This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0129
Commission Directive 2006/129/EC of 8 December 2006 amending and correcting Directive 96/77/EC laying down specific purity criteria on food additives other than colours and sweeteners (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/129/KE tat- 8 ta' Diċembru 2006 li tispeċifika l-kriterja tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/129/KE tat- 8 ta' Diċembru 2006 li tispeċifika l-kriterja tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 346, 9.12.2006, pp. 15–25
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 314M, 1.12.2007, pp. 423–433
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 08/10/2008
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31996L0077 | Emenda | anness | 29/12/2006 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repealed by | 32008L0084 |
|
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
423 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/129/KE
tat-8 ta' Diċembru 2006
li tispeċifika l-kriterja tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (3)(a) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE (2) ta’ Diċembru 1996 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, tistabbilixxi l-kriterji ta’ purità għall-addittivi msemmija fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (3). |
|
(2) |
Huwa xieraq li jiġu rtirati l-kriterji ta’ purità għall-E 216 propyl p-hydroxybenzoate u l-E 217 sodium propyl p-hydroxybenzoate [mhux maqluba għall-Malti f’dan ir-Regolament] li ma għadhomx permessi għall-użu bħala addittivi fl-ikel. |
|
(3) |
Uħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva 96/77/KE fihom żbalji rigward is-sustanzi li ġejjin: E 307 alpha-tocopherol, E 315 erythorbic acid, E 415 xanthan gum [mhux maqluba għall-Malti f’dan ir-Regolament]. Dawn l-iżbalji jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. Barra minn hekk, jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif imfassla mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi fl-Ikel (JECFA). B’mod partikolari fejn huwa meħtieġ, il-kriterji speċifiċi ta’ purità ġew adattati biex jirriflettu l-limiti ta’ metalli tqal speċifiċi ta’ interess. Għal raġunijiet ta’ ċarezza t-test kollu rigward dawn is-sustanzi għandu jinbidel. |
|
(4) |
Il-livell ta’ rmied issulfatfil-kriterji ta’ purità għall-esteri E 472c ta’ l-aċidu ċitriku ta’ mono- u digliċeridi ta’ aċidi xaħmin għandu jiġi emendat sabiex ikopri prodotti parzjalment jew totalment newtralizzati. |
|
(5) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-E 559 silikat ta’ l-aluminju jiġi prodott minn tafal kaolinitiku mhux ipproċessat ħieles minn kontaminazzjoni inaċċettabbli ta’ dijossina. Il-preżenza tad-dijossina fit-tafal kaolinitiku mhux ipproċessat għandha għalhekk tkun ristretta għall-anqas livell possibbli. |
|
(6) |
Jeħtieġ li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għall-addittivi ġodda fl-ikel permezz tad-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa u d-Direttiva 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel: E 319 butilidrokinone terzjarju (TBHQ), E 426 emiċelluloża tas-soja, E 462 etilċelluloża, E 586 4-essilresorċinol, E 1204 pullulan u E 1452 ottenilsuċċinat ta’ l-aluminju u l-lamtu. |
|
(7) |
Id-Direttiva 96/77/KE għandha għalhekk tiġi emendata u kkoreġuta kif xieraq. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 96/77/KE huwa emendat u kkoreġut skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2008. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 339, 30.12.1996, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/45/KE (ĠU L 113, 20.4.2004, p. 19).
(3) ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).
ANNESS
L-Anness tad-Direttiva 96/77/KEE qed jiġi emendat u kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
It-testi li jirrigwardaw E 216 propyl p-hydroxybenzoate and E 217 sodium propyl p-hydroxybenzoate huma mħassra. |
|
(2) |
It-test li jirrigwarda E 307 alpha-tocopherol huwa mibdul b’dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
It-test li jikkonċerna E 315 erythorbic acid huwa mibdul b’dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4) |
It-test li ġej rigward l-E 319 butilidrokinone terzjarju (TBHQ) huwa mdaħħal wara l-E 316 sodium erythorbate:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) |
It-test li jikkonċerna l-E 415 zanthan gomma huwa mibdul b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6) |
It-test li ġej rigward l-E 426 emiċelluloża tas-soja huwa mdaħħal wara l-E 425(ii) glucommannan tal-konjac:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7) |
It-test li ġej rigward l-E 462 etilċelluloża huwa mdaħħal wara l-E 461 metilċelluloża:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8) |
It-test rigward l-esteri ta’ l-aċidu ċitriku E 472c ta’ mono u digliċeridi ta’ aċidi xaħmin huwa mibdul b’li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9) |
It-test li jikkonċerna E 559 silikat ta’ l-aluminju (kaolin) huwa mibdul b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10) |
It-test li ġej rigward l-E 586 4-Essilresorċinol huwa mdaħħal wara l-E 578 glukonat tal-kalċju:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(11) |
It-test li ġej rigward il-E 1204 pullulan huwa mdaħħal wara l-E 1200 polidestrożju:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(12) |
It-test li ġej rigward l-E 1452 ottenilsuċċinat ta’ l-aluminju u l-lamtu huwa mdaħħal wara l-E 1451 lamtu ossidat aċitelat:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||