
50 |
|
51 |
|
52 |
|
55.1 + 55.2 |
|
60 + 61 + 62 + 63 |
|
64 |
|
65.12 + 65.22 |
|
66.01 + 66.03 |
|
72 |
|
70 + 71 + 73 + 74 |
|
92.1 + 92.2 |
|
(Mhux obbligatorju) 22 |
|
(Mhux obbligatorju) 40+41 |
|
(Mhux obbligatorju) 55.3+55.4+55.5 |
|
(Mhux obbligatorju) 67.12+67.13+67.2 |
|
(Mhux obbligatorju) 92.3 sa 92.7 |
|
(Mhux obbligatorju) 93 |
(b) Analiżi tad-daqs tal-klassi: Id-data għandha tiġi mqassma bid-daqs tal-klassijiet li ġejjin ta’ l-għadd ta’ persuni impjegati.
Daqs tal-Klassi
|
(Mhux obbligatorju) Anqas minn 10 persuni impjegati |
|
(Mhux obbligatorju) Anqas minn 5 persuni impjegati |
|
(Mhux obbligatorju) Minn 5 sa 9 persuni impjegati |
|
10 persuni impjegati jew aktar |
|
10 sa 49 persuna impjegata |
|
50 sa 249 persuna impjegata |
|
250 persuna impjegata jew aktar |
(ċ) Analiżi ġeografika: Id-data għandha tiġi mqassma bil-gruppi reġjonali li ġejjin:
Grupp Reġjonali
|
Reġjuni Objettiv 1 (inklużi reġjuni Objettiv 1 tranżitorju jew ta’ tneħħija gradwali) |
|
reġjuni mhux ta’ Objettiv 1 |
5. PERJODIĊITÀ
Id-data għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2007.
6. SKADENZI
(a) Id-data aggregata, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2007. Sa dik id-data, il-ġabra ta’ data għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jkun skond l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.
(b) Il-metadata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2007. Il-metadata għandha tkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovdut mill-Eurostat.
(ċ) Ir-rapport dwar il-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jintbagħat lill-Eurostat sal-5 ta’ Novembru 2007. Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovdut mill-Eurostat.
ANNESS II
Modulu 2: Individwi, familji u s-soċjetà ta’ l-informazzjoni
1. IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM
(a) Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2007, magħżula mil-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma dawn li ġejjin:
— |
aċċess u użu tas-sistemi ta’ l-ICT minn individwi u/jew fil-familji, |
— |
użu ta’ l-Internet għal għanijiet differenti minn individwi u/jew fil-familji |
— |
Sigurtà fl-ICT, |
— |
kompetenza fl-ICT, |
— |
xkiel għall-użu ta’ l-ICT u l-Internet. |
(b) Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin:
Aċċess u użu tas-sistemi ta’ l-ICT minn individwi u/jew fil-familji
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-familji kollha:
— |
aċċess għal strumenti ta’ l-ICT fid-dar: kompjuter. |
— |
aċċess għall-Internet fid-dar, sew jekk jintuża sew jekk le. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal familji b’aċċess għall-Internet fid-dar:
— |
strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: kompjuter fiss. |
— |
strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: kompjuter mobbli. |
— |
strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: Sett tat-TV bi strument speċifiku ta’ l-Internet. |
— |
strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: console għall-logħob. |
— |
strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: mezzi oħra (mhux obbligatorju: agħti rapport separat jekk permezz ta’ mowbajl li għandu l-internet jew permezz ta’ kompjuter ta’ l-id). |
— |
tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: modem jew ISDN. |
— |
tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: DSL (eż. ADSL, SHDSL, eċċ.). |
— |
tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: konnessjoni oħra broadband (eż. kejbil, UMTS, eċċ). |
— |
tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: mowbajl fuq in-narrowband (GPRS, eċċ.). |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi kollha:
— |
l-aktar użu riċenti tal-kompjuter (dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma uża kompjuter). |
— |
użu ta’ mowbajl. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi kollha, għajr għal persuni rtirati:
— |
awtovalutazzjoni ta' kemm il-ħiliet individwali fuq il-kompjuter huma suffiċjenti jekk huwa/hija jixtieq/tixtieq ifittex/tfittex xogħol jew isib/issib xogħol ieħor fi żmien sena (iva; le; mhux applikabbli). |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw kompjuter dan l-aħħar tliet xhur:
— |
frekwenza ta’ użu tal-kompjuter (kuljum jew kważi kuljum; ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); ta’ l-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar) |
