EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0860

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 860/2005 tat- 30 ta' Mejju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 27/2005, fir-rigward ta' l-opportunitajiet ta' sajd fl-ibħra tal-Groenlandja, tal-Gżejjer Faroe u ta' l-Islanda u s-sajd għall-merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2270/2004, fir-rigward ta' l-opportunitajiet ta' sajd għall-kelb il-baħar tal-fond u r-roundnose grenadier

ĠU L 144, 8.6.2005, p. 1–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 102–109 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/860/oj

16.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

102


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 860/2005

tat-30 ta' Mejju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 27/2005, fir-rigward ta' l-opportunitajiet ta' sajd fl-ibħra tal-Groenlandja, tal-Gżejjer Faroe u ta' l-Islanda u s-sajd għall-merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2270/2004, fir-rigward ta' l-opportunitajiet ta' sajd għall-kelb il-baħar tal-fond u r-roundnose grenadier

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 tas-26 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru ta' ħażniet tal-merluzz (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 27/2005 (3) jiffissa għall-2005 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ibħra Komunitarji u, għall-bastimenti Komunitarji, fl-ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qabda.

(2)

Jeħtieġ li jiġu kkoreġuti ċerti żbalji ta' kalkolu li seħħew meta ġew allokati l-kwoti lill-Istati Membri għal ċerti speċi.

(3)

Bil-ħsieb li jiġi mtejjeb il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq konsulenza xjentifika soda u fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli, l-istess kondizzjonijiet għandhom japplikaw għall-bastimenti tal-KE biex jirrapportaw qabdiet ta' speċi li mhumiex fil-kwota fl-ibħra tal-KE billi jinqasmu skond l-ispeċi għal kull żona.

(4)

Skond il-proċedura prevista fil-Ftehim dwar is-sajd u l-ambjent tal-baħar bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda (4), il-Komunità għamlet konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tas-sajd għall-2005 ma' l-Islanda. Ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet għandu jiġi nkorporat fir-Regolament (KE) Nru 27/2005.

(5)

L-awtoritajiet tal-Groenlandja innotifikaw lill-Kummissjoni li l-Komunità għandha aċċess għal 1 000 tunnellata ta' snow crab fl-ibħra tal-Groenlandja. Ġie miftiehem wkoll ma' l-awtoritajiet tal-Groenlandja li jista' jsir sajd fuq il-kwota sħiħa ta' skorfon fiż-żoni V u XIV permezz ta' xibka tat-tkarkir pelaġika.

(6)

Deher li l-allokazzjoni ta' iktar ġranet ta' sajd kull xahar kalendarju fil-Baħar tat-Tramuntana għal bastimenti li qed jistadu b'tagħmir irmunkat bi twieqi ta' malja kwadra ta' daqs ta' 120 mm jistgħu jipperikolaw l-irkupru tal-merluzz u jmorru kontra l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 423/2004. Il-Baħar tat-Tramuntana għandu għalhekk jiġi mħassar mill-lista ta' żoni li għalihom dik l-allokazzjoni ta' granet supplimentarji hija applikabbli. Ikun xieraq ukoll li jiġu ċċarati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tieqa tal-malja kwadra ta' 120 mm.

(7)

L-opportunitajiet ta' sajd għal kelb il-baħar tal-fond fis-sub-żona ICES X (ibħra Komunitarji u ibħra internazzjonali) għandhom jiżdiedu għal 120 tunnellata biex b'hekk jippermettu li l-kelb il-baħar tal-fond li bħala qabdiet aċċessorji inevitabbli jittieħed f' industriji tas-sajd oħra jiġi mtella.

(8)

Ir-regoli dwar l-interazzjonijiet ta' sajd bejn żoni definiti fl-Anness IVa u l-Anness IVċ għar-Regolament (KE) Nru 27/2005 m' għandhomx jipprevjenu bastiment milli juża n-numru massimu ta' jiem disponibbli fl-Anness IVa. Dawk ir-regoli għandhom għalhekk jiġu emendati.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 2270/2004 (5) jiffissa għall-2005 u l-2006 l-opportunitajiet tas-sajd għal bastimenti Komunitarji tas-sajd għal ċerti ħażniet ta' ħut tal-baħar fond.

(10)

L-opportunitajiet ta' sajd għar-roundnose grenadier fid-diviżjoni ICES Vb, sub-żoni VI u VII (ibħra Komunitarji u ibħra internazzjonali) ma ġewx ikkalkolati b'mod xieraq fir-Regolament (KE) Nru 2270/2004 u għandhom jiġu korretti.

