This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0359
2006/359/EC,Euratom: Council Decision of 15 May 2006 appointing a German member of the European Economic and Social Committee
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2006 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2006 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ĠU L 134, 20.5.2006, p. 33–33
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 94–94
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2006
25.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
94 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Mejju 2006
li taħtar membru Ġermaniż
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2006/359/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/758/KE tas-17 ta' Settembru 2002 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-perjodu mill-21 ta' Settembru 2002 sa l-20 ta' Settembru 2006 (1),
Wara li kkunsidra n-nomina preżentata mill-Gvern Ġermaniż,
Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
Sar vakanti post ta' membru Ġermaniż fil-Kumitat imsemmi hawn fuq wara r-riżenja tas-Sur Bernhard WELSCHKE,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Dott. Ludolf von WARTENBERG huwa b'dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali minflok is-Sur Bernhard WELSCHKE, għaż-żmien li jifdal tal-mandat ta' dan ta' l-aħħar, jiġifieri sa l-20 ta' Settembru 2006.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, nhar il-15 ta' Mejju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
U. PLASSNIK
(1) ĠU L 253, 21.9.2002, p. 9.