This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0874
Commission Regulation (EC) No 874/2004 of 28 April 2004 laying down public policy rules concerning the implementation and functions of the .eu Top Level Domain and the principles governing registration (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 874/2004 tat-28 ta' April 2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell the.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoniTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 874/2004 tat-28 ta' April 2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell the.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoniTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 162, 30.4.2004, pp. 40–50
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 12/10/2022; Imħassar b' 32019R0517
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modified by | 32005R1654 | Emenda | artikolu 12.1 | 11/10/2005 | |
| Modified by | 32005R1654 | Żieda | anness | 11/10/2005 | |
| Modified by | 32005R1654 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 11/10/2005 | |
| Modified by | 32007R1255 | Sostituzzjoni | anness | 27/10/2007 | |
| Modified by | 32009R0560 | Emenda | artikolu 9 | 30/06/2009 | |
| Modified by | 32009R0560 | Emenda | artikolu 6 | 30/06/2009 | |
| Modified by | 32009R0560 | Emenda | artikolu 12.1 | 30/06/2009 | |
| Modified by | 32009R0560 | Żieda | artikolu 9.3 | 30/06/2009 | |
| Modified by | 32009R0560 | Sostituzzjoni | anness | 30/06/2009 | |
| Modified by | 32009R0560 | Sostituzzjoni | anness 1 | 30/06/2009 | |
| Modified by | 32009R0560 | Sostituzzjoni | artikolu 12.1L1 | 30/06/2009 | |
| Modified by | 32015R0516 | Sostituzzjoni | artikolu 17 L2 | 16/04/2015 | |
| Modified by | 32015R0516 | Sostituzzjoni | artikolu 3 L3 | 16/04/2015 | |
| Modified by | 32015R0516 | Żieda | artikolu 6 BI | 16/04/2015 | |
| Modified by | 32015R0516 | Sostituzzjoni | anness | 16/04/2015 | |
| Repealed by | 32019R0517 | 13/10/2022 |
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 874/2004 tat-28 ta' April 2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell the.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoniTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0040 - 0050
CS.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
ET.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
HU.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
LT.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
LV.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
MT.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
PL.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
SK.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
SL.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 874/2004 tat-28 ta' April 2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell the.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' April 2002 dwar l-implimentazzjoni tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell the.eu [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu, Wara li kkonsultat ir-Reġistru skond l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002, Billi: (1) L-implimentazzjoni inizjali ta' l-istadji tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell the.eu (TLD), li għandu jinħoloq skond ir-Regolament (KE) Nru 733/2002, tlestiet mill-entità legali li ddisinjatu, stabbilita ġewwa l-Komunità biex tamministra u timmaniġġa l-funzjoni tar-Reġistru TLD the.eu. Ir-Reġistru, nominat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/375/KE [2], huwa meħtieġ li jkun organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt u għandu jopera u jipprovdi servizzi fuq il-bażi li jkopru n-nefqa u fi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu. (2) It-talbiet għal isem tad-dominju għandu jkun possibbli permezz ta' mezzi elettroniċi, bi proċeduri sempliċi, mgħaġġla u effiċjenti, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità, permezz ta' reġistraturi akkreditati. (3) L-akkreditazzjoni tar-reġistraturi għandha titwettaq mir-Reġistru wara proċedura li tiżgura kompetizzjoni ġusta u miftuħa bejn ir-Regitraturi. Il-roċess ta' l-akkreditazzjoni għandu jkun oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju. Dawk il-partijiet biex li jħarsu ċerti ħtiġiet bażiċi tekniċi li għandhom ikunu stabbiliti mir-Reġistru għandhom ikunu eliġibbli għall-akkreditazzjoni. (4) Ir-reġistraturi għandhom jaċċettaw biss applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominju ffajljati wara l-akkreditazzjoni tagħhom u għandhom jibgħatuhom fl-ordni kronoloġiku li fih jirċevuhom. (5) Biex tiġi żgurata protezzjoni aħjar tad-drittijiet tal-konsumatur, u mingħajr preġudizzju għal xi regoli tal-Komunità li jikkonċernaw il-ġurisdizzjoni u l-liġi applikabbli, l-liġi applikabbli f'diputi bejn reġistraturi u reġistranti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw titoli tal-Komunità għandha tkun il-liġi ta' wieħed mill-Istati Membri. (6) Ir-Reġistraturi għandhom jeħtieġu informazzjoni eżatti tal-kuntatt mill-klijenti tagħhom, bħall-isem sħiħ, l-indirizz ta' domiċilju, in-numru tat-telefon u l-posta elettroniku, kif ukoll informazzjoni dwar il-persuna naturali jew ġuridika responsabbli għall-operazzjoni teknika ta' l-isem tad-dominju. (7) Il-politika tar-Reġistratur għandha tippromwovi l-użu tal-lingwi ufiċjali kollha tal-Komunità. (8) Skond ir-Regolament (KE) Nru 733/2002, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-isem uffiċjali tagħhom u l-isem li taħtu jkunu komunement magħrufa ma għandhomx ikunu reġistrati direttament taħt l-.eu TLD mod ieħor milli mill-gvern nazzjonali tagħhom.. Il-pajjiżi li huma mistennija li jissieħbu fl-Unjoni Ewropea mhux aktar tard minn Mejju 2004 għandhom ikunu jistgħu jirriżervaw l-ismijiet uffiċjali tagħhom u l-ismijiet li taħthom huma komunement magħrufa, sabiex ikunu jistgħu jiġu reġistrati f'data