This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0967
Commission Regulation (EC) No 967/2006 of 29 June 2006 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 318/2006 as regards sugar production in excess of the quota
967/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad- 29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota
967/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad- 29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota
ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22–31
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 75–84
(MT)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 05/12/2014
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31981R2670 | ||||
Repeal | 31982R0065 | ||||
Implicit repeal | 31982R0948 | 01/07/2006 | |||
Implicit repeal | 31984R1708 | 01/07/2006 | |||
Implicit repeal | 31984R1760 | 01/07/2006 | |||
Implicit repeal | 31985R2561 | 01/07/2006 | |||
Implicit repeal | 31988R1714 | Revoka parzjali | 01/07/2006 | ||
Implicit repeal | 31988R3892 | 01/07/2006 | |||
Implicit repeal | 31991R0056 | 01/07/2006 | |||
Implicit repeal | 31991R3559 | 01/07/2006 | |||
Implicit repeal | 31996R0158 | 01/07/2006 | |||
Implicit repeal | 31998R1148 | Revoka parzjali | artikolu 2 paragrafu 3 | 01/07/2006 | |
Implicit repeal | 32000R2223 | 01/07/2006 | |||
Repeal | 32001R1265 | ||||
Implicit repeal | 32002R0095 | 01/07/2006 | |||
Implicit repeal | 32006R0493 | Revoka parzjali | artikolu 11 | 01/07/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32006R0967R(01) | (DE) | |||
Corrected by | 32006R0967R(02) | (EN, SV) | |||
Corrected by | 32006R0967R(03) | (BG) | |||
Corrected by | 32006R0967R(04) | (PL) | |||
Modified by | 32006R1913 | abolizzjoni | artikolu 20 | 01/01/2007 | |
Modified by | 32008R0858 | Sostituzzjoni | artikolu 10 | 09/09/2008 | |
Modified by | 32010R0863 | Żieda | artikolu 3 PA2 | 03/10/2010 | |
Modified by | 32010R0863 | Emenda | artikolu 19 | 03/10/2010 | |
Modified by | 32010R0863 | Żieda | artikolu 4 PA3 | 03/10/2010 | |
Derogated in | 32011R0381 | artikolu 17 P.B | 26/04/2011 | 30/09/2011 | |
Derogated in | 32011R0381 | artikolu 17 P.A | 26/04/2011 | 30/09/2011 | |
Derogated in | 32012R0220 | Deroga | artikolu 17 punt A) | ||
Derogated in | 32012R0220 | Deroga | artikolu 17 punt B) | ||
Derogated in | 32013R0131 | Deroga | artikolu 3.1 | 19/02/2013 | |
Derogated in | 32013R0281 | Deroga | artikolu 3.1 | 26/03/2013 | |
Derogated in | 32013R0329 | Deroga | artikolu 17 punt A) | 18/04/2013 | |
Derogated in | 32013R0329 | Deroga | artikolu 17 punt B) | 18/04/2013 | |
Modified by | 32013R0994 | Żieda | artikolu 21 .5 | 01/01/2014 | |
Modified by | 32014R1278 | Sostituzzjoni TXT | artikolu 4 P.1.A | 05/12/2014 | |
Modified by | 32014R1278 | Sostituzzjoni | artikolu 17 B | 05/12/2014 | |
Modified by | 32014R1278 | Sostituzzjoni | artikolu 17 A | 05/12/2014 |
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
75 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 967/2006
tad-29 ta’ Ġunju 2006
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 13(2), 15(2) u 40(1)(c) u (2)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, produzzjoni li taqbeż il-kwota, tista’ tintuża għall-ipproċessar ta’ ċerti prodotti, tinġarr għas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni li jmiss jew tintuża għal arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-aktar reġjuni mbiegħda, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod ta' l-Unjoni (2), jew li tiġi esportata f’ċerti limiti. |
(2) |
Skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, ammont żejjed għandu jiġi impost fuq kwantitajiet ta’ zokkor żejjed, ta’ iżoglukosju żejjed u tax-xropp ta’ l-inulina żejjed li ma jinġarrux ’il quddiem jew li ma jiġux esportati, jew li ma jintużawx għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-aktar reġjuni mbiegħda, u fuq iz-zokkor industrijali, l-iżoglukosju industrijali u x-xropp ta’ l-inulina industrijali li għalihom ma kienet ipprovduta l-ebda prova, sa data li għandha tiġi ddeterminata, li ġie pproċessat f’wieħed mill-prodotti li jissemmew fl-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament; u fuq kwantitajiet irtirati mis-suq skond l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament u li l-obbligi pprovduti fir-rigward tagħhom fl-Artikolu 19(3) tiegħu ma ġewx sodisfatti. |
(3) |
L-imposta (levy) għandha tkun iffissata f’livell għoli sabiex tkun evitata l-akkumulazzjoni tal-kwantitajiet prodotti li jaqbżu l-kwota u li probabbilment jgerfxu s-suq. Ammont fiss, daqs il-livell tad-dazji sħaħ fuq l-importazzjoni fuq iz-zokkor abjad, jidher li huwa xierqa għal dan il-għan. |
(4) |