(11)

Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda Komunitarji, huwa importanti li dan is-sajd jinfetaħ malajr kemm jista' jkun. Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, huwa imperattiv li tingħata eċċezzjoni għall-perijodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

(12)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 27/2005 u (KE) Nru 2270/2004 għandhom għalhekk jiġu emendati għaldaqstant,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 27/2005

Ir-Regolament (KE) Nru. 27/2005 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Il-bastimenti Komunitarji huma b'dan awtorizzati jagħmlu qabdiet, fi ħdan il-limiti tal-kwota mniżżla fl-Anness I, fl-ibħra li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, l-Islanda u n-Norveġja, u ż-żona tas-sajd madwar Jan Mayen, bla ħsara għall-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 9, 16 u 17.”

(2)

Is-sub-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 9:

“Sajd permezz ta' bastimenti Komunitarji fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Islanda għandhom jiġu limitati għaż-żona definita mil-linji dritti li jikkollegaw b'mod sekwenzjali il-koordinati li ġejjin:

 

Żona tal-Lbiċ

1.

63° 12'T u 23° 05'P minn 62° 00'N u 26° 00'P,

2.

62° 58'T u 22° 25'P,

3.

63° 06'T u 21° 30'P,

4.

63° 03'T u 21° 00'P minn hemm 180° 00'N;

 

Żona tax-Xlokk

1.

63° 14'T u 10° 40'P,

2.

63° 14'T u 11° 23'P,

3.

63° 35'T u 12° 21'P,

4.

64° 00'T u 12° 30'P,

5.

63° 53'T u 13° 30'P,

6.

63° 36'T u 14° 30'P,

7.

63° 10'T u 17° 00'P u minn hemm 180° 00'n.”

(3)

L-Annessi IB, IC, ID, IVa, IVċ u VI għandhom jiġu emendati skond l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2270/2004

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2270/2004 għandu jiġi emendat skond l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ġie pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 30 ta' Mejju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BODEN


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 70, 9.3.2004, p. 8.

(3)  ĠU L 12, 14.1.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 161, 2.7.1993, p. 2.

(5)  ĠU L 396, 31.12.2004, p. 4.


ANNESS I

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 27/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness IB:

(a)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Molva fiż-żona III (ibħra Komunutarji u ibħra internazzjonali) hija mibdula b’dan li ġej:

“Speċi

:

Ling

Molva molva

Żona: III (ibħra Komunitarji u ibħra nazzjonali)

Belġju

10  (1)

 

Danimarka

76

 

Ġermanja

10

 

Svezja

30

 

Renju Unit

10  (1)

 

KE

136

 

(b)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Gamblu tat-Tramuntana fiż-żona IIa (ibħra tal-KE), IV (ibħra tal-KE) hija mibdula b’dan li ġej:

“Speċi

:

Gamblu tat-tramuntana

Pandalus borealis

Żona

:

IIa (ibħra tal-KE), IV (ibħra tal-KE)

PRA/2AC4-C

Danimarka

3 700

 

Olanda

35

 

Svezja

149

 

Renju Unit

1 096

 

KE

4 980

 

TAC

4 980

TAC ta' prekawzjoni fejn japplikaw l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.”

(ċ)

L-iskrizzjoni dwar il-“Kwota Kombinata” fiż-żona ta' l-ibħra tal-KE taż-żoni Vb, VI, VII hija mibdula b’dan li ġej:

Speċi: Kwota kombinata

Żona

:

Ibħra tal-KE taż-żoni Vb, VI, VII

R/G/5B67-C

KE

Mhux rilevanti

 

Norveġja

600  (2)

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(d)

L-iskrizzjoni dwar “Speċi Oħra” fiż-żona ta' l-ibħra tal-KE taż-żoni IIa, IV, IVa fit-tramuntana ta' 56° 30'N hija mibdula b’dan li ġej:

Speċi: Speċi oħra

Żona

:

Ibħra tal-KE taż-żoni IIa, IV, VIa tramuntana ta' 56° 30'T

OTH/2A46AN

EC

Not relevant

 

Norveġja

4 720  (3)

 

Gżejjer Faroe

400  (4)

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(2)

Fl-Anness IĊ:

(a)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Snow crab fiż-żona NAFO 0,1 (ibħra tal-Groenlandja) hija mibdula b'dan li ġej:

“Speċi

:

Snow crab

Chionoecetes spp.