aktar tard. (8) Stat Membru għandu jkun awtorizzat li jinnomina operatur li jirreġistra bħala isem ta' dominju l-isem uffiċjali tiegħu u l-isem li taħtu ikun komunement magħruf. Bl-istess mod il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tagħżel ismijiet ta' dominju għall-użu mill-istituzzjonijiet tal-Komunità, y biex tinnomina operatur għal dawk l-ismijiet tad-dominju. Ir-Reġistru għandu jkollu s-setgħa li jirriżerva numru ta' ismijiet speċifikati ta' dominju għall-funzjonijiet operazzjonali tiegħu. (10) Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002, numru ta' Stati Membri innotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'numru limitat ta' ismijiet rikonoxxuti b'mod wiesa' fir-rigward ta' kunċetti ġeografiċi u/jew ġeopolitiċi li jeffettwaw l-organizzazzjoni politika jew territorjali tagħhom. Dawk il-listi jinkludu ismijiet li jew ma setgħux jiġu reġistrati jew li ma stgħux jiġu reġistrati taħt id-dominju tat-tieni livell skond ir-regoli tal-politika pubblika. L-ismijiet inklużi f'dawn il-listi ma humiex soġġetti għall-prinċipji li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. (11) Il-prinċipju ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel għandu jkun il-prinċipju bażiku biex jirriżolvi disputa bejn detenturi ta' drittijiet ta' qabel matul ir-reġistrazzjoni f'fażijiet. Wara t-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni f'fażijiet il-prinċipju ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel għandu jgħodd fl-allokazzjoni ta' l-ismijiet ta' dominju. (12) Sabiex jiġu salvagwardati d-drittijeit ta' qabel rikonoxxuti mill-Komunità jew il-liġi nazzjonali, għandha titlesta proċedura għar-reġistrazzjoni f'fażijiet. Ir-reġistrazzjoni f'fażijiet għandha sseħħ f'żewġ fażijiet, bil-għan li tassigura li d-detenturi ta' drtittijiet ta' qabel ikollhom l-opportunitajiet adattati biex jirreġistraw l-ismijiet li fuqhom kellhom drittijiet minn qabel. Ir-Reġistru għandu jiżgura li l-validazzjoni tad-drittijiet titwettaq minn aġenti maħtura għall-validazzjoni. Fuq il-bażi ta' evidenza provduta mill-applikanti, l-aġenti tal-validazzjoni għandhom jistmaw id-dritt li jiġi dikjarat għal isem partikolari. L-allokazzjoni ta' dak l-isem għandha imbagħad isseħħ fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqed l-ewwel jekk ikun hemm żewġ applikanti jew aktar għal isem ta' dominu li kull wieħed kellu dritt minn qabel. (13) Ir-reġistru għandu jidħol fil-ftehim adattat miżmum sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet miftiehma biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz' u b'mod partikolari biex jiġi assigurat li fil-każ ta' delega mill-ġdid jew ta' ċirkostanzi mhux preveduti, ikun possibbli li jkun jista' jkompli jagħti s-servizz lill-komunità lokali ta' l-Internet bl-anqas tfixkil possibbli. Ir-Reġistru għandu wkoll jikkonforma mar-regoli relevanti tal-protezzjoni tad-data, prinċipji, linji gwida u l-aħjar prattiċi, notevolment dawk li jikkonċernaw l-ammont u t-tip ta' data murija fid-database WHOIS. L-ismijiet ta' dominju meqjusa minn qorti ta' Stat Membru li jkunu malafamanti, razzisti jew kuntrarji għall-politika pubblika għandhom ikunu imblukkati u eventwalment revokati mall-d-deċiżjoni tal-qorti ssir finali. Dawk l-ismijiet ta' dominju għandhom ikunu imblukkati għal reġistrazzjoni futura. (14) Fil-każ tal-mewt jew falliment ta' detentur ta' isem ta' dominju, jekk ma jkun imbeda ebda trasferiment meta jiskadi l-perjodu ta' reġistrazzjoni, l-isem tad-dominju għandu jiġi sospiż għal 40 jum kalendarji. Jekk l-eredi jew l-amministraturi konċernati ma jkunux irreġistraw l-isem matul dak il-perjodu dan għandu isir disponibbli għar-reġistrazzjoni ġenerali. (15) L-ismijiet tad-dominju għandhom ikunu jistgħu jiġu revokati mir-Reġistru fuq numru limitat ta' raġunijiet speċifiċi, wara li d-detentur tad-dominju konċernat jingħata l-opportunità li jieħu l-miżuri xierqa. L-ismijiet tad-dominju għandhom ukoll ikunu jistgħu jiġu revokati permezz ta' proċedura ta' riżoluzzjoni alternattiva ta' disputa (ADR). (16) Ir-Reġistru għandu jipprovdi għal proċedura ta' ADR li tkun tagħti kont ta' l-aħjar prattiċi internazzjonali f'dan il-qasam u b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet relevanti ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intellettwali (WIPO), biex jiġi żgurat li reġistrazzjonijiet spekulattivi u abbużivi jiġu evitati kemm jista' ikun. (17) Ir-Reġistru għandu jagħżel provdituri tas-servizz li jkollhom il-ħila adattata fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. L-ADR għandu jirrispetta numru ta' regoli uniformi proċedurali, simili għal dawk stipulati fil-Politika Uniformi għar-riżoluzzjoni ta' Disputa adottati mill-Korporazzjoni Internet ta' Ismijiet u Numri Assenjati (ICANN). (18) Minħabba t-tkabbir imminenti ta' l-Unjoni huwa imperattiv li s-sistema tar-regoli tal-politika pubblika imwaqqfa minn dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien. (19) Il-miżuri li hemm provvidiment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU WIEĦED SUĠĠETT Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistipula r-regoli tal-politika pubblika dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tat-the.eu Dominju fl-Ogħla Livell (TLD) u l-prinċipji tal-politika pubblika li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002. IL-KAPITOLU II PRINĊIPJI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI Artikolu 2 Eliġibilità u prinċipji ġenerali għar-reġistrazzjoni Parti eliġibbli, kif elenkata fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002, tista' tirreġistra isem wieħed jew aktar ta' dominju taħt l-.eu TLD. Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu IV, isem speċifiku ta' dominju għandu jiġi allokat għall-użu lill-parti eliġibbli li t-talba tagħha tkun ġiet riċevuta l-ewwel mir-Reġistru b'mod teknikament korrett u skond dan ir-Regolament. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kriterju ta' l-ewwel riċeviment għandha ssir referenza għalih bħala l-prinċipju "min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel". Malli isem ta' dominju jiġi reġistrat u ma għndux ikun aktar disponibbli għal aktar reġistrazzjoni sakemm ir-reġistrazzjoni tiskadi mingħajr ma tiġġedded, jew sakemm l-isem tad-dominju jiġi revokat. Sakemm ma jkunx mod ieħor speċifikat f'dan ir-Regolament, l-ismijiet tad-dominju għandhom ikunu reġistrati rirettament taħt l-.eu TLD. Ir-reġistrazzjoni ta' isem ta' dominju għandha tkun valida biss wara li tkun tħallset il-miżata proprja mill-parti li tagħmel it-talba. Ismijiet ta' dominju reġistrati taħt l-.eu TLD għandhom ikunu trasferiti biss lill-partijiet li ikunu eliġibbli għar-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominju.eu. Artikolu 3 Talbiet għar-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominju It-talba għar-reġistrazzjoni ta' isem ta' dominju għandha tinkludi dan kollu li ġej: (a) l-isem u l-indirizz tal-parti li tagħmel it-talba; (b) konferma permezz ta' mezzi elettroniċi mill-parti li tagħmel it-talba li hija tissodisfa l-kriterji ġenerali ta' eliġibilità stipulati fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002; (ċ) affermazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi mill-parti li tagħmel it-talba li sa fejn taf hi it-talba għar-reġistrazzjoni ta' l-isem tad-dominju qed issir in bona fede u ma tiksirx xi drittijiet ta' parti terza; (d) obbilgazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi mill-parti li tagħmel it-talba li hija għandha toqgħod għat-termini u l-kondizzjonijiet kollha għar-reġistrazzjoni, inkluża l-politika dwar l-issetiljar extra-ġuridiku ta' konflitti stipulat fil-Kapitolu VI. Kull ineżattezza materjali fl-elementi stipulati fil-punti (a) sa (d) għandha tikkostitwixxi ksur tat-termini tar-reġistrazzjoni. Kull verifikazzjoni tar-Reġistru tal-validità ta' l-applikazzjonijiet tar-reġistrazzjoni għandha sseħħ sussegwentement għar-reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva tar-Reġistru jew wara xi disputa fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' l-isem ta' dominju in kwistjoni, ħlief għall-applikazzjonijiet magħmula fil-kors tal-proċedura tar-reġistrazzjoni f'fażijiet taħt l-Artikoli 10, 12, u 14. Artikolu 4 Akkreditazzjoni tar-reġistraturi Ir-reġistraturi biss akkreditati mir-Reġistru għandhom ikunu permessi li joffru servizzi ta' reġistrazzjoni għall-ismijiet taħt l-.eu TLD. Il-proċedura għall-akkreditazzjoni tar-eġistraturi għandha tiġi stabbilita mir-Reġistru u għandha tkun raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorja, u għandha tiżgura kondizzjonijiet effettivi u ġusti ta' kompetizzjoni. Ir-reġistraturi huma meħtieġa li jaċċessaw u jużaw is-sistemi awtomizzati tar-Reġistru. Ir-Reġistru jista' jiffissa aktar ħtiġiet bażiċi tekniċi għall-akkreditazzjoni tar-reġistraturi. Ir-reġistru jista' jitlob lir-reġistraturi għall-ħlas bil-quddiem tal-miżati għar-reġistrazzjoni, li għandu jiġi ffisat kull sena mir-Reġistru ibbażat fuq stima raġonevoli tas-suq. Il-proċedura, termini ta' akkreditazzjoni tar-reġistraturi u l-lista ta' reġistraturi akkreditati għandhom jintgħamlu pubblikament disponibbli mir-Reġistru f'forma faċilment aċċessibbli. Kull reġistratur għandu jkun marbut b'kuntratt mar-Reġistru li josserva t-termini ta' l-akkreditazzjoni u b'mod partikolari li jikkonforma mal-prinċipji ta' politika pubblika ffissati b'dan ir-Regolament. Artikolu 5 Disposizzjonijiet għar-reġistraturi Mingħajr preġudizzju għal xi regola li tirregola l-ġurisdizzjoni u l-liġi applikabbli, il-patti ta' ftehim bejn ir-Reġistratur u r-resġistrant ta' isem ta' dominju ma jistgħux jinnominaw, kif applikabbli skond il-liġi, xi liġi li ma tkunx il-liġi ta' xi wieħed mill-Istati Membri, u lanqas ma jistgħu jinnominaw xi korp għar-riżoluzzjoni ta' disputi, sakemm dawn ma jkunux magħżula mir-Reġistru skond l-Artikolu 23, lanqas xi qorti ta' arbitraġġ jew qorti lokata barra l-Komunità. Reġistratur li jirċievi aktar minn talba waħda għar-reġistrazzjoni għall-istess isem għandu jingħat dawk it-talbiet lir-Reġistru fl-ordni kronoloġiku li fih kienu riċevuti. Applikazzjonijiet biss riċevuti wara d-data ta' l-akkreditazzjoni għandhom jintbagħtu lir-Reġistru. Ir-reġistraturi għandhom jeħtieġu lill-applikanti kollha li jibgħatu dettalji ta' kuntatt eżatti u ta' min jorbot fuqhom ta' l-anqas ta' persuna waħda naturali jew ġuridika responsabbli għall-operazzjoni teknika ta' l-isem tad-dominju li jintalab. Ir-reġistraturi jistgħu jiżviluppaw skemi ta' tikketti, awtentikazzjoni u marki ta' fiduċja sabiex jippromwovu l-fiduċja tal-konsumatur fl-eżattezza ta' l-informazzjoni li tkun disponibbli taħt isem ta' dominju li jkun reġistrat minnhom, skond il-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Komunità. IL-KAPITOLU III LINGWI U KUNĊETTI ĠEOGRAFIĊI Artikolu 6 Lingwi Ir-reġistrazzjonijiet ta' ismijiet ta' dominju.eu għandhom jibdew biss wara li r-Reġistru jkun informa lill-Kummissjoni li l-iffaljar ta' l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet tad-dominju.eu u jikkomunika d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni fejn possibbli fil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjħa "il-lingwi uffiċjali". Għal xi komunikazzjoni mir-Reġistru li taffettwa d-drittijiet ta' parti flimkien mar-reġistrazzjoni, bħall-għoti, trasferiment, kanċellament jew revoka ta' dominju, ir-Reġistru għandu jiżgura li dawn il-komunikazzjonijiet ikunu possibbli fil-lingwi kollha uffiċjali. Ir-Reġistru għandu jwettaq ir-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominju fil-karattri alfabetiċi kollha tal-lingwi uffiċjali meta standards adegwati internazzjonali isiru disponibbli. Ir-Reġistru ma għandux ikun meħtieġ li jwettaq funzjonijiet li jużaw lingwi li ma jkunu il-lingwi uffiċjali. Artikolu 7 Proċedura għal ismijiet riżervati ġeografiċi u