Għandhom ikuu stabbiliti ċerti dispożizzjonijiet għal każi fejn iz-zokkor, l-iżoglukosju jew ix-xropp ta’ inulina li jaqbżu l-kwota jistgħu jinqerdu u/jew ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati, u għal każi ta’ forza maġġuri li jagħmluha impossibbli li jintużaw il-prodotti kif inhu pprovdut fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. |
(5) |
L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi għall-approvazzjoni ta’ l-intrapriżi li jipproċessaw iz-zokkor, l-iżoglukosju jew ix-xropp ta’ l-inulina f’wieħed mill-prodotti industrijali li jissemmew fl-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament. Għandu jkun speċifikat il-kontenut ta’ l-applikazzjoni għall-approvazzjoni li l-proċessuri jridu jressqu quddiem l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. Iridu jiġu stabbiliti l-impenji li jridu jagħmlu dawk l-intrapriżi sabiex jiksbu l-approvazzjoni, b’mod partikolari l-obbligu li jżommu reġistru aġġornat tal-kwantitajiet ta’ materja prima li qed tiddaħħal, tiġi pproċessata fi u tħalli l-intrapriża fil-forma ta’ prodotti pproċessati. Sabiex ikun żgurat li l-arranġamenti għaz-zokkor industrijali, għall-iżoglukosju industrijali u għax-xropp ta’ l-inulina industrijali jaħdmu sew, iridu jiġu pprovduti pieni biex jiġu imposti fuq il-proċessuri li ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom jew l-impenji li jidħlu għalihom. |
(6) |
Għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet għall-użu taz-zokkor industrijali, ta’ l-iżoglukosju industrijali u tax-xropp ta’ l-inulina industrijali li jissemmew fl-Artikolu 12(a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 rigward, b’mod partikolari, il-kuntratti għall-kunsinni tal-materja prima bejn il-manifatturi u l-proċessuri, u l-lista ta’ prodotti li tissemma f’dak il-punt għandha ssir skond l-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament, fejn titqies l-esperjenza miksuba rigward il-provvisti taz-zokkor lill-industriji kimiċi u farmaċewtiċi. |
(7) |
Sabiex is-sistema ta’ kontroll issir aktar effettiva, l-użu taz-zokkor industirjali, ta’ l-iżoglukosju industrijali u tax-xropp ta’ l-inulina industrijali għandu jkun ristrett għal bejgħ dirett bejn manifattur approvat u proċessur approvat. |
(8) |
Sabiex ikun iffaċilitat l-użu taz-zokkor industrijali u l-aċċess għal din il-materja prima mill-utenti potenzjali, il-manifatturi għandhom jitħallew jissostitwixxu kwantità miz-zokkor industrijali tagħhom b’zokkor prodott minn manifattur ieħor stabbilit, jekk ikun meħtieġ, fi Stat Membru ieħor. Madankollu, din il-possibbiltà għandha tingħata biss sakemm il-kontrolli addizzjonali fuq il-kwantitajiet ikkunsinnati u effettivament użati mill-inudstrija jsiru sew. Id-deċiżjoni dwar jekk tingħatax din il-possibbiltà għandha titħalla għad-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati. |
(9) |
Sabiex ikun żgurat li z-zokkor, l-iżoglukosju jew ix-xropp ta’ l-inulina jintuża b’mod xieraq, iridu jkunu stabbiliti pieni finanzjarji għall-proċessuri fuq livell dissważiv sabiex ikun evitat kwalunkwe riskju li l-materja prima tintuża għal finijiet oħrajn. |
(10) |
Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, kull intrapriża tista’ tiddeċiedi li ġġorr ’il quddiem il-produzzjoni li taqbeż il-kwota taz-zokkor, il-kwota ta’ l-iżoglukosju jew il-kwota tax-xropp ta’ l-inulina tagħha kollha jew parti minnha, li għandha tiġi ttrattata bħala parti mill-produzzjoni tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jmiss. Peress li intrapriża li tipproduċi z-zokkor tista’ ġġorr ’il quddiem il-produzzjoni kollha tagħha li taqbeż il-kwota, dawk li jkabbru l-pitravi kkonċernati għandhom ikunu assoċjati mill-qrib mad-deċiżjoni tal-ġarr ’il quddiem permezz ta’ ftehim fil-kummerċ li jissemma fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament. |
(11) |
L-isoglukożju jiġi prodott fuq bażi kontinwa matul is-sena kollha u huwa diffiċli li taħżnu. Għalhekk għandu jkun stabbilit li d-deċiżjoni tal-ġarr ’il quddiem tista’ tittieħed a posteriori mill-intrapriżi li jipproduċu l-isoglukożju. |
(12) |
Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-kwantitajiet u tad-destinazzjonijiet, għandu jkun stabbilit li z-zokkor li jintuża fil-kuntest ta’ l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-aktar reġjuni mbiegħda irid ikun il-fini ta’ bejgħ dirett mill-manifattur lill-intrapriża fl-aktar reġjuni mbiegħda, skond ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 793/2006 tat-12 ta’ April 2006 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fl-aktar reġjuni [mbiegħda] ta’ l-Unjoni (3). L-applikazzjoni xierqa taż-żewġ reġimi teħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru fejn jiġi prodott iz-zokkor li jkunu responsabbli biex jiġġestixxu z-zokkor żejjed u l-awtoritajiet fl-aktar reġjuni mbiegħda li jkunu responsabbli biex jiġġestixxu l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. |