Żona

:

NAFO 0, 1 (ibħra tal-Groenlandja)

PCR/N01GRN

Irlanda

125

 

Spanja

875

 

KE

1 000

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC ta' prekawzjoni fejn ma japplikawx l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96”

(b)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi kapelin fiż-żona V, XIV (ibħra tal-Groenlandja) hija mibdula b'dan li ġej:

“Speċi

:

Kapelin

Mallotus villosus

Żona

:

V, XIV (ibħra tal-Groenlandja)

CAP/514GRN

Stati Membri kollha

0

 

KE

50 050  (5)  (6)

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(ċ)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi ta' skorfon fiż-żona V, XIV (ibħra tal-Groenlandja) hija mibdula bl-iskrizzjonijiet li ġejjin:

“Speċi

:

Skorfon

Sebastes spp.

Żona

:

V, XIV (ibħra tal-Groenlandja)

RED/514GRN

Ġermanja

11 794  (10)

 

Franza

60  (10)

 

Renju Unit

84  (10)

 

KE

15 938  (7)  (8)  (9)  (10)

 

TAC

Mhux rilevanti

L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikawx.


Speċi

:

Skorfon

Sebastes spp

Żona

:

Va (ibħra ta' l-Islanda)

RED/05A-IS

Belġju

100  (11)  (12)

 

Ġermanja

1 690  (11)  (12)

 

Franza

50  (11)  (12)

 

Renju Unit

1 160  (11)  (12)

 

KE

3 000  (11)  (12)

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(3)

Fl-Anness ID, l-iskrizzjoni dwar l-ispeċi white Hake fiż-żona NAFO 3NO hija mibdula b'dan li ġej:

“Speċi

:

White hake

Urophycis tenuis

Żona

:

NAFO 3NO

HKW/N3NO.

Spanja

2 165

 

Portugall

2 835

 

KE

5 000

 

TAC

8 500

L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikawx.”

(4)

Fl-Anness IVa:

(a)

It-Tabella II hija mibdula b'dan li ġej:

“Tabella II — Derogi minn jiem preżenti fi ħdan iż-żona u assenti mill-port fit-Tabella I u kondizzjonijiet assoċjati

Żona

Tagħmir definit fil-punt:

2002 track record ta' bastiment (*)

Jiem

Żona definita fil-punt 2:

4(a), 4(e)

Inqas minn 5 % ta' kull wieħed minn merluzz, lingwata u barbun

L-ebda restrizzjoni ta' jiem (**)

Żona definita fil-punt 2:

4(a), 4(b)

Inqas minn 5 % merluzz

100 sa < 120 mm u sa 13 ≥ 120 mm sa 14

Kattegat u Baħar tat-Tramuntana

4 (ċ) tagħmir li d-daqs tax-xibka tiegħu hu daqs jew ikbar minn 220 mm

Inqas minn 5 % merluzz u iktar minn 5 % ta' barbun imperjali u lumpfish

Sa 15-il jum

Kattegat u Skagerrak

4(a) tagħmir b' malja kwadra ta' 120mm (***)

mhux disponibbli

12-il jum

Kanal tal-Lvant

4 (ċ) xibka għall-qbid tal-ħut ta' daqs ugwali għal jew inqas minn 110mm

Bastimenti assenti mill-port għal mhux iktar minn 24 siegħa

19-il jum

(b)

Fl-Appendiċi 1, it-tieni sentenza tal-punt 4(a) hija mibdula b' dan li ġej:

“It-tieqa għandha tiġi mdaħħla fil-panil ta' fuq”

(5)

Fl-Anness IVċ, punt 6(a) huwa mibdul b’dan li ġej:

“6

(a)

In-numru massimu ta' jiem fi kwalunkwe xahar kalendarju li għalihom bastiment jista' jkun preżenti fiż-żona u assenti mill-port meta jkun ġarr abbord kwalunkwe wieħed mit-tagħmir tas-sajd imsemmi fil-punt 4 jidher fit-Tabella I.

Fejn bastiment jaqsam bejn żewġ żoni f'vjaġġ ta' sajd il-jum għandu jgħodd kontra ż-żona li fiha l-ikbar proporzjon ta' ħin ġie mqatta' tul dak il-jum.

In-numru ta' jiem li fihom bastiment huwa preżenti fiż-żona globali kkostitwita miż-żoni definiti fil-punt 2 ta' dan l-Anness u fil-punt 2 ta' l-Anness IVa m'għandux jaqbeż in-numru muri fit-Tabella 1 ta' dan l-Anness. Madankollu n-numru ta' jiem li fihom il-bastiment huwa preżenti fiż-żoni definiti fil-punt 2 ta' l-Anness IVa għandu jikkonforma man-numru massimu ffissat skond l-Anness IVa.