ġeopolitiċi Fir-rikward tal-proċedura biex jitqajjmu oġġezzjonijiet għall-listi ta' ismijiet rikonoxxuti b'mod wiesa' skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002, l-oġġezzjonijiet għandhom ikunu komunikati lill-membri tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit taħt l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2002/21/KE u lid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tas-Soċjeta ta' l-Informazzjoni tal-Kummissjoni. Il-membri tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet u d-Direttur Ġenerali jistgħu jinnominaw punti oħra ta' kuntatt għal dawn in-notifikazzjonijiet. L-oġġezzjonijiet u n-nomini tal-punti ta' kuntatt għandhom ikunu notifikati fil-forma ta' posta elettronika, imwassla minn kurrier jew personalment, jew bi twassil bil-posta effttwat permezz ta' ittra reġistrata u l-konferma li ġiet riċevuta. Mar-riżoluzzjoni ta' xi oġġezzjonijiet, ir-Reġistru għandu jippublika fuq il-websajt tiegħu żewġ listi ta' l-ismijiet. Lista waħda għandu jkun fiha l-lista ta' l-ismijiet li l-Kummissjoni tkun innotifikat bħala "mhux reġistrabbli". Il-lista l-oħra għandu jkun fiha lista ta' l-ismijiet li l-Kummissjoni tkun innotifikat lir-Reġistru bħala "reġistrabbli biss taħt id-dominju tat-tieni livell". Artikolu 8 Ismijiet tal-pajjiżi u l-kodiċi alpha-2 li jirrappresenta l-pajjiżi L-Istati Membri (u l-pajjiżi li sejrin jissieħbu) jistgħu jitolbu li l-isem uffiċjali tagħhom u l-isem li taħtu jkunu komunement magħrufa f'lingwa waħda uffiċjali waħda jew aktar (tal-Komunità kif imkabbra f'Mejju 2004) ma jiġux reġistrati direttament taħt l-.eu TLD minn xi persuna ħlief il-gvern nazzjonali tagħhom. Għal dak il-għan, kull Stat Membru (jew pajjiż li ser jissieħeb) għandu jibgħat lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, lista ta' dawk l-ismijiet li jeħtieġu li jiġi riżervati, kif ukoll in-nomina tal-korp li għandu jirrappresenta l-gvern nazzjonali fir-reġistrar ta' l-ismijiet. Il-Kummisjoni għandha tirreġistra lir-Reġistratur bl-ismijiet li għandhom jiħu riżervati u l-korpi li jirrappresentaw il-gvernijiet nazzjonali fir-reġistrar ta' l-ismijiet. Li-pajjiżi kandidati li ma humiex mistennija li jissieħby fl-Unjoni Ewropea f'Mejju 2004 u l-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea li ma humiex Stati Membri jistgħu jitolbu li l-isem uffiċjali tagħhom u l-isem li taħtu huma komunement magħrufa fil-lingwa tagħhom u f'xi waħda mill-lingwi uffiċjali minn Mejju 2004 ma għandhomx jirreġistraw direttament taħt l-eu. TLD. Għal dak il-għan, dawk il-pajjiżi jistgħu jibgħatu lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, lista ta' dawk l-ismijiet li ma għndhomx jiġu reġistrati. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lir-Reġistru bl-ismijiet li ma għandhomx jiġu reġistrati. Il-kodiċi alpha-2 li jirrappresentaw lill-pajjiżi ma għandhomx jintużaw biex jirreġistraw ismijiet ta' dominju direttament taħt l-eu. TLD. Artikolu 9 Isem ta' dominju tat-tieni livell għal ismijiet ġeografiċi u ġeopolitiċi Ir-reġistrazzjoni ta' kunċetti ġeoġrafiċi u ġeopolitiċi bħala ismijiet ta' dominju skond l-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002 tista' tiġi provduta għal Stat Membru li ikun innotifika l-ismijiet. Dan jista' isir taħt xi isem ta' dominju li ikun ġie reġistrat minn dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni tista' titlob lir-Reġistru biex jintroduċi ismijiet ta' dominju direttament taħt l-eu. TLD għall-użu minn istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità. Wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u mhux aktar tard minn ġimgħa qabel il-bidu tal-perjodu tar-reġistrazzjoni f'fażijiet li hemm provvidiment għalih fil-Kapitolu IV, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lir-Reġistru bl-ismijiet li għandhom jiġu riżervati u l-korpi li jirrappresentaw lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet. KAPITOLU IV REĠISTRAZZJONI F'FAŻIJIET Artikolu 10 Partijiet eliġibbli u l-ismijiet li jistgħu jirreġistraw 1. Id-detenturi ta' drittijiet minn qabel rikonoxxuti jew stabbiliti bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità u korpi pubbliċi għandhom ikunu eliġibbli li japplikaw biex jirreġistraw l-ismijiet tad-dominju matul perjodu ta' reġistrazzjoni f'fażijiet qabel ma tibda r-reġistrazzjoni ġenerali tad-dominju.eu. "Drittijiet ta' qabel" għandha tiftiehem li tinkludi, fost ħwejjeġ oħra, marki tal-kummerċ reġistrati nazzjonali jew tal-Komunità, indikazzjonijiet ġeografiċi jew ismijiet ta' oriġini, u, sal-limitu li dawn ikunu protetti taħt il-liġi nazzjonali ta' l-Istati Membru fejn ikunu miżmuma: marki tal-kummerċ mhux reġistrati, ismijiet tal-kummerċ, identifikaturi ta' negozji, ismijiet ta' kumpaniji, ismijiet ta' familji, u titoli distinti ta' xgħolijiet protetti letterarji u artistiċi. "Korpi pubbliċi" għandha tinkludi: istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità, gvernijiet nazzjonali u lokali, korpi governattivi, awtoritajiet, organizzazzjonijiet u korpi regolati b'liġi pubblika, u organizzazzjonijiet internazzjonali u intergovernattivi. 2. Ir-reġistrazzjoni fuq il-bażi ta' dritt minn qabel għandha tikkonsisti fir-reġistrazzjoni ta' l-isem sħiħ li għalih jeżistu d-drittijiet minn qabel, kif miktun fid-dokumentazzjoni li tagħti prova li dak id-dritt jeżisti. 