(13) |
L-esportazzjoni trid titwettaq b’liċenzja ta’ l-esportazzjoni mingħajr ma tinħareġ rifużjoni skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u, għaz-zokkor, skond kwoti li għandhom jinfetħu mill-Kummissjoni fejn jitqiesu l-impenji Komunitarji ma’ l-Organizzazzjoni Dinijija tal-Kummerċ. Għal raġunijiet amministrattivi, id-dokumenti ta’ l-esportazzjoni pprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4) għandhom jintużaw bħala prova ta’ l-esportazzjoni. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fiżiċi skond ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 rigward verifiki fiżiċi mwettqa meta jiġu esportati prodotti agrikulturali li jikkwalifikaw għar-rifużjoni (5). |
(14) |
Għall-finijiet tat-trasparenza u taċ-ċarezza legali, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/81 li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni rigward il-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (6), Nru 65/82 jippreskrivi regoli dettaljati biex zokkor jiġi trasferit ’il quddiem għas-sena tas-suq ta’ wara (7) u (KE) Nru 1265/2001 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 rigward l-għoti tar-rifużjoni tal-produzzjoni fuq xi prodotti taz-zokkor użati fl-industrija tal-kimika (8) għandhom jiġu rrevkati b’effett mill-1 ta’ Lulju 2006. |
(15) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
L-AMBITU U D-DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
L-ambitu
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu jew għall-ġarr ’il quddiem tal-kwantitajiet ta’ zokkor, ta’ iżoglukosju u ta’ xropp ta’ l-inulina prodotti li jaqbżu l-kwota u r-regoli dwar l-imposta mitluba fuq l-ammont żejjed skond il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
Artikolu 2
Id-definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
“materja prima” tfisser zokkor, iżoglukosju jew xropp ta’ l-inulina; |
(b) |
“materja prima industrijali” tfisser zokkor industrijali, iżoglukosju industrijali jew xropp ta’ l-inulina industrijali kif jissemma fl-Artikolu 2(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006; |
(c) |
“manifattur” tfisser intrapriża li tipproduċi materja prima, li ġiet approvata skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006; |
(d) |
“proċessur” tfisser intrapriża li tipproċessa l-materja prima fi prodott wieħed jew aktar li jissemma fl-Anness, li ġiet approvata skond l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament. |
Il-kwantitajiet ta’ materja prima u ta’ materja prima industrijali għandhom ikunu espressi f’tunnellati metriċi ta’ zokkor abjad ekwivalenti jew, fil-każ ta’ l-iżoglukosju, f’tunnellati metriċi ta’ materja niexfa.
KAPITOLU II
L-IMPOSTA
Artikolu 3
L-ammont
1. L-imposta pprovduta fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandha tkun ta’ EUR 500 għal kull tunnellata metrika.
2. Qabel l-1 ta’ Mejju wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni meta ġie prodott l-ammont żejjed, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-manifatturi bl-imposta totali li għandha titħallas. Dan l-ammont għandu jiġi mħallas mill-manifatturi in kwistjoni qabel l-1 ta’ Ġunju ta’ l-istess sena.
3. Il-kwantità li fuqha tħallset l-imposta għandha titqies bħala li tneħħiet fis-suq Komunitarju.
Artikolu 4
L-ammont żejjed suġġett għall-imposta
1. L-imposta għandha tintalab mingħand il-manifatturi rigward l-ammont żejjed prodott li jaqbeż il-kwota tagħhom għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari.
Madankollu, l-imposta m’għandiex tintalab fuq il-kwantitajiet li jissemmew fil-paragrafu 1 li:
(a) |
ġew ikkunsinnati lil proċessur qabel it-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni segwenti li għandhom jintużaw fil-manifattura tal-prodotti li jissemmew fl-Anness; |
(b) |
inġarru ’l quddiem skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u, fil-każ taz-zokkor, inħażnu mill-manifattur sa l-aħħar jum tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni in kwistjoni; |
(c) |
ġew ikkunsinnati qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni segwenti fil-kuntest ta’ arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-aktar reġjuni mbiegħda pprovduti fit-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 247/2006; |
(d) |
ġew esportati qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni segwenti b’liċenzja ta’ l-esportazzjoni; |
(e) |
inqerdu jew ġew iddanneġġjati mingħajr il-possibbiltà li jiġu rkuprati, f’ċirkustanzi li ġew rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat. |
2. Il-manifatturi taz-zokkor għandhom jikkomunikaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li approvahom, qabel l-1 ta’ Frar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, il-kwantità ta’ zokkor prodott li jaqbeż il-kwota ta’ produzzjoni tagħhom.
