Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0336

    2005/336/EURATOM: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' April 2005 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 1980  li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Programm ta' Fużjoni

    ĠU L 108, 29.4.2005, p. 64–65 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 129–130 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/336/oj

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    129


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-18 ta' April 2005

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Programm ta' Fużjoni

    (2005/336/Euratom)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari r-raba' paragrafu ta’ l-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/668/Euratom tat-3 ta' Ġunju 2002 dwar is-sitt programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom), għal riċerka fuq l-enerġija nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ, u għal kontribuzzjoni fil-kreazzjoni ta’ Żona ta’ Riċerka Ewropea (2002-2006) (1),

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/837/Euratom tat-30 ta' Settembru 2002 li tadotta programm speċifiku (Euratom) għar-riċerka u t-taħriġ fuq l-enerġija nukleari (2002-2006) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha li jipprevedi li, sabiex timplimenta l-programm speċifiku, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat Konsultattiv u li, għall-aspetti relatati mal-fużjoni, il-kompożizzjoni ta' dan il-Kumitat u r-regoli u l-proċeduri dettaljati ta' ħidma applikabbli għalih għandhom ikunu kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 4151/81 ATO 103 tas-16 ta' Diċembru 1980, li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Programm ta' Fużjoni (3) (minn issa 'l quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980”)

    Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni 2003, u b'mod partikolari, l-Artikolu 51 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Programm ta' Fużjoni (minn issa 'l quddiem magħruf bħala l-“CCE-FU”), u b'mod partikolari l-paragrafu 14 tagħha, li jistabbilixxi sistema ta' votazzjoni għal dan il-Kumitat,

    Billi:

    (1)

    Is-CCE-FU għandu jagħti l-opinjonijiet tiegħu permezz ta' sistema ta' voti peżati meta, waqt li jaġixxi skond il-paragrafu 5(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980, huwa jiddefinixxi l-azzjonijiet ta' prijorità bil-ħsieb ta' l-allokazzjoni ta' appoġġ preferenzjali.

    (2)

    Fil-21 ta' Ottubru 2004 s-CCE-FU irrakkomanda unanimament aġġornament tas-sistema tiegħu ta' voti peżati li għandha tkun applikata fil-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980, meta jiġu trattati aspetti relatati mal-fużjoni, sabiex jiġu inklużi d-drittijiet tal-votazzjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda wara l-adeżjoni tagħhom.

    (3)

    Bil-ħsieb ta' dan t'hawn fuq, issa hu xieraq li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980 tiġi emendata kif meħtieġ,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Fil-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980, l-aħħar żewġ sentenzi għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:

    “Opinjonijiet li jirreferu għall-paragrafu 5(g) għandhom ikunu adotatti permezz tas-sistema ta' voti peżati li ġej:

    Il-Belġju

    2

    Ir-Repubblika Ċeka

    2

    Id-Danimarka

    2

    Il-Ġermanja

    5

    L-Estonja

    1

    Il-Greċja

    2

    Spanja

    3

    Franza

    5

    L-Irlanda

    2

    L-Italja

    5

    Ċipru

    1

    Il-Latvja

    1

    Il-Litwanja

    2

    Il-Lussemburgu

    1

    L-Ungerija

    2

    Malta

    1

    L-Olanda

    2

    L-Awstrija

    2

    Il-Polonja

    3

    Il-Portugall

    2

    Is-Slovenja

    1

    Is-Slovakkja

    2

    Il-Finlandja

    2

    L-Isvezja

    2

    Ir-Renju Unit

    5

    L-Isvizzera

    2

    Total

    60

    Għall-adozzjoni ta' opinjoni, il-maġġoranza meħtieġa għandha tkun 31 vot favur minn mill-anqas erbatax-il delegazzjoni.”.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ April 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. KRECKE


    (1)  ĠU L 232, 29.8.2002, p. 34.

    (2)  ĠU L 294, 29.10.2002, p. 74.

    (3)  Għada ma ġietx ippubblikata, iżda emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/1/KE Euratom, ECSC (ĠU L 1, 1.1.1995, p. 1).


    Top