3. Ir-reġistrazzjoni minn korp pubbliku tista' tikkonsisti fl-isem sħiħ tal-korp pubbliku jew aknonimu li jintuża ġeneralment. Korpi pubbliċi li huma responsabbli biex jirregolaw territorju ġeografiku partikolari jistgħu wkoll jirreġistraw l-isem sħiħ tat-territorju li għalih huma responsabbli, u l-isem li taħtu t-territorju huma komunement magħruf. Artikolu 11 Karetteristiċi speċjali Sal-limitu li hija konċernata r-reġistrazzjoni ta' ismijiet sħaħ, fejn dawk l-ismijiet ikun fihom spazju bejn elementi testwali jew kliem, għandha titqies li tkun teżisti l-identiċità bejn dawk l-ismijiet sħaħ u dawk l-ismijiet miktuba b'sink bejn l-elementi tal-kliem jew maqgħuda f'kelma waħda fl-isem tad-dominju li għalih issir applikazzjoni. Fejn isem li fir-rigward tiegħu ikunu qed jiġu dikjarati drittijiet ta' qabel ikun fih karattri speċjali, spazji, jew punteġġjaturi, dawn għandhom jiġu eliminati kollha kemm huma mill-isem tad-dominju li jikkorrispondi, sostitwiti b'sinkijiet, jew, fejn possibbli, miktuba mill-ġdid. Karattri speċjali u punteġġatura kif imsemmija fit-tieni paragrafu għandhom jinkludu dan li ġej: ˜ @ $ % ˆ & * ( ) + = < >{ } [ ] | \ / : ; ' , . ? Mingħajr preġudizzju għat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 6, jekk id-dritt ta' qabel ta' l-isem ikun fih ittri li jkunu elementi addizzjonali li ma jistgħux jiġu riprodotti fil-kodiċi ASCII, bħal ä, é jew ñ, l-ittri konċernati għandhom jiġu riprodotti mingħajr dawk l-elementi (bħal a, e, n) jew għandhom jiġu sostitwiti b'ittri aċċettati konvezjonalment (. Fl-aspetti l-oħrajn kollha, l-isem tad-dominju għandu jkun identiku għall-elementi testwali jew kliem tad-dritt ta' qabel ta' l-isem. Artikolu 12 Prinċipji għar-reġistrazzjoni f'fażijiet 1. Ir-reġistrazzjoni f'fażijiet ma għandhiex tibda qabel l-1 ta' Mejju 2004 u biess meta l-ħtieġa ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Arikolu 6 tkun sodisfatta u l-perjodu li hemm provvidiment dwarhu fl-Artikolu 8 ikun skada. Ir-Reġistru għandu jippubblika d-data li fiha għandha tibda r-reġistrazzjoni f'fażijiet ta' l-anqas xahrejn bil-quddiem u għandu hekk jinforma lir-Reġistraturi akkreditati kollha. Ir-Reġistru għandu jippublika fuq il-websajt tiegħu xahrejn qabel il-bidu tar-reġistrazzjoni f'fażijiet deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri kollha tekniċi u amminitrattivi li huwa għandu juża biex jiżgura amministrazzjoni xierqa, ġusta u teknikament soda tal-perjodu ta' reġistrazzjoni f'fażijiet. 2. It-tul ta' żmien tar-reġistrazzjoni f'fażijiet għandu jkun ta' erba' xhur. Ir-reġistrazzjoni ġenerali ta' l-ismijiet tad-dominju ma għandhiex tibda qabel it-tlestija tal-perjodu tar-reġistrazzjoni f'fażijiet. Ir-reġistrazzjoni f'fażijiet għandha tkun magħmula minn żewġ partijiet ta' xahrejn kull waħda. Matul l-ewwel parti tar-reġistrazzjoni f'fażijiet, biss marki tal-kummerċ nazzjonali u tal-Komunità, indikazzjonijiet ġeografiċi, u l-ismijiet u l-akronimi mesmmija fl-Artikolu 10(3), tista' ssir applikazzjoni għalihom bħala ismijiet ta' dominju minn detenturi jew persuni liċenzati ta' drittijiet ta' qabel u mill-korpi pubbliċi msemmija fl-Artikolu 10(1). Matul it-tieni parti tar-rġistrazzjoni f'fażijiet, l-ismijiet li jistgħu jiġu reġistrati fl-ewwel parti kif ukoll l-ismijiet ibbażati fuq id-drittijiet l-oħrajn kollha ta' qabel tista' ssir applikazzjoni għalihom bħala ismijiet ta' dominju mid-detenturi ta' dawk id-drittijiet ta' qabel fuq dawk l-ismijiet. 3. It-talba biex jiġi reġistrat isem ta' dominju bbażata fuq dritt ta' qabel taħt l-Artikolu 10(1) u 10(2) għandha tinkludi referenza għall-bażi legali fil-liġi nazzjonali jew tal-Komunità tad-dritt għall-isem, kif ukoll informazzjoni oħra relevanti, bħan-numru tar-reġistrazzjoni tal-marka tal-kummerċ, informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni fil-ġurnal uffiċjali jew gazzetta tal-gvern, informazzjoni tar-reġistrazzjoni f'assoċjazzjonijiet professjonali jew tan-negozju u kmamar tal-kummerċ. 4. Ir-Reġistru jista' jagħmel it-talbiet għal isem ta' dominju suġġetti għall-ħlas ta' tariffi addizzjonali, kemm-il darba dawn iservu biss biex ikopru nefqiet ġenerati bl-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu. Ir-Reġistru jista' jiċċarġja tariffi differenti skond il-komplessità tal-proċess meħtieġ biex jiġu validati drittijiet ta' qabel. 5. Fit-tmiem tar-reġistrazzjoni f'fażijiet għandha titwettaq verifika indipendenti li titħallas mir-Reġistru u għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni. L-awditur għandu jinħatar mir-Reġistru wara li jikkonsulta mal-Kummissjoni. L-għan tal-verifika għandu jkun li tiġi konfermata l-amministrazzjoni ġusta, adattata u operazzjonalment u teknikament soda tal-perjodu tar-reġistrazzjoni f'fażijiet mir-Reġistru. 6. Biex tiġi riżolta dwar isem ta' dominju għandhom jgħoddu r-regoli li hemm provdut dwarhom fil-Kapitolu VI. Artikolu 13 L-għażla ta' l-aġenti tal-validazzjoni L-aġenti tal-validazzjoni għandhom ikunu persuni ġuridiċi stabbiliti fit-territorju tal-Komunità. L-aġenti tal-validazzjoni għandhom ikunu korpi ta' reputazzjoni tajba bil-ħila adattata. Il-Reġistru għandu jagħżel l-aġenti tal-validazzjoni b'mod oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju li jiżgura d-diversità ġeografika l-aktar wiesa' possibbli. Ir-Reġistru għandu jeħtieġ li l-aġenti tal-validazzjoni jwettqu l-validazzjoni b'mod oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-validazzjoni li tikkonċerna l-ismijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3). Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, indikazzjoni ċara ta' l-indirizzi li lilhom l-evidenza dokumentata għandha tintbagħat għall-verifikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lir-Reġistru b'dawn l-indirizzi. Ir-Reġistru għandu jippublika l-informazzjoni dwar l-aġenti tal-validazzjoni fuq il-websajt tiegħu. Artikolu 14 Il-validazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjonijiet riċevuti matul ir-reġistrazzjoni f'fażijiet It-talbiet kollha għal drittijiet ta' qabel taħt l-Artikolu 10(1) u 10(2) għandhom ikunu verifikabbli permezz ta' evidenza dokumentata li turi bis-saħħa ta' liema liġi ikun jeżisti d-dritt. Malli jirċievi l-applikazzjoni, r-Reġistru għandu jimblokka l-isem tad-dominju in kwistjoni sakemm tkun seħħet il-validazzjoni jew ikun għadda l-limitu taż-żmien biex tiġi riċevuta d-dokumentazzjoni. Jekk ir-Reġistru jirċievi aktar minn talba waħda għall-istess dominju matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni f'fażijiet, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati f'ordni kronoloġiku strett. Ir-reġistru għandu jagħmel disponibbli database li jkun fiha informazzjoni dwar l-ismijiet tad-dominju li tkun saret applikazzjoni għalihom taħt il-proċedura tar-reġistrazzjoni f'fażijiet, l-applikanti, ir-Reġistratur li jkun bagħat l-applikazzjoni, il-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tad-dokumenti ta' validazzjoni u t-talbiet sussegwenti għall-ismijiet. Kull applikant għandu jibgħat evidenza dokumentata li turi li hu jew hi hija d-detentur tad-dritt minn qabel dikjarat fuq l-isem in kwistjoni. L-evidenza dokumentata għandha tintbagħat lill-aġent tal-validazzjoni indikat mir-Reġistru. L-applikant għandu jibgħat l-evidenza b'dak il-mod li għandha tiġi riċevuta mill-aġent tal-validazzjoni fi żmien erbgħin jum mis-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għal isem tad-dominju. Jekk l-evidenza dokumentata ma tkunx ġiet riċevuta f'dan il-limitu ta' żmien, l-applikazzjoni għall-isem ta' dominju għandha tiġi rifjutata. L-aġenti tal-validazzjoni għandhom jittimbraw id-data fuq l-evidenza dokumentata malli jirċevuha. L-aġenti tal-validazzjoni għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet għal xi isem partikolari ta' dominju fl-ordni li bih l-appliakzzjoni tkun ġiet riċevuta fir-Reġistru. L-aġent relevanti tal-validazzjoni għaldu jeżamina jekk l-applikant li jkun l-ewwel biex jiġi stmat għall-isem ta' dominju u li jkun bagħat l-evidenza dokumentata qabel ma kien skada l-limitu ta' żmien kellux drittijiet minn qabel fuq l-isem. Jekk l-evidenza dokumentata ma tkunx ġiet riċevuta fiż-żmien jew jekk l-aġent tal-validazzjoni isib li l-evidenza dokumentata ma tissostanzjax dritt minn qabel, huwa għandu jinnotifika b'dan lir-Reġistru. Jekk l-aġent tal-validazzjoni isib li kienu jeżistu drittijiet minn qabel fir-rigward ta' l-applikazzjoni għal isem partikolari ta' dominju li jkun l-ewwel wieħed, huwa għandu hekk jinnotifika lir-Reġistru. Dan l-eżami ta' kull talba fl-ordni kronoloġiku kif riċevuta għandu jiġi segwit sakemm tinstab talba li dwarha kienu jeżistu drittijiet minn qabel dwar l-isem in kwistjoni tiġi konfermata mill-aġnet tal-validazzjoni. Ir-Reġistru għandu jirreġistra l-isem tad-dominju, fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqed l-ewwel, jekk isib li l-applikant kien ta' prova ta' dritt minn qabel skond il-proċedura ffissata fit-tieni, it-tielet u r-raba' paragrafu. KAPITOLU V RIŻERVAZZJONIJIET, DATA WHOIS U REĠISTRAZZJONIJIET MHUX KIF IMISS Artikolu 15 Ftehim miżmum sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet 1. Ir-Reġistru għandu, minn flusu, jidħol fi ftehim ma' depożitarju ta' reputazzjoni tajba jew aġent ieħor li jżomm il-ftehim sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbilit ġewwa t-territorju tal-Komunità li jinnomina lill-Kummissjoni bħala l-benefiċjarju li jżomm il-ftehim sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-kunsens tagħha għal dak il-ftehim qabel ma jiġi konkluż. Ir-Reġistru għandu jibgħat lill-aġent li jżomm il-ftehim sakemm jiġi sodisfatti l-kondizzjonijiet fuq bażi ta' kull jum kopja elettronika tal-kontenut kurrenti tad-database.eu. 2. Il-ftehim għandu jipprovdi li d-data għandha tinżamm mill-aġent li jżomm il-ftehim sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet skond it-termini u l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) id-data għandha tiġi riċevuta u miżmuma sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet, u ma tgħaddi minn ebda proċedura ħlief għall-verifikazzjoni li tkun sħiħa, konsistenti, u fil-format xieraq, sakemm tiġi rilaxxata lill-Kummissjoni. (b) id-data għandha tiġi rilaxxata miż-żamma sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet malli tiskadi mingħajr ma tiġi mġedda jew mat-terminazzjoni tal-kuntratt bejn ir-Reġistru u l-Kummissjoni għal xi waħda mir-raġunijiet deskritti fih u irrispettivament ta' xi disputi jew litigazzjoni bejn il-Kummissjoni u r-Reġistru; (ċ) fil-każ li l-ftehim jiġi rilaxxat, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt esklssiv, irrevokabbli u ħieles minn drittijiet ta' l-awtur li teżerċita jew li tkun eżerċitat id-drittijiet kollha meħtieġa biex tinnomina mill-ġdid ir-Reġistru; (d) jekk il-kuntratt mar-Reġistru jiġi terminat il-Kummissjoni, bil-koperazzjoni tar-Reġistru, għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tittrasferixxi r-responsabbiltà amministrattiva u operazzjonali għall-.eu TLD u kull fondi ta' riżerva lil dik il-parti hekk kif il-Kummissjoni tista' tinnomina: f'dak il-każ, ir-Reġistru għandu jagħmel minn kollox biex jevita tfixkil fis-servizz u għandu b'mod partiokolari jkompli jaġġorna l-informazzjoni li hija suġġetta għall-ftehim saż-żmien li jitlesta t-trasferiment. Artikolu 16 Database WHOIS Il-fini tad-database WHOIS għandu jkun li tipprovdi informazzjoni raġonevolment eżatta u aġġornata dwar il-punti ta' kuntatt tekniċi u amministrattivi ta' l-ismijiet ta' dominju taħt l-.eu TLD. Id-database WHOIS għandu ikun fiha informazzjoni dwar id-detentur ta' isem ta' dominju li tkun relevanti u mhux eċċessiva b'relazzjoni mal-fini tad-database. Sal-limitu li l-informazzjoni ma tkunx strettament meħtieġa b'relazzjoni mal-fini tad-database, u jekk id-detentur ta' l-isem ta' dominju ikun persuna naturali, l-informazzjoni li għandha tintgħamel pubblikament disponibbli għandha tkun soġġetta għall-kunsens ċar tad-detentur ta' l-isem ta' dominju. Is-sottomissjoni apposta ta' informazzjoni mhux eżatta, għandha tikkostitwixxi raġuni biex ir-reġistrazzjoni ta' l-isem tad-dominju titqies li tkun bi ksur tat-termini tar-reġistrazzjoni. Artikolu 17 Ismijiet riżervati mir-Reġistru L-ismijiet li ġejjin għandhom ikunu riżervati għall-funzjonijiet operazzjonali tar-Reġistru: eurid.eu, registry.eu, nic.eu, dns.eu, internic.eu, whois.eu, das.eu, coc.eu, eurethix.eu, eurethics.eu, euthics.eu Artikolu 18 Reġistrazzjonijiet mhux kif