Fejn ikun xieraq, qabel tmiem kull wieħed mix-xhur segwenti, il-manifatturi taz-zokkor għandhom jikkomunikaw ukoll l-aġġustamenti għall-produzzjoni li saru matul ix-xahar preċedenti ta’ dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.
3. Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li jissemmew fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1, il-kwantitajiet żejda totali u l-imposti mitluba għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti.
4. Jekk, f’każi ta’ forza maġġuri, l-operazzjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 1(a), (c) u (d) ma jistgħux jitwettqu fl-iskadenzi mogħtija, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu, kien prodott iz-zokkor, l-iżoglukosju jew ix-xropp ta’ l-inulina żejjed, għandha tadotta miżuri xierqa għaċ-ċirkustanzi ċċitati mill-parti kkonċernata.
KAPITOLU III
L-UŻU INDUSTRIJALI
Artikolu 5
L-approvazzjonijiet
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għadhom jagħtu l-approvazzjoni meta jintalbu jagħmlu dan lill-intrapriżi li għandhom il-kapaċità li jużaw il-materja prima industrijali sabiex jimmanifatturaw wieħed mill-prodotti li jissemmew fl-Anness u li jimpenjaw irwieħhom, b’mod partikolari, biex:
(a) |
iżommu reġistri skond l-Artikolu 11; |
(b) |
jipprovdu, meta jintalbu jagħmlu dan minn dawn l-awtoritajiet, kwalunkwe informazzjoni jew dokument ta’ sostenn meħtieġa biex ikunu kkontrollati l-oriġini u l-użu li sar mill-materja prima kkonċernata; |
(c) |
jippermettu li dawn l-awtoritajiet iwettqu l-kontrolli amministrattivi u fiżiċi xierqa. |
2. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni għandhom jindikaw il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-koeffiċjenti tekniċi ta’ l-ipproċessar għall-materja prima, u għandhom jagħtu deskrizzjoni preċiża tal-prodott li għandu jiġi mmanifatturat. Id-data għandha titqassam skond is-sit industrijali.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jivverifikaw il-plawżibbiltà tal-koeffiċjenti tekniċi ta’ l-ipproċessar għall-materja prima.
Il-koeffiċjenti għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tat-testijiet imwettqa fl-intrapriża tal-proċessur. Jekk ma jkun hemm l-ebda koeffiċjent speċifiku għal dik l-intrapriża, il-kontroll għandu jistrieħ fuq il-koeffiċjenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew, jekk ma jkun hemm l-ebda koeffiċjent bħal dan, fuq dawk ġeneralment aċċettati mill-industrija ta’ l-ipproċessar ikkonċernata.
3. Għandha tingħata approvazzjoni għall-produzzjoni ta’ prodott speċifiku wieħed jew aktar. Din għandha tiġi rtirata jekk jinstab li waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 m’għadiex tiġi sodisfatta aktar. L-approvazzjoni tista’ tiġi rtirata matul sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. M’għandux ikollha effett retroattiv.
Artikolu 6
Il-kuntratti ta’ kunsinna
1. Il-materja prima industrijali għandha tkun is-suġġett tal-kuntratt ta’ kunsinna li jissemma fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 bejn manifatur u proċessur li jiggarantixxi li l-materja prima tintuża fil-Komunità għall-finijiet tal-manifattura tal-prodotti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-kuntratt ta’ kunsinna għall-materja prima industrijali għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:
(a) |
l-ismijiet, l-indirizzi u n-numri ta’ approvazzjoni tal-partijiet kontraenti; |
(b) |
it-terminu tal-kuntratt u l-kwantitajiet ta’ kull materja prima li għandha tiġi kkunsinnata għal kull perjodu ta’ kunsinna; |
(c) |
il-prezzijiet, il-kwalitajiet u l-kundizzjonijiet kollha applikabbli għall-kunsinna tal-materja prima; |
(d) |
l-impenn li jieħu l-manifattur li jikkunsinna materja prima mill-produzzjoni li taqbeż il-kwota tiegħu u l-impenn li jieħu l-proċessur li juża l-kwantitajiet ikkunsinnati esklussivament sabiex ikun prodott wieħed mill-prodotti jew aktar koperti mill-approvazzjoni tiegħu. |
3. Jekk il-manifattur u l-proċessur jifformaw parti mill-istess intrapriża, dik l-intrapriża għandha tipprepara kuntratt ta’ kunsinna pro forma li jinkludi l-annotazzjonjiet kollha li ġew speċifikati fil-paragrafu 2 ħlief għall-prezzijiet.