— |
fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar. |
— |
fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol normali (għajr fid-dar). |
— |
fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: fejn isir it-tagħlim. |
— |
fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ta’ persuna oħra. |
— |
fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’postijiet oħra. |
Użu ta’ l-Internet għal għanijiet differenti minn individwi u/jew fil-familji
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi kollha:
— |
l-aktar użu riċenti ta’ l-Internet (dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma uża l-Internet). |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li diġà jkunu użaw l-Internet:
— |
l-aktar attività ta’ kummerċ bl-Internet riċenti għal użu privat (dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma sar xiri jew ordni). |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet dan l-aħħar tliet xhur:
— |
frekwenza ta’ l-użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); ta’ l-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar). |
— |
fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar. |
— |
fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol (għajr fid-dar). |
— |
fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fejn isir it-tagħlim. |
— |
fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ta’ persuna oħra. |
— |
fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’postijiet oħra (mhux obbligatorju: rapport għalih għal librerija pubblika; uffiċċju tal-posta; uffiċċju pubbliku, kunsill jew aġenzija tal-gvern; għaqda tal-komunità jew volontarja; Internet café; hotspot). |
— |
użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet: mowbajl permezz tal-GPRS. |
— |
użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet: mowbajl permezz tal-UMTS (3G). |
— |
użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet: kompjuter ta’ l-id (palmtop, PDA). |
— |
użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet: kompjuter mobbli (laptop) permezz ta’ konnessjoni bla wajers ’il bogħod mid-dar jew il-post tax-xogħol. |
— |
Użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jibgħat u/jew jirċievi e-mail. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed iċempel minn fuq l-Internet. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati għal attivitajiet oħra ta’ komunikazzjoni (użu ta’ chat sites, messenger, eċċ.). |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed isib tagħrif dwar prodotti u servizzi. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed juża servizzi marbuta ma’ l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jisma’ r-radju jew jara t-televixin fuq il-web. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jilgħab jew jiddawnlowdja l-logħob, l-istampi, il-films jew il-mużika. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jiddawnlowdja s-software.. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jaqra jew jiddawnlowdja gazzetti u rivisti ta’ l-aħbarijiet online. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed ifittex xogħol jew jibgħat applikazzjoni għal xogħol. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif marbut mas-saħħa. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif jew servizz online ieħor. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed juża servizzi bankarji fuq l-Internet. |
— |
(mhux obbligatorju) Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal bejgħ ta’ prodotti jew servizzi. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jiddawnlowdja formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jibgħat formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar l-edukazzjoni, offerti ta’ taħriġ jew korsijiet. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jagħmel kors online (fi kwalunkwe suġġett). |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jikkonsulta l-Internet bl-għan ta' tagħlim. |
— |
Parteċipazzjoni f’kors (kwalunkwe taħriġ, mhux biss taħriġ fil-kompjuter jew fl-Internet, inklużi skejjel jew universitajiet) f’dawn l-aħħar 3 xhur. |
— |
Interess f’użu akbar ta’ l-Internet. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex jaqraw jew jiddawnlowdjaw gazzetti u rivisti ta’ l-aħbarijiet online:
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jaqra jew jiddawnlowdja gazzetti u rivisti ta’ l-aħbarijiet online li l-individwu jkun abbona fihom biex jircevihom b’mod regolari. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur u li jkunu pparteċipaw f’kors f’dawn l-aħħar 3 xhur:
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal riċerka bħala parti minn kors ta’ taħriġ jew mill-edukazzjoni ta’ dan l-individwu. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għall-iskambju ta’ messaġġi marbuta mal-kors ma’ studenti oħra. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għall-iddawlowdjar ta’ materjal ta’ tagħlim li kien ipprovdut online. |
— |
Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur biex wieħed jara kemm hu disponibbli xi ktieb jew artikolu għall-kors f'librerija. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet għal attivitajiet ta’ kummerċ fuq l-Internet dan l-aħħar tnax-il xahar:
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ ikel jew oġġetti ta' l-ikel minn ħanut tal-merċa. |
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ oġġetti tad-dar. |
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ films jew mużika (jintbagħat rapport għalih: jekk ġiex ikkunsinjat online). |
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ kotba, rivisti, gazzetti jew materjal ta’ tagħlim b’mod elettroniku (jintbagħat rapport għalih: jekk ġiex ikkunsinjat online). |
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ ħwejjeġ ta’ l-ilbies jew prodotti ta’ l-isport. |
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ softwer u apgrejds ta' kompjuter (jintbagħat rapport għalih: jekk ġiex ikkunsinjat online). |
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ ħardwer ta’ komputer. |
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ tagħmir elettroniku. |
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ xiri ta’ ishma, servizzi finanzjarji jew assigurazzjoni. |
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ alloġġ għall-btala jew minħabba ivvjaġġar. |
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ biljetti għal xi avvenimenti. |
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ lotteriji jew għal imħatri. |
— |
Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ oġġetti jew servizzi oħra. |
Sigurtà fl-ICT
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet dan l-aħħar tliet xhur:
— |
l-itfaċċar ta’ virus tal-kompjuter b’konsegwenza ta’ telf ta’ informazzjoni jew ħin minħabba l-użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar. |
— |
il-frekwenza li biha wieħed jagħmel kopji għas-serħan il-moħħ jew fajls ta' back-up (dokumenti, stampi, eċċ.) mill-kompjuter għal, pereżempju, diskett, CD jew spazju fuq ħarddisk ta’ Internet servers (dejjem jew kważi dejjem; xi kultant; qatt jew kważi qatt; mhux applikabbli għax l-individwu ma jżommx fajls fuq kompjuter). |
Kompetenza fl-ICT
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter:
— |
l-aktar kors ta’ taħriġ riċenti ta’ mill-inqas tliet sigħat dwar kwalunkwe aspett ta’ l-użu tal-kompjuter (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; bejn sena u tliet snin ilu; aktar minn tliet snin ilu; qatt ma segwew kors wieħed). |
— |
ħiliet fil-kompjuter ta’ kkuppjar jew ċaqliq ta’ fajl jew fowlder. |
— |
ħiliet fil-kompjuter għall-użu ta’ l-għodda ta’ kkuppjar u ppejstjar jew ċaqliq ta’ informazzjoni fi ħdan dokument. |
— |
ħiliet fil-kompjuter għall-użu ta’ formoli ta’ aritmetika bażiċi ġewwa spreadsheet. |
— |
ħiliet fil-kompjuter għall-ikkompressar (jew iżżippjar) ta’ fajls. |
— |
ħiliet fil-kompjuter għall-konnessjoni jew installazzjoni ta’ strumenti ġodda, eż. printer jew modem. |
— |
ħiliet fil-kompjuter fil-kitba ta’ programmi tal-kompjuter bl-użu ta’ lingwa ta’ pprogrammar speċjalizzata. |
— |
ħiliet fil-kompjuter biex wieħed jikkonnettja kompjuter ma’ local area network. |
— |
ħiliet fil-kompjuter biex wieħed isib u jsolvi problemi fil-kompjuter (eż. il-kompjuter jaħdem bil-mod wisq). |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw l-Internet:
— |
Ħiliet fl-Internet fl-użu ta’ magni ta’ tiftix biex tinstab l-informazzjoni. |
— |
Ħiliet fl-Internet biex wieħed jibgħat e-mails b’fajls mehmuża magħhom. |
— |
Ħiliet fl-Internet fl-ippustjar ta’ messaġġi lil chat rooms, gruppi ta’ diskussjoni jew forums ta’ diskussjoni online. |
— |