Tabella I — Jiem massimi preżenti fiż-żona u assenti mill-port skond it-tagħmir tas-sajd

Żona definita fil-punt 2:

Gruppi ta' tagħmir tas-sajd imsemmija fil-punt:

4a

4b

2.

Kanal tal-Punent (ICES Diviżjoni VIIe).

20

20 ”

(6)

Fl-Anness VI, il-Parti I hija mibdula b'dan li ġej:

“PARTI I

LIMITAZZJONIJIET KWANTITATTIVI TA' LIĊENZJI U PERMESSI TAS-SAJD GĦAL BASTIMENTI KOMUNITARJI LI QED JISTADU F'IBĦRA TA' PAJJIŻ TERZ

Żona ta' Sajd

Sajd

Numru ta' liċenzji

Qsim mill-ġdid ta' liċenzji fost Stati Membri

Numru massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe ħin

Ibħra tan-Norveġja u żona tas-sajd madwar Jan Mayen

Aringi, Tramuntana ta' 62° 00'T

75

DK: 26, DE: 5, FR: 1, IRL: 7, NL: 9, SW: 10, UK: 17

55

Speċi li jgħixu qrib qiegħ il-baħar, Tramuntana ta' 62° 00'T

80

FR: 18, PT: 9, DE: 16, ES: 20, UK: 14, IRL: 1

50

Kavall, Tramuntana ta' 62° 00'T, sajd bit-tantarun

11

DE: 1 (13)DK: 26 (13), FR: 2 (13), NL: 1 (13)

mhux rilevanti

Kavall, Nofsinhar ta' 62° 00'T, sajd b'xibka tat-tkarkir

19

 

mhux rilevanti

Kavall, Tramuntana ta' 62° 00'T, sajd bit-tantarun

11 (14)

DK: 11

mhux rilevanti

Speċi industrijali, Tramuntana ta' 62° 00'T

480

DK: 450, UK: 30

150

Ibħra tal-Gżejjer Faroe

Is-sajd kollu bix-xibka tat-tkarkir b' bastimenti ta' mhux iktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21 mil mill-linji bażi tal-Gżejjer Faroe

26

BE: 0, DE: 4, FR: 4, UK: 18

13

Sajd dirett għall-merluzz u l-haddock b' malja minima ta' 135 mm, limitat għaż-żona tan-nofsinhar ta' 62° 28'T u l-lvant ta' 6° 30'P.

8 (15)

 

4

Tkarkir barra l-21 mil mill-linja bażi tal-Gżejjer Faroe. Fil-perijodi mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju u l-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, dawn il-bastimenti jistgħu joperaw fiż-żona bejn 61° 20'T u 62° 00'T u bejn 12 u 21 mil mill-linji bażi.

70

BE:0, DE: 10, FR: 40, UK: 20

26

Sajd bix-xibka tat-tkarkir għal linarda b'malja minima ta' 100mm fiż-żona fin-nofsinhar ta' 61° 30'T u fil-punent ta' 9° 00'P u fiż-żona bejn 7° 00'P u 9° 00'P fin-nofsinhar ta' 60° 30'T u fiż-żona lbiċ minn linja bejn 60° 30'T, 7° 00'P u 60° 00'T, 6° 00'P.

70

DE: 8 (16), FR: 12 (16), UK: 0 (16)

20 (17)

Sajd dirett bix-xibka ta' tkarkir għas-saithe bi malja ta' daqs minimu ta' 120mm u bil-possibbiltà li jintużaw ċingi tondi madwar il-codend.

70

 

22 (17)

Sajd għas-stokkafixx. In-numru totali ta' liċenzji jista' jiżdied b'erba'bastimenti li jiffurmaw pari, jekk l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe jintroduċu regoli speċjali ta' aċċess għal żona msejjħa ż-“żona prinċipali tas-sajd ta' stokkafixx”

34

DE: 3, DK: 19, FR: 2, UK: 5, NL: 5

20

Sajd bil-lenza

10

UK: 10

6

Sajd għall-kavall

12

DK: 12

12

Sajd għall-aringi fit-tramuntana ta' 62°T

21

DE: 1, DK: 7, FR: 0, UK: 5, IRL: 2, NL: 3, SW: 3

21

Islanda

Is-sajd kollu

18

 

5

Ibħra tal-Federazzjoni Russa

Is-sajd kollu

pm

 

pm

Sajd għall-merluzz

7 (18)

 

pm

Sajd għas-sardina ħadra

pm

 

pm’


(1)  Is-sajd ma jistax isir fid-Diviżjoni 3 IIIb, ċ, d.”

