Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0067

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Jannar 2005 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/634/KE li tapprova l-programmi għall-finijiet ta' kisba ta' stat ta' żoni approvati u ta' farm tal-ħut approvati f'żoni li mhumiex approvati fl-ambitu ta' l-eżistenza tas-settiċemija emorraġika virali ( VHS ) u tan-nekrożi omeopatika infettiva ( IHN ) fil-ħut (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 148) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 27, 29.1.2005, p. 55–58 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 318–321 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/67(1)/oj

    14.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    318


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-28 ta' Jannar 2005

    li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/634/KE li tapprova l-programmi għall-finijiet ta' kisba ta' stat ta' żoni approvati u ta' farm tal-ħut approvati f'żoni li mhumiex approvati fl-ambitu ta' l-eżistenza tas-settiċemija emorraġika virali (VHS) u tan-nekrożi omeopatika infettiva (IHN) fil-ħut

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 148)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/67/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimal li jirregolaw il-bejgħ fis-suq ta' annimali minn akkwakultura u ta' prodotti minn akkwakultura (1), u b'mod partikolari Artikoli 10(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/634/KE (2) tapprova u telenka l-programmi li ġew sottomessi mid-diversi Stati Membri. Il-programmi huma maħtura sabiex sussegwentament l-Istati Membri jkunu jistgħu jibdew proċeduri għal żona, jew għal farm tal-ħut li jinstab f'żona mhux approvata, li jiksbu stat ta' żona approvata jew ta' farm tal-ħut approvat li jinsab f'żona mhux approvata, fl-ambitu ta' l-eżistenza ta' wieħed jew iktar mill-mard tal-ħut tas-settiċemija virali emorraġika (VHS) u tan-nekrożi omeopatika infettiva (IHN).

    (2)

    Permezz ta' ittra ta' l-20 ta' April 2004, Ċipru applikaw għall-approvazzjoni tal-programm li ser jidħol fis-seħħ fit-territorju kollu ta' Ċipru. L-applikazzjoni li ġiet sottomessa nstabet konformi ma' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/67/KEE u għalhekk il-programm għandu jiġi approvat.

    (3)

    Il-programmi applikabbli għaz-Żona Val Brembana u mal-farm tal-ħut Azienda Troticultura S Cristina fl-Italja ġew finalizzati. Għalhekk, għandhom jiġu mħassra mill-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/634/KE.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2003/634/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata b'mod xieraq.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma stipulati b'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimal,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2003/634/KE hi emendata kif ġej:

    1.

    Anness I huwa mibdul bit-test fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

    2.

    Anness II huwa mibdul bit-test fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fit-28 ta' Jannar 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni Ewropea


    (1)  ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 220, tat-3.9.2003, p. 8. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/328/KE (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 129).


    ANNESS I

    “ANNESS I

    PROGRAMMI SOTTOMESSI GĦAR-RAĠUNI TA' KISBA TA' STAT TA' ŻONI APPROVATI FL-AMBITU TA' L-EŻISTENZA TA' WIEĦED JEW AKTAR MILL-MARD TAL-ĦUT LI HUMA IL-VHS U L-IHN

    1.   ID-DANIMARKA

    IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MID-DANIMARKA FIT-22 TA' MEJJU 1995 LI JKOPRU:

    Iż-żona ta' fejn jinġabar l-ilma ta' FISKEBÆK Å

    IL-PARTIJIET KOLLHA TA' JUTLAND lejn in-nofsinhar u l-lvant taż-żona ta' fejn jinġabar l-ilma ta' Storåen, Karup å, Gudenåen u Grejs å

    L-erja kollha tal-GŻEJJER DANIŻI

    2.   IL-ĠERMANJA

    IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MIL-ĠERMANJA FIL-25 TA' FRAR 1999 LI JKOPRU:

    Żona ta' fejn jinġabar l-ilma ta' ‘OBERN NAGOLD’

    3.   L-ITALJA

    3.1.

