EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0374

374/2005/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 374/2005 tat- 28 ta’ Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta'eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU L 59, 5.3.2005, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 110–111 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32000R2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/374/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

110


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 374/2005

tat-28 ta’ Frar 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta'eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Taħt ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 (1), il-Komunità estendiet l-aċċess bla dazju għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati ta' ħafna mill-merkanzija agrikola, inkluż iz-zokkor.

(2)

Fil-każ taz-zokkor, l-aċċess bla dazju għal kwantitajiet mingħajr limitu ħoloq inċentiv għall-produzzjoni tal-Balkani tal-Punent f'livelli li huma insostenibbli fir-rigward ta' l-iżviluppi previsti.

(3)

Il-modifika tar-reġim ta' importazzjoni ta' kull wieħed mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, filwaqt li tirrispetta l-konċessjonijiet kummerċjali preżenti ser tipprepara lis-settur tagħhom għall-aġġustamenti meħtieġa biex joperaw f'ambjent realistiku u ekonomikament sostenibbli.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 għandu jiġi emendat biex jiċċara li l-importazzjonijiet preferenzjali Komunitarji ta' inbid mill-Balkani tal-Punent jgawdu biss mill-kwoti ta' tariffi, aktar milli aċċess bla dazju mingħajr limitu, taħt il-miżuri awtonomi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, prodotti li joriġinaw fl-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina u s-Serbja u l-Montenegro, inkluż il-Kosovo, minbarra dawk ta' l-intestaturi Nri 0102, 0201, 0202, 1604, 1701, 1702 u 2204 tan-Nomenklatura Magħquda, għandhom jiġu ammessi għal importazzjoni fil-Komunità mingħajr restrizzjonijiet jew miżuri kwantitattivi b'effett ekwivalenti u b'eċċezzjoni mid-dazji doganali u imposti b'effett ekwivalenti.”

(b)

għandu jinżied il-paragrafu li ġej:

“3.   Importazzjonijiet ta' prodotti taz-zokkor taħt l-intestaturi Nri 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fl-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina u s-Serbja u l-Montenegro, inkluż il-Kosovo għandhom jibbenefikaw minn konċessjonijiet previsti fl-Artikolu 4.”

(2)

Il-paragrafu 4 li ġej għandu jinżied ma’ l-Artikolu 4:

“4.   Importazzjonijiet ta' prodotti taz-zokkor taħt l-intestaturi Nri 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fl-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina u s-Serbja u l-Montenegro, inkluż il-Kosovo, għandhom ikunu suġġetti għall-kwoti ta' tariffi annwali bla dazju li ġejjin:

(a)

1 000 tunnellata (piż nett) għal prodotti taz-zokkor li joriġinaw fl-Albanija;

(b)

12 000 tunnellata (piż nett) għal prodotti taz-zokkor li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina;

(c)

180 000 tunnellata (piż nett) għal prodotti taz-zokkor li joriġinaw fis-Serbja u l-Montenegro, inkluż il-Kosovo.”

(3)

L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titolu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Implimentazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-‘baby beef’ u z-zokkor”.

(b)

għandu jinżied is-subparagrafu li ġej:

“Ir-regoli dettaljat għall-implimentazzjoni tal-kwoti ta' tariffi għall-prodotti taz-zokkor taħt l-intestaturi Nri 1701 u 1702 għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (*).

(*)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2004 (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 16).”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Frar 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BODEN


(1)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 607/2003 (ĠU L 86, 3.4.2003, p. 18).


Top