EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0917

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn l-infiq li sar fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-marda tal-bluetongue fi Franza fl-2004 u fl-2005 (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6382)

ĠU L 349, 12.12.2006, p. 56–56 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 803–803 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/917/oj

5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

803


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Diċembru 2006

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn l-infiq li sar fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-marda tal-bluetongue fi Franza fl-2004 u fl-2005

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6382)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2006/917/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,

Billi:

(1)

It-tifqigħ tal-bluetongue seħħ fi Franza fl-2004 u fl-2005. Il-feġġ ta' din il-marda ippreżenta periklu serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

(2)

Sabiex issir prevenzjoni tat-tixrid tal-marda u sabiex ikun hemm għajnuna għall-eradikazzjoni malajr kemm jista' jkun, il-Komunità għandha tikkontribwixxi lejn l-infiq eliġibbli li sar mill-Istati Membri skond il-miżuri ta' emerġenza li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-marda, kif inhu previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/659/KE tal-15 ta' Settembru 2005 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fil-kuntest ta' kampanji ta' vaċċinazzjoni kontra l-bluetongue fi Franza fl-2004 u fl-2005 (2) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lil Franza għall-infiq li sar fil-miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda tal-bluetongue li ġew implimentati fl-2004 u fl-2005.

(4)

Skond dik id-Deċiżjoni, ġie awtorizzat l-ewwel pagament ta' EUR 150 000.

(5)

Skond dik id-Deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandu jitħallas fuq il-bażi ta' l-applikazzjoni sottomessa minn Franza fis-6 ta' Diċembru 2005 u d-dokumenti ta' appoġġ li jistabbilixxu l-figuri kkwotati fl-applikazzjoni.

(6)

Fid-dawl ta' dawk il-konsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lejn in-nefqa eliġibbli li saret għall-eradikazzjoni tal-marda tal-bluetongue fi Franza fl-2004 u fl-2005 għandu jiġi ffissat.

(7)

Ir-riżultati tal-verifiki mwettqa mill-Kummissjon f'konformità mar-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji Komunitarji jfissru li l-ammont kollu tan-nefqa mressaq ma jistax jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli.

(8)

L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lil Franza f'ittra bid-data ta' l-20 ta' Settembru 2006.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità lejn in-nefqa li hija assoċjata ma' l-eradikazzjoni tal-marda tal-bluetongue fi Franza fl-2004 u fl-2005 skond id-Deċiżjoni 2005/659/KE hija ffissata għal EUR 250 175.

Billi diġà ngħata pagament ta' EUR 150 000 skond id-Deċiżjoni 2005/659/KE, għandu jitħallas bilanċ ta' EUR 100 175 lil Franza.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussel, 11 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

(2)  ĠU L 244, 20.9.2005, p. 24.


Top