Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0196

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta' Marzu 2006 li temenda l-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-ħut, il-laħam u l-ħalib fil-Polonja (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 609) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 70, 9.3.2006, p. 80–81 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 380–381 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/196/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

380


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta' Marzu 2006

li temenda l-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-ħut, il-laħam u l-ħalib fil-Polonja

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 609)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2006/196/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polanja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Anness XII, Kapitolu 6, Sezzjoni B, Subsezzjoni I(1), paragrafu (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Polonja ngħatat perjodi tranzitorji għal ċerti stabbilimenti elenkati fl-Appendiċi B (1) ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)

L-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' Adeżjoni 2003 ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/458/KE (2), 2004/471/KE (3), 2004/474/KE (4), 2005/271/KE (5), 2005/591/KE (6), 2005/854/KE (7) and 2006/14/KE (8)

(3)

Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Pollakka ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-ħut, laħam u ħalib spiċċaw il-proċess tagħhom ta' titjib u issa jinstabu f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti temmew l-attivitajiet tagħhom. Dawk l-istabbilimenti għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista ta' stabbilimenti li qegħdin fi tranżizzjoni.

(4)

L-Appendiċi B ta' l-Anness XII ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ġie infurmat bil-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni tneħħew mill-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2006

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 227 E, 23.9.2003, p. 1392.

(2)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 53; verżjoni kkoreġġuta fil-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 39.

(3)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 56; verżjoni kkoreġġuta fil-ĠU L 212, 12.6.2004, p. 31.

(4)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 73; verżjoni kkoreġġuta fil-ĠU L 212, 12.6.2004, p. 44.

(5)  ĠU L 86, 5.4.2005, p. 13.

(6)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 96.

(7)  ĠU L 316, 2.12.2005, p. 17.

(8)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 66.


ANNESS

Lista ta' stabbilimenti li għandhom jitneħħew mill-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003

Stabbilimenti tal-laħam

Lista inizjali

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

35.

08040206

AGROMAS Sp. z o.o.

71.

12160208

Wojnickie Zakłady Mięsne

“MEAT COMPANY”

99.

14370101

Ubojnia Trzody i Bydła “WILPOL”

155.

24610323

“Basco” s.c.

181.

24170301

Zakład Przetwórstwa

Mięsnego B.Wisniewska

186.

26040209

“Wir” Szproch I

Przetwórstwo Mięsa SJ.

209.

30090103

Firma Handlowo

Usługowa — Andrzej Mejsner

239.

30280102

PHU ROMEX Graźyna Pachela, Ubojnia Bydła

243.

30290201

Rzeźnictwo Kujawa,

Maik s.j.

246.

30300112

Ubój Trzody

Mariusz Marciniak

Laħam tat-tjur ta' l-irziezet

Lista inizjali

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

31.

18630501

Jedynka Spółka z o.o.

Zakład Produkcyjny

34.

24610602

Szerwal 2000 Sp. z o.o.

Settur tal-ħalib

Lista inizjali

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

57.

20111601

OSM Dąbrowa Białostocka

66.

24781601

OSM w Zabrzu

68.

24061602

OSM Krzepice

74.

24161602

OSM “Rokitnianka” w

Szczekocinach

101.

30151601

OSM “Top-Tomyśl”

103.

30201601

OSM Kowalew — Dobrzyca

Zakład Kowalew

107.

30231601

SM Udziałowców

110.

30281601

ZPM “Mlecz” Wolsztyn, Oddział Damasławek

111.

30301601

SM Września


Top