suppost Fejn isem ta' dominju jitqies minn Qorti ta' Stat Membru li ikun malafamanti, razzist jew kuntrarju għall-politika pubblika, huwa għandu jiġi mblukkat mir-Reġistru malli dan jiġi notifikat bid-deċiżjoni tal-Qorti u għandu jiġi revokat man-notifikazzjoni ta' deċiżjoni finali tal-qorti. Ir-reistru għandu jiomblokka mir-reġistrazzjoni futura dawk l-ismijiet li ikunu ġew soġġetti għal dak l-ordni tal-qorti sakemm dak l-ordni jibqa' validu. Artikolu 19 Mewt u għeluq 1. Jekk id-detentur ta' isem ta' dominju imut matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni ta' l-isem tad-dominju, l-eżekuturi ta' l-assi tiegħu jew tagħha, jew l-eredi tiegħu jew tagħha, jistgħu jitolbu t-trasferiment ta' l-isem lill-eredi flimkien mas-sottomissjoni tad-dokumentazzjoni xierqa. Jekk, malli jiskadi l-perjodu tar-reġistrazzjoni, ma jkun inbeda ebda trasferiment, l-isem tad-dominju għandu jiġi sospiż għal 40 jum kalendarji u għandu jiġi ppublikat fil-websajt tar-Reġistru. Matul dan il-perjodu l-eżekuturi jew l-eredi legali jistgħu japplikaw biex jirreġistraw l-isem flimkien ma' sottomissjoni tad-dokumentazzjoni xierqa. Jekk l-eredi ma jkunux irreġistraw l-isem matul dak il-perjodu ta' 40 jum, l-isem tad-dominju għandu minn dak iż-żmien 'l quddiem isir disponibbli għar-reġistrazzjoni ġenerali. 2. Jekk id-detentur ta' l-isem tad-dominju ikun impriża, persuna ġuridika jew naturali, jew organizzazzjoni li ssir soġġetta għal proċedimenti ta' falliment, għeluq, ċessjoni ta' negozju, għeluq b'ordni tal-qorti jew xi proċediment simili li jkun hemm provdut għalih fil-liġi nazzjonali, matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni ta' l-isem tad-dominju, allura l-amministratur legalment maħtur tad-dtentur ta' l-isem tad-dominju jista' jitlob it-trasferiment lix-xerrej ta' l-assi tad-detentur ta' l-isem tad-dominju flimkien mas-sottomissjoni tad-dokumentazzjoni xierqa. Jekk, malli jiskadi l-perjodu tar-rġistrazzjoni, ma jkun inbeda ebda trasferiment, l-isem tad-dominju għandu jiġi sospiż għall-perjodu ta' erbgħin jum kalendarju u għandu jiġi ppublikat fil-websajt tar-Reġistru. Matul dan il-perjodu l-amministratur jista' japplika biex jirreġistra l-isem flimkien mas-sottomissjoni tad-dokumentazzjoni xierqa. Jekk l-amministratur ma jkunx irreġistra l-isem matul il-perjodu ta' 40 jum, l-isem tad-domunju għandu minn dak iż-żmien 'l quddiem ikun disponibbli għar-reġistrazzjoni ġenerali. KAPITOLU VI REVOKA U L-ISSETILJAR TA' KONFLITTI Artikolu 20 Revoka ta' l-ismijiet tad-dominju Ir-Reġistru jista' jirrevoka isem ta' dominju minn jeddu mingħajr ma jibgħat id-disputa għal xi ssetiljar extraġudizzjarju ta' konflitti, esklussivament għar-raġunijiet li ġejjin: (a) djun mhux imħallsa dovuti lir-Reġistru; (b) in-nuqqas ta' konformità mid-detentur tal-kriterji ġenerali ta' eliġibilità skond l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) 733/2002; (ċ) il-ksur mid-dtentur tat-termini tar-reġistrazzjoni taħt l-Artikolu 3. Ir-Reġistru għandu jippreskrivi proċedura li skond din huwa ikun jista' jirrevoka l-ismijiet ta' dominju għal dawn ir-raġunijiet. Din il-proċedura għandha tinkludi avviż lid-detentur ta' l-isem tad-dominju u għandha ttiħ l-opportunità li jieħu l-miżuri adattati. Ir-revoka ta' isem ta' dominju, u fejn meħtieġ it-trasferiment sussegwenti tiegħu, tista' wkoll issir skond deċiżjoni maħruġa minn korp ta' ssetiljar extraġudizzjarju. Artikolu 21 Reġistrazzjonijiet spekulattivi u abużivi 1. Isem reġistrat ta' dominju għandu ikun suġġett għar-revoka, bl-użu ta' proċedura xierqa extra-ġudizzjarja jew ġudizzjarja, fejn dak l-isem ikun identiku jew simili b'tali mod li joħloq konfużjoni għal isem li fir-rigward tiegħu ikun rikonoxxut dritt jew stabbilit b'liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità, bħad-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1), u fejn dan: (a) ikun ġie reġistrat mid-detentur tiegħu mingħajr drittijiet jew interess leġittimu fl-isem; jew (b) ikun ġie reġistrat jew ikun qed jintuża b'finijiet ħżiena. 2. Interess leġittimu skond it-tifsira tal-punt (a) tal-paragrafu 1 jista' jintwera fejn: (a) qabel xi avviż ta' proċedura riżoluzzjoni alternattiva ta' disputa (ADR), id-detentur ta' isem ta' dominju ikun uża l-isem tad-dominju jew isem li ikun jikkorrispondi ma' l-isem tad-dominju b'konnessjoni ma' l-offerta ta' oġġetti jew servizzi u ikun għamel tħejjija li tkun tista' tintwera ta' dan; (b) id-detentur ta' isem ta' dominju, li jkun impriża, organizzazzjoni jew persuna naturali, ikun komunement magħruf bl-isem tad-dominju, ukoll fin-nuqqas ta' dritt rikonoxxut jew stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità; (ċ) id-detentur ta' isem ta' dominju ikun għamel użu leġittimi u mhux kummerċjali jew ġust ta' l-isem tad-dominju, mingħajr il-ħsieb li jqarraq bil-konsumaturi jew li jagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta' l-isem li dwarhu ikun hemm dritt rikonoxxut jew stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità. 3. Finijiet ħżiena skond it-tifsira tal-punt (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jintwerew fejn: (a) iċ-ċirkostanzi jutu li l-isem tad-dominju kien reġistrat jew miksub primarjament għall-fini tal-bejgħ, kiri jew trsferiment mod ieħor ta' l-isem tad-dominju tad-detentur li fir-rigward tiegħu dritt kien rikonoxxut jew stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità; jew (b) l-isem tad-dominju ikun ġie reġistrat sabiex jipprevjeni lid-detentur ta' dak l-isem li fir-rigward tiegħu dritt huwa rikonoxxut jew stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità, jew korp pubbliku, milli jirrifletti dan l-isem f'isem tad-dominju li jikkorrispondi, kemm-il darba: (i) ix-xejra ta' dik il-kondotta mir-reġistrant tkun tista' tintwera; jew (ii) l-isem tad-dominju ma jkunx intuża b'mod relevanti għal ta' l-anqas sentejn mid-data tar-reġistrazzjoni; jew (iii) f'ċirkostanzi fejn, fiż-żmien li kienet inbdiet