This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R2244
Commission Regulation (EC) No 2244/2004 of 23 December 2004 opening tariff quotas for the year 2005 for imports into the European Community of certain processed agricultural products originating in Romania
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2004 tat- 23 ta' Diċembru 2004 dwar il-ftuħ ta’ kwoti tariffarji għas-sena 2005 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati li jorġinaw mir-Rumanija
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2004 tat- 23 ta' Diċembru 2004 dwar il-ftuħ ta’ kwoti tariffarji għas-sena 2005 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati li jorġinaw mir-Rumanija
ĠU L 381, 28.12.2004, p. 8–9
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 456–457
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32005R1986 |
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
456 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2244/2004
tat-23 ta' Diċembru 2004
dwar il-ftuħ ta’ kwoti tariffarji għas-sena 2005 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati li jorġinaw mir-Rumanija
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistipula l-arranġamenti kummerjċali għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/626/KE tal-5 ta’ Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-addattament ta’ l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Rumanija, min-naħa l-oħra, sabiex jitqiesu l-adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta’ l-Isvezja ma’ l-Unjoni Ewropea u r-riżultati tan-negozjati agrikoli ta’ l-Urugway Round, inkluż it-titjib ta’ l-iskema preferenzjali preżenti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 3 dwar il-kummerċ għal prodotti agrikoli pproċessati tal-Ftehim Ewropew mar-Rumanija, kif emendat bil-Protokoll għall-adattament ta’ l-aspettii kummerċjali ta’ dan il-Ftehim, jipprovdi għat-tnaqqis fil-komponent agrikolu tad-dazji applikabbli għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw mir-Rumanija, fil-limiti tal-kwoti tarrifarji. Dawn il-kwoti għandhom jinfetħu għall-2005. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komuni (3) jistipula r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jiġi mħabbar li l-kwoti tariffarji miftuħa minn dan ir-Regolament għandhom jitmexxew bi qbil ma’ dawn ir-regoli. |
(3) |
[Il-miżuri mniżżla f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I], |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tariffarj Komunitarji għall-prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw mir-Rumanija, imniżżla fl-Anness se jinfetħu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2005 taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Il-kwoti tariffarji tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1 se jitmexxew mill-Kummissjoni bi qbil ma’ l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika milll-1 ta’ Jannar, 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Gunter VERHEUGEN
Viċi-President
(1) ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).
(2) ĠU L 301, tal-11.11.1998, p. 1.
(3) ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, tal-31.12.2003, p. 1).
ANNESS
Nru ta’ l-Intestatura |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwota għall-2005 (tunnellati) |
Rata għad-dazju applikabbli (1) |
09.5431 |
ex 1704 |
Ħelu taz-zokkor (inkluża ċ-ċikkulata bajda), li ma fihx kakaw, ħlief għal estratt ta’ likorizja li fih aktar minn 10% mill-piż ta’ zokkor tal-kannamieli imma li m’għandux sustanzi oħra miżjuda, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1704 90 10 (*) |
2 100 |
0 + RAC |
09.5433 |
ex 1806 |
Ċikkulata u prodotti oħra ta’ l-ikel li fihom il-kakaw* li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1806 10 15 jew 1806 20 70 . |
1 500 |
0 + RAC |
09.5435 |
ex 1902 |
Għaġin, imsajjar jew le, mimli jew le, ippreparat jew le, ħlief għal pasta mimlija li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1902 20 10 u 1902 20 30 , kuskus, ippreparati jew le |
600 |
0 + RAC |
09.5437 |
ex 1904 |
Ikel ippreparat miksub permezz ta’ l-infiħ jew l-inkaljar taċ-ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju korn flejks); ċereali (li mhux mais (qamħirrum)) fil-forma granulari jew fil-forma ta’ flejks jew granuli maħduma (ħlief għad-dqiq u qamħ mitħun mhux raffinat), imsajjar minn qabel, jew ippreparat mod ieħor, mhux speċifikat jew inkluż x’imkien ieħor, ħlief għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1904 20 10 |
438 |
0 + RAC |
09.5439 |
1905 |
Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u għaġniet oħra, li fihom il-kakaw jew le; ostji tat-tqarbin, pilloli vojta tat-tip li huma tajbin għall-użu farmaċewtiku, wejfers tas-siġillar, karta ta’ l-ostja u prodotti simili oħra |
1 875 |
0 + RAC |
09.5441 |
2101 30 19 2101 30 99 |
Sostituti tal-kafe inkaljati Estratti, essenzi u konċentrati ta’ sostituti tal-kafe inkaljati ħlief għal dawk taċ-ċikwejra inkaljata |
163 |
0 + RAC |
09.5443 |
2105 00 |
Ġelat u silġ ieħor li jittiekel, kemm jekk fih il-kakaw u kemm jekk le |
114 |
0 + RAC |
09.5445 |
0405 20 10 0405 20 30 ex 2106 ex 3302 10 3302 10 29 |
Dlik magħmul minn prodotti tal-ħalib b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, ta’ 39% jew iżjed imma li ma jabqiżx il-75% Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor ħlief għal dawk li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2106 10 20 , 2106 90 20 u 2106 90 92 u ġuleppi taz-zokkor imħawwra jew ikkuluriti* Taħlitiet ta’ sustanzi bir-riħa u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’ wieħed jew aktar sustanzi, ta’ tip użat għall-industriji tax-xorb: Oħrajn |
1 050 |
0 + RAC |
09.5447 |
2202 90 91 2202 90 95 2202 90 99 |
Xorb non-alkoħoliku mingħajr frott jew meraq tal-ħaxix tal-kodiċi NM 2009 , li fihom prodotti tal-kodiċi NM 0401 sa 0404 jew xaħam miġjub minn prodotti tal-kodiċi NM 0401 sa 0404 |
100 |
0 + RAC |
(1) RAC = komponenti agrikoli mnaqqsa (reduced agricultural components) (ikkalkulat skond l-ammonti bażiċi stabbiliti fil-protokoll 3 tal-Ftehim) applikabbli fil-limiti kwantitattivi tal-kwoti. Tali komponenti agrikoli mnaqqsa huma suġġetti għad-dazju massimu stipulat fit-tariffa doganali komuni, jekk hemm, u fil-każ tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1704 10 91, 1704 10 99, 2105 00 10, 2105 00 91 jew 2106 90 10, għad-dazju massimu provdut f’dan il-Ftehim.
(*) Ħlief għal oġġetti li jinkludu 70% jew aktar bil-piż ta’ zokkor tal-kannamieli (inkluż zokkor invertit imniżżel bħala zokkor tal-kannamieli), li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 1704 90 51, ex 1704 90 99, ex 1806 20 80, ex 1806 20 95, ex 1806 90 90 jew ex 2106 90 98.