4. Il-manifattur għandu jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li approva l-proċessur in kwistjoni kopja ta’ kull kuntratt, qabel l-ewwel kunsinna skond dak il-kuntratt. Il-kopja mhemmx għalfejn turi l-prezzijiet li jissemmew fil-paragafu 2(c).
Artikolu 7
L-ekwivalenza
1. Mill-bidu ta’ kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni sakemm il-produzzjoni tagħhom tilħaq il-kwota tagħhom, skond il-kuntratti ta’ kunsinna li jissemmew fl-Artikolu 6, il-manifatturi jistgħu jissostitwixxu l-materja prima industrijali b’materja prima prodotta skond kwota.
2. Fuq talba tal-manifattur ikkonċernat, il-materja prima prodotta skond kwota kkunsinnata skond il-paragrafu 1 għandha titniżżel fil-kontabbiltà bħala materja prima industrijali kkunsinnata lil proċessur kif inhu pprovdut fil-punt (a) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) għall-istess sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.
3. Fuq it-talba ta’ dawk ikkonċernati, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jippermettu li kwantità ta’ zokkor prodotta fil-Komunità minn manifattur ieħor tiġi kkunsinnata minflok iz-zokkor industrijali. F’dan il-każ, iz-zokkor ikkunsinnat għandu jitniżżel fil-kontabbiltà bħala zokkor industrijali kkunsinnat lil proċessur kif inhu pprovdut fil-punt (a) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) għall-istess sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoordinaw il-kontrolli u l-monitoraġġ ta’ dawn l-operazzjonijiet.
Artikolu 8
Il-kunsinna ta’ materja prima
Fuq il-bażi tan-noti ta’ kunsinna li jissemmew fl-Artikolu 9(1), kull xahar, il-manifatturi għandhom jikkomunikaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li approvahom il-kwantitajiet ta’ materja prima kkunsinnata x-xahar preċedenti skond kull wieħed mill-kuntratti ta’ kunsinna u, fejn ikun xieraq, għandhom jindikaw il-kwantitajiet ikkunsinnati skond l-Artikolu 7(1) jew (3).
Għandu jitqies li l-kwantitajiet li jissemmew fl-ewwel sottoparagrafu ġew ikkunsinnati skond il-punt (a) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1).
Artikolu 9
L-obbligi fuq il-proċessuri
1. Għal kull kunsinna, il-proċessur għandu jressaq quddiem il-manifattur ikkonċernat nota ta’ kunsinna għall-materja prima industrijali skond il-kuntratt ta’ kunsinna li jissemma fl-Artikolu 6, fejn jiġu ċċertifikati l-kwantitajiet ikkunsinnati.
2. Qabel tmiem il-ħames xahar wara kull kunsinna, il-proċessuri għandhom jipprovdu provi, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru, ta’ l-użu li qed jagħmlu mill-materja prima industrijali għall-finijiet tal-manifattura tal-prodotti skond l-approvazzjoni li tissemma fl-Artikolu 5 u l-kuntratt ta’ kunsinna li jissemma fl-Artikolu 6. Din il-prova għandha tikkonsisti fir-reġistrazzjoni kompjuterizzata fir-reġistri matul jew fi tmiem il-proċess ta’ manifattura tal-kwantitajiet tal-prodotti kkonċernati.
3. Jekk il-proċessuri ma jkunux ipprovdew provi skond il-paragrafu 2, huma għandhom iħallsu s-somma ta’ EUR 5 għal kull tunnellata metrika tal-kunsinna kkonċernata u għal kull jum ta’ dewmien minn tmiem il-ħames xahar wara l-kunsinna.
4. Jekk il-proċessuri ma pprovdewx il-provi li jissemmew fil-paragrafu 2 qabel tmiem is-seba’ xahar wara kull kunsinna, għandu jitqies li l-kwantità kkonċernata ġiet sovraddikjarata għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 13. L-approvazzjoni tal-proċessur għandha tiġi rtirata għal perjodu ta’ bejn it-tliet u s-sitt xhur skond is-serjetà tas-sitwazzjoni.
Artikolu 10
Il-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard minn tmiem ix-xahar wara x-xahar ikkonċernat, il-kwantità tal-materja prima industrijali kkunsinnata; |
(b) |
mhux aktar tard minn tmiem Novembru għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti:
|
Artikolu 11
Ir-reġistri tal-proċessur
L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tispeċifika r-reġistri li għandhom jinżammu mill-proċessuri u l-frekwenza ta’ tali żamma ta’ reġistri, li għandha tkun mill-inqas ta’ kull xahar.
