EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0359

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2006 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ĠU L 134, 20.5.2006, p. 33–33 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 94–94 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/359/oj

25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

94


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Mejju 2006

li taħtar membru Ġermaniż

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2006/359/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/758/KE tas-17 ta' Settembru 2002 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-perjodu mill-21 ta' Settembru 2002 sa l-20 ta' Settembru 2006 (1),

Wara li kkunsidra n-nomina preżentata mill-Gvern Ġermaniż,

Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

Sar vakanti post ta' membru Ġermaniż fil-Kumitat imsemmi hawn fuq wara r-riżenja tas-Sur Bernhard WELSCHKE,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Dott. Ludolf von WARTENBERG huwa b'dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali minflok is-Sur Bernhard WELSCHKE, għaż-żmien li jifdal tal-mandat ta' dan ta' l-aħħar, jiġifieri sa l-20 ta' Settembru 2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-15 ta' Mejju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 253, 21.9.2002, p. 9.


Top