(2)  Meħuda b'lenzi twal biss, inklużi rat tails, mora mora u greater fork beard.”

(3)  Limitat għal IIa u IV. Jinkludi sajd mhux imsemmi b'mod speċifiku.

(4)  Limitat għal qbid aċċessorju ta' whitefish fi IV u Via.”

(5)  Li minnhom 45 930 tunnellata huma allokati lill-Islanda.

(6)  Is-sajd għandu jsir qabel it-30 ta' April 2005.”

(7)  Is-sajd jista’ jsir permezz ta' xibka tat-tkarkir pelaġika. Il-qabdiet minn sajd permezz ta’ bottom trawl u dawk minn sajd permezz ta’ xibka tat-tkarkir pelaġika għandhom jiġu rrappurtati separatament. Is-sajd jista’ jsir fil-Lvant jew fil-Punent.

(8)  Is-sajd ta' 3 500 tunnellata b'xibka tat-tkarkir pelaġika huma allokati lin-Norveġja.

(9)  500 tunnellata huma allokati lill-Gżejjer Faroe. Il-qabdiet minn sajd permezz ta’ xibka tat-tkarkir tal-qiegħ u dawk minn sajd permezz ta’ xibka tat-tkarkir pelaġika għandhom jiġu rrappurtati separatament.

(10)  Kwota proviżjorja, sakemm jaslu l-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd mad-Danimarka (f'isem il-Gżejjer Faroe u l-Groenlandja) għall-2005.

(11)  Inklużi qabdiet aċċessorji inevitabbli (merluzz mhux permess).

(12)  Is-sajd jista’ jsir bejn Lulju u Diċembru.”

(*)  Kif verifikat mill-ġurnal ta' abbord tal-KE - medja annwali ta' żbark f'piż ħaj.

(**)  Il-bastimenti jistgħu jkunu preżenti fiż-żona għan-numru ta' jiem fix-xahar ikkonċernat.

(***)  Bastimenti soġġetti għal din id-deroga għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness.”

(13)  Din l-allokazzjoni hija valida għas-sajd bit-tantarun u bix-xibka tat-tkarkir.

(14)  Għandu jiġi magħżul minn 11-il liċenzja għas-sajd bit-tantarun għal kavall Tramuntana ta' 62° 00'N.

(15)  Wara r-Rekord Miftiehem ta' l-1999, iċ-ċifri għas-Sajd dirett għall-merluzz u l-haddock huma nklużi fiċ-ċifri għal ‘Is-sajd bix-xibka kollu b'bastimenti ta' mhux iktar minn 180 pied fiż- żona bejn 12 u 21 mil mill-linji bażi tal-Gżejjer Faroe’.

(16)  Dawn iċ-ċifri jirreferu għan-numru massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe ħin.

(17)  Dawn iċ-ċifri huma inklużi fiċ-ċifri għal ‘Tkarkir barra l-21 mil mill-linji bażi tal-Gżejjer Faroe.’

(18)  Japplika biss għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Latvja.”


ANNESS II

Parti 2 ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nu 2270/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Kelb il-Baħar tal-Fond fiż-żona X (ibħra Komunutarji u ibħra internazzjonali) hija mibdula b’dan li ġej:

“Speċi:

Kelb il-Baħar tal-Fond

Żona:

X (ibħra Komunitarji u ibħra nazzjonali)

Portugall

120

KE (1)

120

(2)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi roundnose grenadier fiż-żona Vb, VI, VII (ibħra Komunutarji u ibħra internazzjonali) hija sostitwit b’dan li ġej:

“Speċi:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona:

Vb, VI, VII (ibħra Komunitarji u ibħra nazzjonali)

Ġermanja

10

Estonja

77

Spanja

85

Franza

4 327

Irlanda

341

Litwanja

99

Polonja

50

Renju Unit

254

Oħrajn (2)

10

KE

5 253


(1)  Esklussivament għal qabdiet aċċessorji. L-ebda sajd dirett m’hu permess taħt din il-kwota.”

(2)  Esklussivament għal qabdiet aċċessorji. L-ebda sajd dirett m’hu permessa taħt din il-kwota.”


Top