Ħiliet fl-Internet biex wieħed juża l-Internet biex jagħmel telefonati. |
— |
Ħiliet fl-Internet għall-użu ta’ peer-to-peer file sharing għall-iskambju ta’ films, mużika, eċċ. |
— |
Ħiliet fl-Internet għall-ħolqien ta’ paġna web. |
— |
Ħiliet fl-Internet għat-tfittxija, l-iddawnlowdjar u l-installazzjoni ta’ softwer. |
— |
Ħiliet fl-Internet biex wieħed iżomm ’il bogħod mill-kompjuter il-viruses, l-ispyware u l-adware. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li għandhom ħila jew ħiliet fil-kompjuter jew fl-Internet:
— |
mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: istituzzjoni edukattiva formalizzata |
— |
mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: korsijiet ta’ taħriġ f’ċentru ta’ edukazzjoni għall-adulti (iżda mhux fuq l-inizjattiva ta’ min jimpjega) |
— |
mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali (fuq talba ta’ min jimpjega) |
— |
mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: studju mingħajr għalliem bl-użu ta’ kotba, CD-ROMs, eċċ. |
— |
mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: studju mingħajr għalliem fis-sens ta’ li wieħed jitgħallem billi jipprova |
— |
mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: għajnuna mhux formali minn kollegi, qraba, ħbieb |
— |
mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: oħrajn. |
Xkiel għall-użu ta’ l-ICT u l-Internet.
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal familji b’aċċess għall-Internet fid-dar, iżda mhux permezz ta’ kollegament broadband:
— |
xkiel għall-aċċess mid-dar għall-Internet permezz ta’ broadband: għali wisq, |
— |
xkiel għall-aċċess mid-dar għall-Internet permezz ta’ broadband: ebda ħtieġa, |
— |
xkiel għall-aċċess mid-dar għall-Internet permezz ta’ broadband: ma jinstabx fiż-żona tiegħi, |
— |
xkiel għall-aċċess mid-dar għall-Internet permezz ta’ broadband: għandi aċċess broadband band’oħra (eż. fuq ix-xogħol), |
— |
xkiel għall-aċċess mid-dar għall-Internet permezz ta’ broadband: ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, iżda raġunijiet oħrajn. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur u li jridu jagħmlu aktar użu mill-Internet:
— |
xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: il-ħiliet fl-ilsna barranin mhumiex ta’ livell. |
— |
xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: nuqqas ta’ ħin. |
— |
xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: il-kollegament huwa wisq bil-mod. |
— |
xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: spejjeż addizzjonali ta’ kollegament jew iddawnlowdjar skond il-volum. |
— |
xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: spejjeż tal-materjal li jinkiseb online. |
— |
xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: materjal (dak li hemm mhux interessanti biżżejjed biex wieħed juża aktar l-Internet). |
— |
xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: nuqqas ta’ ħiliet jew għarfien (p.eż. is-siti mhumiex faċli biżżejjed għall-użu jew ikkomplikati wisq). |
— |
xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: tħassib dwar sigurtà jew privatezza. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter iżda li qatt ma jkunu ħadu xi kors (ta’ mill-anqas tliet sigħat) dwar kwalunkwe aspett ta’ l-użu tal-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet snin:
— |
ostakoli għal biex wieħed jieħu kors dwar l-użu tal-kompjuter: ebda ħtieġa ta’ kors minħabba li wieħed ikollu biżżejjed ħiliet fil-kompjuter. |
— |
ostakoli għal biex wieħed jieħu kors dwar l-użu tal-kompjuter: ebda ħtieġa ta' kors minħabba li l-individwu bilkemm juża l-kompjuter. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter iżda li qatt ma jkunu ħadu xi kors (ta’ mill-anqas tliet sigħat) dwar kwalunkwe aspett ta’ l-użu tal-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet snin iżda li jista’ jkun li jeħtieġu kors:
— |
ostakoli għal biex wieħed jieħu kors dwar l-użu tal-kompjuter: nuqqas ta’ ħin. |
— |
ostakoli għal biex wieħed jieħu kors dwar l-użu tal-kompjuter: spejjeż tal-kors. |
— |
ostakoli għal biex wieħed jieħu kors dwar l-użu tal-kompjuter: ebda kors xieraq mhu disponibbli. |
— |
ostakoli għal biex wieħed jieħu kors dwar l-użu tal-kompjuter: il-korsijiet huma tqal wisq. |
2. KOPERTURA
(a) L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw id-djar huma djar li fihom ta’ l-anqas membru wieħed fil-grupp ta’ età minn 16 sa 74.
