Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0663

2006/663/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Ġunju 2006 li tadatta l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fir-rigward ta' l-iżvilupp rurali

ĠU L 277, 9.10.2006, p. 2–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/663/oj

9.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Ġunju 2006

li tadatta l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fir-rigward ta' l-iżvilupp rurali

(2006/663/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, iffirmat fil-Lussemburgu nhar il-25 ta’ April 2005, b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (2) jintroduċi tibdiliet għall-acquis li fuqu ġew ibbażati n-negozjati ta' l-adeżjoni mal-Bulgarija u r-Rumanija.

(2)

Għaldaqstant jeħtieġ li l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija jiġi adattat sabiex ikun kompatibbli mar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(3)

Ir-regoli transitorji u implimentattivi fil-qasam ta' l-iżvilupp għall-perijodu ta' programmar li jibda fl-1 ta' Jannar 2007 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Ir-referenzi fid-disposizzjonijiet proċedurali previsti fl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għandhom jiġu adattati għaldaqstant.

(4)

Meta laħqu ftehim politiku dwar ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-Kunsill u l-Kummissjoni ftehmu f’dikjarazzjoni konġunta dwar il-Bulgarija u r-Rumanija li jestendu l-miżura dwar is-servizzi konsultattivi prevista fl-Anness VIII għall-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija sa l-2013 fir-rigward tal-provvista ta' tali servizzi konsultattivi lill-bdiewa li jirċievu għajnuna semi-sussistenzjarja. L-Att ta’ l-Adeżjoni għandu jiġi adattat b'kunsiderazzjoni ta' dan il-ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 29, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Jekk ikunu meħtieġa miżuri transitorji speċifiċi f’dan ir-rigward, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (*)

(*)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1463/2006 (ĠU L 277, 9.10.2006, p. 1).”."

.

2)

L-Artikolu 34 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-Paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Minbarra r-regolamenti dwar l-iżvilupp rurali fis-seħħ fid-data ta’ l-adeżjoni, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet I, II u III ta’ l-Anness VIII għandhom japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija għall-perijodu 2007–2009, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima I, il-punt D, ta' dak l-Anness li għandu japplika wkoll għall-perijodu 2010–2013 fir-rigward tal-provvista ta' servizzi konsultattivi għall-bdiewa li jirċievu għajnuna semi-sussistenzjarja. Id-disposizzjonijiet finanzjarji speċifiċi stabbiliti fit-Taqsima IV ta’ l-Anness VIII għandhom japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija matul il-perijodu ta’ programmar 2007–2013 kollu.”

(b)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Għandhom jiġu adottati regoli implimentattivi, fejn meħtieġ, għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Anness VIII skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha titfassal bil-lingwa Spanjola, Ċeka, Daniża, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Irlandiża, Taljana, Latvjana, Litwanjana, Ungeriża, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Finlandiża, Żvediża Bulgara u Remena, u kull wieħed mit-tlieta u għoxrin test ikun ugwalment awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fl-1 ta' Jannar 2007, soġġetta għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

Magħmula fil-Lussemburgu, nhar id-19 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PRÖLL


(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1463/2006 (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top