Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0914

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Novembru 2005 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjonijiet taz-zokkor u tal-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità

    ĠU L 333, 20.12.2005, p. 44–44 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 239–239 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/914/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    32005D0914

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Novembru 2005 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjonijiet taz-zokkor u tal-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità

    Official Journal L 333 , 20/12/2005 P. 0044 - 0044
    Official Journal L 175 , 29/06/2006 P. 0239 - 0239


    Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal- 21 ta' Novembru 2005

    dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjonijiet taz-zokkor u tal-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità

    (2005/914/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Nhar it- 28 ta' Frar 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tidħol f'negozjati mar-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja sabiex jiġu emendati l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward ta' l-importazzjonijiet taz-zokkor u tal-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità skond il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra [1] (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-"FSA").

    (2) Dawn in-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Protokoll li jemenda l-FSA għandu jiġu konkluż mill-Komunità.

    (3) Il-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta' dan il-Protokoll għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-istess proċedura bħal dik prevista fir-rigward ta' l-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad- 19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [2],

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej, minn naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjonijiet taz-zokkor u tal-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa jiffirmaw il-Protokoll sabiex tintrabat il-Komunità.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tal-Protokoll skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001.

    Magħmula fi Brussell, nhar il- 21 ta' Novembru 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Straw

    [1] ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.

    [2] ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2004 (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 16).

    --------------------------------------------------

    Top