This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005L0016
Commission Directive 2005/16/EC of 2 March 2005 amending Annexes I to V to Council Directive 2000/29/EC on protective measures against the introduction into the Community of organisms harmful to plants or plant products and against their spread within the Community
Direttiva tal-Kummissjoni 2005/16/KE tat- 2 ta' Marzu 2005 li temenda Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ periklu għall-pjanti jew għall-prodotti minn pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fi ħdan il-Komunità
Direttiva tal-Kummissjoni 2005/16/KE tat- 2 ta' Marzu 2005 li temenda Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ periklu għall-pjanti jew għall-prodotti minn pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fi ħdan il-Komunità
ĠU L 57, 3.3.2005, p. 19–22
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 202–205
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2022
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000L0029 | Emenda | anness 3 | 15/05/2005 | |
Modifies | 32000L0029 | Emenda | anness 5 | 15/05/2005 | |
Modifies | 32000L0029 | Emenda | anness 2 | 15/05/2005 | |
Modifies | 32000L0029 | Emenda | anness 4 | 15/05/2005 | |
Modifies | 32000L0029 | Emenda | anness 1 | 06/03/2005 |
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
202 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/16/KE
tat-2 ta' Marzu 2005
li temenda Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ periklu għall-pjanti jew għall-prodotti minn pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fi ħdan il-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari il punti (ċ) u (d) fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tagħha,
Wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri kkonċernati,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2000/29/KE tipprovdi għal ċerti miżuri kontra l-introduzzjoni fl-Istati Membri minn Stati Membri oħra jew pajjiżi oħrajn ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għal prodotti ta’ pjanti. Tipprovdi wkoll għal ċerti żoni li għandhom jiġu maħtura bħala żoni ta’ protezzjoni. |
(2) |
Minħabba żball klerikali fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, il-lista ta’ pajjiżi fl-Iżvezja magħrufin bħala żona protetta fl-ambitu tal-preżenza ta' Leptinotarsa decemlineata Say kienet żbaljata u għandha tiġi rrettifikata. |
(3) |
Mill-informazzjoni mogħtija mid-Danimarka, dak l-Istat Membru ma għandux jiġi rikonoxxut iktar bħala żona protetta fil-kuntest tal-virus li jikkawża l-vina safra ta’ nekrożi fil-pitravi billi jidher li dak l-organiżmu perikoluż huwa stabbilit fid-Danimarka. |
(4) |
Mill-informazzjoni mogħtija mir-Renju Unit, jidher li Dendroctonus micans Kugelan huwa stabbilit fi partijiet tar-Renju Unit. Għalhekk, iż-żona protetta fil-kuntest ta’ Dendroctonus micans Kugelan għandha tkun ristretta sa l-Irlanda Ta’ Fuq. Barra minnhekk, iż-żona protetta fil-kuntest ta’ dak l-organiżmu għandha wkoll tiġi restritta sa l-Isle of Man u Jersey. |
(5) |
Minn informazzjoni mogħtija mill-Estonja, jidher li Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. mhux preżenti f’dak l-Istat Membru. Għalhekk, l-Estonja tista’ tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fil-kuntest ta’ ta’ dak l-organiżmu. |
(6) |
Mill-informazzjoni mogħtija mill-Italja u minn informazzjoni addizzjonali miġbura mill-Uffiċċju Veterinarju u ta’ l-Ikel waqt missjoni fl-Italja f’ Mejju ta’ l-2004, jidher li l-virus ta’ Citrus tristeza huwa stabbilit f’dak l-Istat Membru. L-Italja għalhekk ma tistax titqies iktar bħala żona protetta fil-kuntest tal-virus ta' Citrus tristeza. |
(7) |
Mil-Leġiżlazzjoni Svizzera dwar Protezzjoni ta’ Pjanti, jidher li id-distrett awtonomu ta’ Ticino ma għadux iktar rikonoxxut bħala żona protetta fil-kuntest ta’ Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. fl-Iżvizzera. Ir-regoli dwar importazzjoni lejn il-Komunità għandhom jiġu emendati sabiex jitneħħa trattament speċjali mogħti lill-pjanti li joriġinaw mit-Ticino. |
(8) |
Minħabba żball klerikali waqt il-preparazzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/31/KE (2), il-ħtiġijiet speċjali għall-introduzzjoni u l-moviment ta’ pjanti Vitis ġewwa Ċipru kif stipulat fil-punt 21.1 tal-Parti B ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE ġew imħassra bi żball. Għalhekk, dak l-Anness għandu jiġi emendat. |
(9) |
Sabiex titjieb il-protezzjoni fiżjosanitarja taż-żrieragħ Komunitarji ta’ Medicago sativa L. u taż-żrieragħ iċċertifikati Komunitarji ta’ Helianthus annuus L., Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw. u Phaseolus L., dawk iż-żrieragħ għandhom jiġu akkompanjati minn passaport tal-pjanti waqt movimenti, ħlief movimenti lokali, fi ħdan il-Komunità. |
(10) |
L-Annessi rilevanti tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
(11) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skond it-test fl-Annes ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-14 ta’ Mejju 2005, il-liġijiet, ir-regolamenti, u l-provedimenti amministrattivi neċessarji sabiex iħarsu lil din id-Direttiva. Huma għandhom, mingħajr ebda telf ta’ żmien, jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni ta’ bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw tali dispożizzjonijiet mill-15 ta’ Mejju 2005.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati bit-tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, nhar it-2 ta' Marzu 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni Ewropea
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/102/KE (ĠU L 309, 6.10.2004, p. 9).
(2) ĠU L 85, 23.3.2004, pġ. 18.
ANNESS
Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/EC huma emendati kif ġej:
1. |
Anness I, Parti B, huwa emendat kif ġej:
|
2. |
Anness II, Parti B, huwa emendat kif ġej:
|
3. |
Fl-Anness III, Parti B, fil-punti 1 u 2, fit-tieni kolonna, “EE” għandha tiddaħħal qabel “F (Korsika)”. |
4. |
L-Anness IV, Parti B, huwa emendat kif ġej:
|
5. |
L-Anness V, Parti A, huwa emendat kif ġej: It-test fil-punt 2.4 huwa mibdul kif ġej:
|