This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0930
Council Regulation (EC) No 930/2004 of 1 May 2004 on temporary derogation measures relating to the drafting in Maltese of the acts of the institutions of the European Union
Ir-regolament Tal-Kunsill (KE) Nru 930/2004 ta’ l-1 ta’ Mejju 2004 dwar miżuri temporanji ta’ deroga dwar it-tfassil fil-lingwa Maltija ta’ l-atti ta’ l-Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea
Ir-regolament Tal-Kunsill (KE) Nru 930/2004 ta’ l-1 ta’ Mejju 2004 dwar miżuri temporanji ta’ deroga dwar it-tfassil fil-lingwa Maltija ta’ l-atti ta’ l-Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea
ĠU L 169, 1.5.2004, p. 1–2
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/11/2006
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 31958R0001 | 30/04/2007 | |||
Derogation | 31958R0001(01) | 30/04/2007 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32006R1738 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 26/11/2006 |
1.5.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 169/1 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 930/2004
ta' l-1 ta' Mejju 2004
dwar miżuri temporanji ta' deroga dwar it-tfassil fil-lingwa Maltija ta' l-atti ta' l-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 290 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28 u 41 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u r-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (2), liema żewġ Regolamenti huma msejħin ‘ir-Regolament Nru 1’ minn hawn 'il quddiem,
Wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tagħhom,
Wara li kkunsidra t-talba ta' (…) tal-Gvern Malti,
Billi:
(1) |
B'konsegwenza ta' l-adeżjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, u skond l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1, il-Malti hu lingwa uffiċjali u lingwa ta' ħidma ta' l-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni. |
(2) |
Għaldaqstant, ir-regolamenti u dokumenti oħra ta' applikazzjoni ġenerali għandhom jitfasslu wkoll bil-Malti, kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1. Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi ppubblikat ukoll bil-Malti, kif previst fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Mill-kuntatti bejn l-awtoritajiet Maltin u l-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jidher li, minħabba s-sitwazzjoni preżenti fir-rigward tar-reklutaġġ ta' lingwisti Maltin u n-nuqqas ta' tradutturi kkwalifikati li jirriżulta, mhux possibbli li jiġi garantit it-tfassil bil-Malti ta' l-atti kollha adottati mill-Istituzzjonijiet. |
(4) |
Din ser tkun is-sitwazzjoni għal xi żmien, sakemm jiġu mplimentati miżuri transitorji meħuda b'kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet Maltin u l-istituzzjonijiet Ewropej biex jinstab rimedju għan-nuqqas ta' tradutturi kkwalifikati. Sadattant, din is-sitwazzjoni m'għandhiex ikollha impatt negattiv fuq l-attivitajiet ta' l-Unjoni, li jżomm lura l-ħidma ta' l-Istituzzjonijiet tagħha. |
(5) |
L-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1 jippermetti lill-Kunsill, li jaġixxi fuq it-talba ta' l-Istat Membru kkonċernat, li jiddeċiedi dwar l-użu ta' lingwi fir-rigward ta' Stati Membri li għandhom iżjed minn lingwa uffiċjali waħda. Skond il-Kostituzzjoni ta' Malta, il-Malti u l-Ingliż huma l-lingwi uffiċjali ta' Malta u kull liġi għandha tiġi magħmula kemm fil-lingwa Maltija kif ukoll fil-lingwa Ingliża, bit-test Malti jipprevali f'każ ta' kunflitt, sakemm ma ssirx xi disposizzjoni xort' oħra. |
(6) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni msemmija hawn fuq u fuq talba tal-Gvern Malti, hu xieraq li tittieħed deċiżjoni li, b'mod eċċezzjonali u fuq bażi transitorja, l-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni m'għandhomx ikunu marbuta bl-obbligu li jirrigwarda t-tfassil jew it-traduzzjoni ta' l-atti kollha, inklużi sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-lingwa Maltija. Madankollu, hu xieraq li tali deroga tkun parzjali u għalhekk li teskludi mill-firxa ta' l-applikazzjoni tagħha r-Regolamenti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien. |
(7) |
L-istatus tal-Malti bħala lingwa uffiċjali u bħala lingwa ta' ħidma ta' l-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni mhux affettwat. |
(8) |
Fl-aħħar tal-perijodu transitorju, l-atti kollha li f'dak iż-żmien ma jkunux diġà ġew ippubblikati bil-Malti għandhom ukoll jiġu ppubblikati f'dik il-lingwa, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mir-Regolament Nru 1 u għal perjodu ta' tliet snin li jibda fl-1 ta' Mejju 2004, l-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx ikunu marbuta bl-obbligu li jfasslu l-atti kollha bil-Malti u li jippubblikawhom f'dik il-lingwa fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan l-Artikolu m'għandux japplika għar-Regolamenti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien.
Artikolu 2
Mhux iżjed tard minn 30 xahar wara li jiġi adottat, il-Kunsill għandu jirrevedi kif qed jaħdem dan ir-Regolament u jiddetermina jekk jestendihx għal perijodu ieħor ta' sena.
Artikolu 3
Fl-aħħar tal-perijodu transitorju, l-atti kollha li f'dak iż-żmien ma jkunux ġew diġà ippubblikati bil-Malti, għandhom ukoll jiġu ppubblikati f'dik il-lingwa.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, ta' l-1 ta' Mejju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. COWEN
(1) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385. Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
(2) ĠU 17, 6.10.1958, p. 401. Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.