Dawn ir-reġistri, li għandhom jinżammu mill-proċessur għal mill-inqas it-tliet snin wara s-sena kurrenti, għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-kwantitajiet tal-materja prima differenti li nxtrat għall-ipproċessar; |
(b) |
il-kwantitajiet tal-materja prima pproċessata u l-kwantitajiet u t-tipi ta’ prodotti finali, ta’ ko-prodotti u ta’ prodotti sekondarji miksuba minnha; |
(c) |
il-ħela waqt l-ipproċessar; |
(d) |
il-kwantitajiet meqruda u r-raġunijiet għal tali qerda; |
(e) |
il-kwantitajiet u t-tipi ta’ prodotti mibjugħa jew ittrasferiti mill-proċessur. |
Artikolu 12
Il-kontrolli fuq il-proċessuri
1. Kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fuq mill-inqas 50 % tal-proċessuri approvati, magħżula fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju.
2. Il-kontrolli għandhom jinkludu analiżi tal-katina ta’ l-ipproċessar, eżami tad-dokumenti kummerċjali, u kontrolli fiżiċi fuq il-ħażniet sabiex ikun żgurat li l-materja prima kkunsinnata tikkorrispondi għall-prodotti finali, għall-ko-prodotti u għall-prodotti sekondarji miksuba.
Il-kontrolli għandhom jivverifikaw il-preċiżjoni ta’ l-istrumenti tal-kejl u ta’ l-analiżijiet tal-laboratorju li ntużaw sabiex ikunu ddeterminati l-kunsinni tal-materja prima u d-dħul tagħhom fil-produzzjoni, il-prodotti miksuba u l-movimenti tal-ħażniet.
Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jipprovdu li elementi partikolari tal-kontroll jistgħu jitwetqu fuq il-bażi ta’ kampjun, dak il-kampjun għandu jiggarantixxi livell affidabbli u rappreżentattiv ta’ kontroll.
3. Kull kontroll fil-post għandu jkun is-suġġett ta’ rapport ta’ spezzjoni ffirmat mill-ispettur li jagħti d-dettalji tal-kontrolli mwettqa. Ir-rapporti għandhom jindikaw b’mod partikolari:
(a) |
id-data tal-kontroll, u l-persuni preżenti; |
(b) |
il-perjodu kkontrollat u l-kwantitajiet involuti; |
(c) |
it-tekniki ta’ kontroll li ntużaw inkluż, fejn ikun applikabbli, referenza għall-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni; |
(d) |
ir-riżultati tal-kontroll u r-rakkomandazzjonijiet li saru; |
(e) |
valutazzjoni tas-serjetà, tal-firxa, tal-permanenza u tat-terminu ta’ kwalunkwe ħsara u diskrepanza li nstabu u l-elementi l-oħra kollha li għandhom jitqiesu għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tal-pieni. |
Kull rapport ta’ spezzjoni għandu jiġi arkivjat u għandu jinżamm għal mill-inqas tliet snin wara s-sena meta jitwettaq il-kontroll, b’mod li jkun żgurat li jkun jista’ jintuża faċilment mid-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli mill-kontrolli u mill-ispezzjonijiet.
Artikolu 13
Il-pieni
1. Jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tiskopri diskrepanza bejn il-ħażna fiżika, il-ħażna rreġistrata fir-reġistri u l-kunsinni tal-materja prima, jew in-nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn sabiex tkun żgurata konsistenza bejn dawn l-elementi, l-approvazzjoni tal-proċessur għandha tkun irtirata għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri, li ma jistax ikun inqas minn tliet xhur mid-data tas-sejba. Matul il-perjodu ta’ l-irtirar ta’ l-approvazzjoni, il-proċessur ma jistax jieħu kunsinni ta’ materja prima industrijali, imma jista’ juża kwalunkwe materja prima industrijali li ġiet ikkunsinnata qabel.
Fil-każ ta’ sovradikjarazzjoni tal-kwantitajiet ta’ materja prima użata, il-proċessur għandu jkun meħtieġ iħallas somma ta’ EUR 500 għal kull tunnellata metrika sovraddikjarata.
2. L-approvazzjoni m’għandiex tiġi rtirata skond il-paragrafu 1 fejn id-diskrepanza bejn il-ħażna fiżika u l-ħażna rreġistrata fir-reġistri tal-ħażniet tkun minħabba forza maġġuri jew jekk tkun inqas minn 5 % fil-piż tal-kwantità tal-materja prima kkontrollata jew minħabba omissjonijiet jew sempliċi żbalji amministrattivi, sakemm jittieħdu miżuri korrettivi sabiex ikun żgurat li ma jerġgħux jiġru żbalji simili.
KAPITOLU IV
IL-ĠARR ’IL QUDDIEM
Artikolu 14
Il-kwantitajiet li jinġarru ’l quddiem
Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-manifatturi jistgħu jġorru ’l quddiem għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jmiss kwantità ta’ materja prima daqs jew inqas mill-ammont żejjed, meta pparagunata mal-kwota allokata, tal-produzzjoni totali f’dik is-sena, inklużi l-kwantitajiet li nġarrew ’il quddiem qabel għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti skond dak l-Artikolu jew li ġew irtirati mis-suq skond l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 15
Il-ġarr ’il quddiem taz-zokkor
1. Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-kundizzjonijiet għall-ġarr ’il quddiem taz-zokkor għandhom ikunu stabbiliti bi ftehim fil-kummerċ kif jissemma fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament u għandhom jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-kwantità ta’ pitravi li tikkorrispondi għall-kwantità ta’ zokkor li għandha tinġarr ’il quddiem u t-tqassim ta’ din il-kwantità fost dawk li jkabbru l-pitravi.
