1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

9


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/671/PESK

tal-5 ta’ Ottubru 2006

li testendi l-validità tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK (1) dwar miżuri ulterjuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY), sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni kollha akkużati pubblikament mill-ICTY għal delitti ta' gwerra li mhumiex fil-kustodja tat-Tribunal.

(2)

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tapplika sa l-10 ta' Ottubru 2006.

(3)

Il-Kunsill jikkunsidra li jeħtieġ li l-validità tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tiġi estiża għal 12-il xahar ieħor.

(4)

Azzjoni mill-Komunità hija meħtieġa sabiex jiġu implimentati dawn il-miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-validità tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK hija permezz ta' dan estiża sa l-10 ta’ Ottubru 2007.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kunsill

Il–President

K. RAJAMÄKI


(1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/484/PESK (ĠU L 189, 12.7.2006, p. 25).