    IL-PROGRAMM LI SOTTOMETTIET L-ITALJA FIL-PROVINĊJA AWTONOMA TA' BOLZANO NHAR IS-6 TA' OTTUBRU 2001 KIF EMENDAT PERMEZZ TA' L-ITTRA TAS-27 TA' MARZU 2003, LI JKOPRI:

     

    Iż-Żona tal-Provinċja ta' Bolzano

    Din iż-żona tinkludi kull erja ta' fejn jinġabar l-ilma fi ħdan il-Provinċja ta' Bolzano.

    Iż-żona tinkludi il-parti ta' fuq taż-żona ŻONA VAL DELL' ADIGE — jiġifieri l-erja ta' fejn jinġabar l-ilma tax-xmara Adige mis-sorsi tagħha fil-Provinċja ta' Bolzano sal-fruntiera mal-Provinċja ta' Trento.

    (N.B. Il-parti ta' isfel li jifdal taż-żona ŻONA VAL DELL' ADIGE hija koperta mill-programm approvat tal-Provinċja Awtonoma ta' Trento. Il-partijiet ta' fuq u l-partijiet ta' isfel ta' din iż-żona jridu jitqiesu bħala unità epidemjoloġika waħda.)

    3.2.

    IL-PROGRAMMI LI ĠEW SOTTOMESSI MILL-ITALJA FIL-PROVINĊJA AWTONOMA TA' TRENTO NHAR IT-23 TA' DIĊEMBRU 1996 U NHAR IL-14 TA' LULJU 1997 LI JKOPRU:

     

    Iż-Żona Val di Sole e di Non

    l-erja ta' fejn jinġabar l-ilma mis-sors tax-xmajra Noce sad-diga ta' S.Giustina.

     

    Iż-Żona Val dell'Adige — il-parti ta' isfel

    l-erja ta' fejn jinġabar l-ilma tax-xmara Adige u s-sorsi tagħha li jinstabu fi ħdan it-territorju tal-Provinċja Awtonoma ta' Trento, mill-fruntiera mal-Provinċja ta' Bolzano sad-diga ta' Ala (impjant li jiġġenera l-enerġija idroelettrika)

    (N.B. Il-parti ta' fuq taż-żona ŻONA VAL DELL' ADIGE hija koperta mill-programm approvat tal-Provinċja ta' Bolzano. Il-partijiet ta' fuq u l-partijiet ta' isfel ta' din iż-żona jridu jitqiesu bħala unità epidemjoloġika waħda.)

     

    Iż-Żona Torrente Arnò

    L-erja ta' fejn jinġabar l-ilma mis-sors tat-turrent ta' l-Arnò sal-barrieri tan-naħa ta' isfel, li tinstab qabel il-punt fejn it-turrent ta' l-Arnò jiżbokka fix-xmara Sarca

     

    Iż-Żona Val Banale

    L-erja ta' fejn jinġabar l-ilma tal-baċir tax-xmajra Ambies sad-diga ta' impjant li jiġġenera l-enerġija idroelettrika

     

    Iż-Żona Varone

    L-erja ta' fejn jinġabar l-ilma mis-sors tax-xmajra Magnone sal-kaskata

     

    Iż-Żona Alto e Basso Chiese

    L-erja ta' fejn jinġabar l-ilma tax-xmara Chiese mis-sors sad-diga ta' Condino, ħlief il-baċiri tat-torrenti Adanà u Palvico

     

    Iż-Żona Torrente Palvico

    L-erja ta' fejn jinġabar l-ilma tal-baċir tat-turrent Palvico sa barriera magħmula minn konkos u ġebel

    3.3.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-VENETO NHAR IL-21 TA' FRAR 2001 U JKOPRI

     

    Iż-Żona Torrente Astico

    L-erja ta fejn jinġabar l-ilma tax-xmara Astico, mis-sorsi tagħha (fil-Provinċja Awtonoma ta' Trento u fil-Provinċja ta' Vicenza, ir-Reġjun ta' Veneto) sad-diga li tinsab qrib il-pont ta' Pedescala fil-Provinċja ta' Vicenza.