(b) L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw l-individwi huma l-individwi ta’ età minn 16 sa 74.
(ċ) L-ambitu ġeografiku għandu jkopri djar u/jew individwi li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru.
3. PERJODU TA’ REFERENZA
Il-perjodu ta’ referenza għall-istatistika li trid tinġabar huwa l-ewwel kwart ta’ l-2007.
4. TQASSIM
(a) Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mad-djar, għandom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:
— |
Lokazzjoni ġeografika: għixien f’reġjuni ta’ Objettiv 1 (inklużi reġjuni Objettiv 1 tranżizzjonali jew ta’ tneħħija gradwali); għixien f’reġjuni oħra. |
— |
Grad ta’ urbanizzazzjoni: għixien f’zoni ta’ popolazzjoni densa; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa; |
— |
Tip ta’ familja: numru ta’ membri fil-familja (jinġabar separatament: numru ta’ tfal taħt is-16). |
— |
(mhux obbligatorju) Dħul nett fix-xhar tal-familja (jinġabar bħala valur jew bl-użu tal-kwartili). |
(b) Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu ma’ l-individwi, għandhom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:
— |
Lokazzjoni ġeografika: għixien f’reġjuni ta’ Objettiv 1 (inklużi reġjuni Objettiv 1 tranżitorju jew ta’ tneħħija gradwali); għixien f’reġjuni oħra. |
— |
Grad ta’ urbanizzazzjoni: għixien f’żoni ta’ popolazzjoni densa; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa; |
— |
Sess: raġel; mara. |
— |
Grupp ta’ età: taħt is-16 (mhux obbligatorju); 16 sa 24; 25 sa 34; 35 sa 44; 45 sa 54; 55 sa 64; 65 sa 74; ’l fuq minn 74 (mhux obligatorju). |
— |
L-ogħla livell ta’ edukazzjoni miksub skond il-Klassifika ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-Livelli ta’ Edukazzjoni (ISCED 97): baxx (ISCED 0, 1 jew 2); medju (ISCED 3 jew 4); għoli (ISCED 5 jew 6); |
— |
Sitwazzjoni ta’ l-impjieg: impjegat jew xogħol awtonomu inklużi dawk li jaħdmu ma’ familji; bla xogħol; studenti li mhumiex fil-forza tax-xogħol; oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol. |
— |
Impjieg skond il-Klassifika ta’ l-Istandards ta’ l-Impjiegi Internazzjonali (ISCO-88(COM)): ħaddiema ta’ l-id, ħaddiema mhux ta’ l-id; ħaddiema ta’ l-ICT, ħaddiema mhux ta’ l-ICT. |
5. PERJODIĊITÀ
Id-data għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2007.
6. SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RIŻULTATI
(a) Id-data aggregata, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2007. Sa dik id-data, il-ġabra ta’ data għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jkun skond l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.
(b) Il-metadata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2007. Il-metadata għandha tkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovduti mill-Eurostat.
(ċ) Ir-rapport dwar il-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jintbagħat lill-Eurostat sal-5 ta’ Novembru 2007. Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovdut mill-Eurostat.