2. Il-pitravi li jikkorrispondu għall-kwantità ta’ zokkor li nġarret ’il quddiem għandhom jitħallsu mill-intrapriża in kwistjoni bi prezz li jkun mill-inqas daqs il-prezz minimu u skond it-termini applikabbli għall-pitravi kkunsinnati bħala parti mill-produzzjoni skond kwoti tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni fejn inġarr ’il quddiem iz-zokkor.
Artikolu 16
Il-ġarr ’il quddiem ta’ l-iżoglukosju
Il-manifatturi ta’ l-iżoglukosju li jiddeċiedu li jġorru ’l quddiem f’sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li approvahom sal-31 ta’ Otturbu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.
Artikolu 17
Il-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju, il-kwantitajiet taz-zokkor mill-pitravi u tax-xropp ta’ l-inulina mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti li għandhom jinġarru ’l quddiem għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jmiss; |
(b) |
mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju, il-kwantitajiet taz-zokkor tal-kannamieli mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti li għandhom jinġarru ’l quddiem għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jmiss; |
(c) |
mhux aktar tard mill-15 ta’ Novebru, il-kwantitajiet ta’ l-iżgolukosju li nġarrew ’il quddiem mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti. |
KAPITOLU V
L-ARRANĠAMENTI SPEĊIFIĊI TA’ PROVVISTA U L-ESPORTAZZJONI
Artikolu 18
L-aktar reġjuni mbiegħda
1. Il-materja prima żejda li ntużat għall-finijiet ta’ l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-aktar reġjuni mbiegħda skond l-Artikolu 12(c) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u fil-limiti kwantitativi ffissati fil-programmi li jissemmew fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għandha tkun is-suġġett ta’ kuntratt ta’ bejgħ dirett mill-manifattur li pproduċiha lil operatur li jitniżżel f’wieħed mir-reġistri li jissemmew fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 793/2006.
2. Il-kuntratt li jissemma fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi, b’mod partikolari, għat-trażmissjoni bejn il-partijiet ta’:
(a) |
dikjarazzjoni mill-manifattur tal-kwantità ta’ materja prima żejda kkunsinnata skond il-kuntratt, u |
(b) |
dikjarazzjoni mill-operatur ikkonċernat li l-kwantità in kwistjoni ġiet ikkunsinnata skond l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. |
Għall-materja prima żejda, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna li tissemma fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 793/2006 għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni tal-produttur li tissemma fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu. Il-Kaxxa 20 taċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna għandha tinkludi l-annotazzjoni “zokkor C: l-ebda għajnuna” kif jissemma fil-Parti ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 793/2006.
L-awtoritajiet kompetenti li ħarġu ċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna għandhom jibagħtu kopja ta’ dak iċ-ċertifikat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn kien approvat il-manifattur.
Il-kwantitajiet tal-materja prima li għalihom il-manifattur jippreżenta d-dikjarazzjoni li tissemma fil-paragrafu 2(b), u li għalihom l-Istat Membru kkonċernat għandu kopji taċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna, għandhom jitqiesu bħala li ġew ikkunsinnati skond l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, kif inhu pprovdut fil-punt (c) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1).
Artikolu 19
L-esportazzjoni
1. Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni li jissemmew fil-punt (d) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) għandhom jinħarġu fil-limiti kwantitativi fuq l-esportazzjoni mingħajr rifużjoni li għandhom ikunu ffissati mill-Kummissjoni skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
2. Għandu jitqies li l-kwantitajiet żejda li ġew esportati fit-tifsira tal-punt (d) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament kienu:
(a) |
il-prodott ġie esportata mingħajr rifużjoni bħala zokkor abjad, iżoglukosju mhux ipproċessat jew xropp ta’ l-inulina mhux ipproċessat; |
(b) |
l-Istat Membru ta’ l-esportazzjoni jkun aċċetta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni rilevanti qabel l-1 ta’ Jannar wara tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li matulha ġiet prodotta l-materja prima żejda; |
(c) |
il-manifattur ressaq quddiem l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, qabel l-1 ta’ April wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni meta ġie pprodott l-ammont żejjed:
|
KAPITOLU VI
ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 20
Ir-rata tal-kambju
Fl-Istati Membri li m’adottawx l-euro, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża hija r-rata tal-kambju applikabbli:
(a) |
għall-imposta li tissemma fl-Artikolu 3, fl-ewwel jum tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni meta kien prodott l-ammont żejjed; |
(b) |
għall-ammonti li għandhom jitħallsu kif jissemma fl-Artikolu 9(3) u fl-Artikolu 13(1), fl-ewwel jum tax-xahar meta japplikaw. |
Artikolu 21
Il-kontrolli u l-miżuri implimentattivi nazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fiżiċi fuq mill-inqas 5 % ta’:
(a) |
il-kwantitajiet ta’ zokkor li jinġarru ’l quddiem kif jissemma fl-Artikolu 14; |
(b) |
il-kwantitajiet ta’ materja prima kkunsinnati fil-kuntest ta’ l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-aktar reġjuni mbiegħda li jissemmew fl-Artikolu 18; |
(c) |
id-dikjarazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni li jissemmew fl-Artikolu 19 skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2090/2002. |
2. Mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport annwali li juri n-numru ta’ kontrolli mwettqa, b’mod partikolari dawk li jissemmew fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 12, fejn għal kull kontroll imwettaq, jispeċifikaw in-numru ta’ nuqqasijiet sinifikanti u insinfikanti misjuba u l-azzjoni meħuda u l-pieni applikati.
3. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi applikat b’mod xieraq u jistgħu jimponu pieni nazzjonali xierqa fuq l-operaturi involuti fil-proċedura.
4. L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin sabiex ikunu żguri minn kontrolli effettivi, u jkunu żguri li tiġi kkontrollata l-awtentiċità tad-dokumenti mressqa u/jew il-preċiżjoni tad-data skambjata.
Artikolu 22
Ir-revoka
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, b’dan qed jiġu rrevokati r-Regolamenti (KEE) Nri 65/82 u 2670/81 u (KE) Nru 1265/2001.
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2670/81 u (KE) Nru 1265/2001, madankollu, se jkomplu japplikaw għall-produzzjoni fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2005/06.
Artikolu 23
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dak inhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 318/2006.
(3) ĠU L 145, 31.5.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).
(4) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).
(5) ĠU L 322, 27.11.2002, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1454/2004 (ĠU L 269, 17.8.2004, p. 9).
(6) ĠU L 262, 16.9.1981, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 95/2002 (ĠU L 17, 19.1.2002, p. 37).
(7) ĠU L 9, 14.1.1982, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2223/2000 (ĠU L 253, 7.10.2000, p. 15).
(8) ĠU L 178, 30.6.2001, p. 63. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 493/2006 (ĠU L 89, 28.3.2006, p. 11).
ANNESS
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti |
1302 32 |
– – Muċilaġni u materjali li jħaxxnu, modifikati jew le, derivati minn ħarrub, żerriegħa tal-ħarrub jew żerriegħa tal-gwar: |
1302 39 00 |
– – Oħra |
ex 1702 60 95 |
– – Xroppijiet biex jinfirex u għall-produzzjoni ta’ forma ppurifikata ta’ għasel iswed magħmul mit-tuffieħ (rinse applestroop) |
2102 10 |
– Ħmira attiva |
ex 2102 20 |
– – Ħmira inattiva |
2207 10 00 |
– Alkoħol etiliku mhux żnaturat ta’ saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 80 % vol jew aktar (bijoetanol) |
ex 2207 20 00 |
– Alkoħol etiliku, żnaturat, ta’ kull saħħa (bijoetanol) |
ex 2208 40 |
– Rum |
ex 2309 90 |
– Prodotti b’kontenut ta’ materja niexfa ta’ mhux inqas minn 60 % ta’ lisina |
29 |
Kimiċi organiċi ħlief il-prodotti tas-sottonitestaturi 2905 43 00 u 2905 44 |
3002 90 50 |
– – Kolturi ta’ mikroorganiżmi |
3003 |
Medikamenti (ħlief oġġetti ta’ l-intestatura 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu f’żewġ kostitwenti jew aktar li tħalltu flimkien għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, mhux ippreżentati f’dożi meqjusin jew f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut |
3004 |
Medikamenti (ħlief oġġetti ta’ l-intesatura 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin jew mhux imħalltin għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, ippreżentati f’dożi meqjusin jew f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut |
3006 |
Oġġetti farmaċewtiċi speċifikati fin-nota 4 għall-kapitolu 30 tan-Nomenklatura Maqgħuda |
3203 00 90 |
– Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali jew mill-annimali u preparazzjonijiet ibbażati fuqu |
ex 3204 |
– Materjal taż-żbigħ organiku sintetiku u preparazzjonijiet ibbażati fuqu kif speċifikati fin-nota 3 għall-kapitolu 32 tan-Nomenklatura Maqgħuda |
ex ex 35 |
Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enżimi, ħlief il-prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura 3501 u s-sottointestaturi 3505 10 10 , 3505 10 90 u 3505 20 |
ex ex 38 |
Diversi prodotti kimiċi ħlief dawk ta’ l-intestaturi 3809 60 u 3824 60 00 |
ex ex 39 |
Plastiks u oġġetti tagħhom: |
3901 sa 3914 |
– Forom primarji |
ex 6809 |
Oġġetti ta’ ġibs jew ta’ kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-ġibs – twavel, folji, pannelli, ċangaturi u oġġetti simili |