Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006E0671

    Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/671/PESK tal- 5 ta’ Ottubru 2006 li testendi l-validità tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

    ĠU L 275, 6.10.2006, p. 66–66 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 9–9 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2006/671/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    9


    POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/671/PESK

    tal-5 ta’ Ottubru 2006

    li testendi l-validità tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-11 ta’ Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK (1) dwar miżuri ulterjuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY), sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni kollha akkużati pubblikament mill-ICTY għal delitti ta' gwerra li mhumiex fil-kustodja tat-Tribunal.

    (2)

    Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tapplika sa l-10 ta' Ottubru 2006.

    (3)

    Il-Kunsill jikkunsidra li jeħtieġ li l-validità tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tiġi estiża għal 12-il xahar ieħor.

    (4)

    Azzjoni mill-Komunità hija meħtieġa sabiex jiġu implimentati dawn il-miżuri,

    ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    Il-validità tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK hija permezz ta' dan estiża sa l-10 ta’ Ottubru 2007.

    Artikolu 2

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ottubru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il–President

    K. RAJAMÄKI


    (1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/484/PESK (ĠU L 189, 12.7.2006, p. 25).


    Top