    In-naħa ta' isfel tax-xmara Astico, bejn id-diga qrib il-pont ta' Pedescala u d-diga Pria Maglio, titqies bħala żona buffer.

    3.4.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TA' L-UMBRIA NHAR L-20 TA' FRAR 2002 LI JKOPRI:

    Iż-Żona Fosso de Monterivoso: L-erja ta' fejn jinġabar l-ilma tax-xmara Monterivoso, mis-sorsi tagħha sal-barrieri impassabbli qrib il-Ferentillo.

    3.5.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-LOMBARDIJA NHAR IT-23 TA' DIĊEMBRU 2003 U JKOPRI

     

    Iż-Żona Valle de Torrente Venina: L-erja ta' fejn jinġabar l-ilma tax-xmara Vienna mis-sori tagħha u il-fruntieri segwenti

    Il-Lvant: il-wied Livrio

    In-Nofsinhar: Orobie Apls mill-Pass ta' Publino sal-Quċċata ta'Redorta

    In-naħa tal-punent ta' Armisa u l-widien ta' Armisola

    4.   IL-FILLANDJA

    4.1.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-FILLANDJA FID-29 TA' MEJJU 1995 LI JKOPRI:

    Kull erja tal-kontinent u erja kostali tal-FILLANDJA ħlief:

    il-Provinċja ta' Åland

    l-erja ta' restrizzjoni fi Pyhtää

    l-erja ta' restrizzjoni li tkopri l-muniċipalitajiet ta' Uusikaupunki, Pyhäranta u Rauma

    4.2.

    IL-PROGRAMM INKLUŻI MIŻURI SPEĊIFIĊI TA' ERADIKAZZJONI SOTTOMESSI MILL-FILLANDJA NHAR ID-29 TA' MEJJU 1995, KIF EMENDATI MILL-ITTRI TAS-27 TA' MARZU 2002, TA' L-4 TA' ĠUNJU 2002, TAT-12 TA' MARZU 2003, TAT-12 TA' ĠUNJU 2003 U TA' L-20 TA' OTTUBRU 2003 LI JKOPRI:

    il-Provinċja kollha ta' Åland

    l-erja ta' restrizzjoni fi Pyhtää

    l-erja ta' restrizzjoni li tkopri l-muniċipalitajiet ta' Uusikaupunki, Pyhäranta u Rauma

    5.   ĊIPRU

    IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MINN ĊIPRU FL-20 TA' APRIL 2004 LI JKOPRU:

    It-territorju kollu ta' Ċipru”


    ANNESS II

    “ANNESS II

    PROGRAMMI SOTTOMESSI GĦAR-RAĠUNI TA' KISBA TA' STAT TA' FARM TAL-ĦUT APPROVAT LI JINSAB F'ŻONA MHUX APPROVATA FL-AMBITU TA' L-EŻISTENZA TA' WIEĦED JEW IKTAR MILL-MARD TAL-ĦUT LI HUMA L-VHS U L-IHN

    1.   L-ITALJA

    1.1.

    IL-PROGRAMM LI ĠIE SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TA' FRIULI VENEZIA GIULIA, IL-PROVINĊJA TA' UDINE NHAR IT-2 TA' MEJJU 2000 LI JKOPRI:

     

    Il-farms tal-ħut fil-baċir ta' drenaġġ tax-xmara Tagliamento:

    Azienda Vidotti Giulio s.n.c., Sutrio

    1.2.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-VENETO NHAR IL-21 TA' DIĊEMBRU 2003 LI JKOPRI:

    Il-farm tal-ħut:

    Azienda agricola Bassan Antonio

    1.3.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-PIEMONTE NHAR IL-5 TA' SETTEMBRU 2002 LI JKOPRI:

     

    Il-farm tal-ħut:

    Incubatoio ittico di valle — Loc Cascina Prelle — Traversella (TO)”


    Top