This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0285
2006/285/EC: Commission Decision of 12 April 2006 amending Decision 2003/135/EC as regards the extension of plans for the eradication and emergency vaccination of feral pigs against classical swine fever to certain areas of North Rhine-Westfalia and Rhineland-Palatinate and the termination of these plans in other areas of Rhineland-Palatinate (Germany) (notified under document number C(2006) 1531)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' April 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward ta' l-estensjoni tal-pjanijiet għall-eradikazzjoni u l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti żoni tan-North Rhine-Westfalia u r-Rhineland-Palatinate u t-terminazzjoni ta' dawn il-pjanijiet f' żoni oħrajn tar-Rhineland-Palatinate (il-Ġermanja) (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1531)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' April 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward ta' l-estensjoni tal-pjanijiet għall-eradikazzjoni u l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti żoni tan-North Rhine-Westfalia u r-Rhineland-Palatinate u t-terminazzjoni ta' dawn il-pjanijiet f' żoni oħrajn tar-Rhineland-Palatinate (il-Ġermanja) (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1531)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 603–605
(MT)
ĠU L 104, 13.4.2006, p. 51–53
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 27/03/2013; Imħassar b' 32013D0164
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003D0135 | Sostituzzjoni | anness 1 | 12/04/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32013D0164 |
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
603 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' April 2006
li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward ta' l-estensjoni tal-pjanijiet għall-eradikazzjoni u l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti żoni tan-North Rhine-Westfalia u r-Rhineland-Palatinate u t-terminazzjoni ta' dawn il-pjanijiet f' żoni oħrajn tar-Rhineland-Palatinate (il-Ġermanja)
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1531)
(It-testi bil-Ġermaniż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)
(2006/285/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 16(1) u 20(2), tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE tas-27 ta' Frar 2003 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza ta' ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer tal-ħnieżer fil-Ġermanja, fl-istati federali tas-Sassonja ta' Isfel, ir-Rhine-Westphalia ta' Fuq, ir-Rhineland-Palatinate u s-Saarland (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta' miżuri fil-ġlieda kontra l-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer. |
(2) |
Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li l-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer infirxet fil-ħnieżer selvaġġi f'ċertu żoni tar-Rhine-Westfalia ta' Fuq. Il-Ġermanja qalet ukoll li l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-pjan għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi kontra d-d-deni klassiku tal-ħnieżer ġew estiżi għal dawk iż-żoni u ċeru żoni ġirien tar-Rhineland Palatinate. |
(3) |
Il-Ġermanja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li s-sitwazzjoni tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċertu żoni tar-Rhineland-Palatinate marret għall-aħjar b'mod sinjifikanti u li l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u pjanijiet ta' vaċċinazzjoni ta' emerġenza għall-ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer mhumiex iktar meħtieġa għal dawk iż-żoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2003/135/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma stipolati b'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2003/135/KE jinbidel bl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta' April 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
(2) ĠU L 53, 28.2.2003, p. 47. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/950/KE (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 30).
ANNESS
“ANNESS
1. ŻONI FEJN HUMA FIS-SEĦĦ PJANIJIET TA' ERADIKAZZJONI:
A. |
Fl-istat federali ta' Rhineland-Palatinate:
|
B. |
Fl-istat federali tar-Rhine ta' Fuq-Westphalia :
|
2. ŻONI FEJN QED JIĠI APPLIKAT IL-VAĊĊINAZZJONI TA' EMERĠENZA:
A. |
Fl-istat federali ta' Rhineland-Palatinate:
|
B. |
Fl-istat federali tar-Rhine ta' Fuq-Westphalia :
|