il-proċedura ADR, id-detentur ta' isem ta' dominju li fir-rigward tiegħu dritt kien rikonoxxut jew stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità jew id-detentur ta' isem ta' dominju ta' korp pubbliku kien iddikjara l-intenzjoni tiegħu li juża l-isem tad-dominju b'mod relevanti iżda jonqos li jagħmel dan fi żmien sitt xhur mill-jum li fih kienet inbdiet il-proċedura ta' l-ADR; (ċ) l-isem tad-dominju kien reġistrat primarjament għall-fini li jfixkel l-attivitajiet professjonali ta' kompetitur; jew (d) l-isem tad-dominju kien intenzjonalment użat biex jattira utenti ta' l-Internet, għal qligħ kummerċjali, lid-detentur tal-websajt ta' isem ta' dominju jew xi lok ieħor on-line, billi joħloq il-possibbiltà ta' konfużjoni ma' isem li dwarhu dritt huwa rikonoxxut jew stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità jew isem ta' korp pubbliku, b'dik il-possibbiltà tirriżulta fir-rigward ta' sors, sponsorship, affiljazzjoni jew konferma tal-websajt jew lok jew ta' prodott jew servizz fuq il-websajt jew lok tad-detentur ta' isem ta' dominju; jew (e) l-isem tad-dominju reġistrat ikun isem personali li dwaru ma tkun teżisti ebda rabta' li tkun tista' tintwera bejn id-detentur ta' l-isem tad-dominju u l-isem tad-dominju reġistrat. 4. Id-disposizzjonijiet fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma jistgħux jiġi revokati sabiex ifixklu talbiet taħt liġi nazzjonali. Artikolu 22 Proċedura ta' riżoluzzjoni alternattiva ta' disputa 1. Proċedura ta' ADR tista' tinbeda minn xi parti fejn: (a) ir-reġistrazzjoni tkun spekulattiva jew abużiva skond it-tifsira ta' l-Artikolu 21; jew (b) deċiżjoni meħuda mir-Reġistru tkun f'konflitt ma' dan ir-Regolament jew mar-Regolament (KE) Nru 733/2002. 2. Il-parteċipazzjoni fil-proċedura ADR għandha tkun obbligatorja għad-detentur ta' isem ta' dominju u r-Reġistru. 3. Il-ħlas tat-tariffa għall-ADR għandu isir mill-attur. 4. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-partijiet, jew speċifikat mod ieħor fil-ftehim tar-reġistrazzjoni bejn ir-reġistratur u d-detentur ta' l-isem tad-dominju, il-linwa tal-proċediment amministrattiv għandha tkun il-lingwa ta' dak il-ftehim. Din ir-regola għandha tkun soġġetta għall-awtorità tal-bord li jistabbilixxi mod ieħor, wara li jingħata kont taċ-ċirkostanzi tal-każ. 5. L-ilmenti u t-tweġibiet għal dawk l-ilmenti għandhom jintbagħtu lill-provditur ADR magħżul mill-attur mill-lista msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 23. Dik is-sottomissjoni għandha ssir skond dan ir-Regolament u l-proċeduri supplementari ppublikati mill-provditur ta' l-ADR. 6. Malli t-talba għal ADR tiġi ffaljata kif imiss mal-provditur ta' l-ADR u titħallas it-tariffa xierqa, il-provditur ta' l-ADR għandu jinforma lir-Reġistru bl-identità ta' l-attur u l-isem tad-dominju involut. Ir-Reġistru għandu jissospendi l-isem tad-dominju involut mill-kanċellament jew trasferiment sakemm il-proċedimenti għar-riżoluzzjoni tad-disputa jew il-proċedimenti sussegwenti legali jitlestew u d-deċiżjoni tkun ġiet notifikata lir-Reġistru. 7. Il-provditur ta' l-ADR għandu jeżamina l-ilment għall-konformità mar-regoli tiegħu ta' proċedura, mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 733/2002, u, sakemm ma tiġis stabbilita non-konformità, għadu libgħat l-ilment lill-konvenut fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievi l-ħlas li għandu jsir minn min jagħmel l-ilment. 8. Fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data li fiha jiġi rieċvut l-ilment il-konvenut għandu jibgħat it-tweġiba lill-provditur. 9. Kull komunikazzjoni bil-miktub lill-attur jew lill-konvenut għandha issir bil-mezzi preferuti dikjarati mill-attur jew mill-konvenut, rispettivament, jew fin-nuqqas ta' dik l-ispeċifikazzjoni elettronikament permezz ta' l-Internet, kemm-il darba jkun disponibbli rekord tat-trasmissjoni. Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw il-proċedura ADR lid-detentur ta' isem ta' dominju li jkun is-suġġett ta' proċedura ADR għandhok jintbagħtu fl-informazzjoni ta' l-indirizz li jkun disponibbli lir-Reġistratur li jżomm ir-reġistrazzjoni ta' l-isem tad-dominju skodn it-termini u l-kondizzjonijiet tar-reġistrazzjoni. 10. In-nuqqas ta' xi waħda mill-partijiet involuta fil-proċedura ADR li tirrispondi fil-limitu ta' żmien mogħti jew li tidher għal smigħ tal-bord jista' jitqies bħala raġuni biex jiġu aċċettati t-talbiet tal-kontroparti. 11. Fil-każ ta' proċedura kontra detentur ta' isem ta' dominju, il-bord ADR għandu jiddeċiedi li l-isem tad-dominju għandu ikun revokat, jew isb li r-reġistrazzjoni tkun spekulattiva jew abużiva kif definit fl-Artikolu 21. L-isem tad-dominju għandu jiġi trasferit lill-attur jekk l-attur japplika għal dan l-isem tad-dominju u jissodisfa l-kriterji ġenerali ta' eliġibilità stipulati fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002 Fil-każ ta' proċedura kontra r-Reġistru, il-bord ADR għandu jiddeċiedi jekk deċiżjoni meħuda mir-Reġistru tkunx f'konflitt ma' dan ir-Regolament jew mar-Regolament (KE) Nru 733/2002. Il-bord ADR għandu jiddeċiedi li d-deċiżjoni għandha tkun annullata u jista' jiddeċiedi f'każi xierqa li l-isem tad-dominju in kwistjoni għandu jiġi trasferit, revokat jew attribwit, kemm-il darba, fejn meħtieġ, il-kriterji ġenerali ta' eliġibilità stipulati fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002 jitħarsu. Id-deċiżjoni tal-bord ADR għandha tiddikjara d-data ta' l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni. Id-deċiżjonijiet tal-bord jittieħdu b'maġġoranza sempliċi. Il-bord ta' disputa alternattiva għandu joħroġ id-deċiżjoni tiegħu fi żmien xahar mid-data li fiha jirċievi r-risposta mill-provditur ADR. Id-deċiżjoni għandha tkun debitament motivata. Id-deċiżjonijiet tal-bord għandhom jiġu ppublikati. 12. Fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara li jirċievi d-deċiżjoni mill-bord, il-provditur għandu jinnotifika t-test sħiħ tad-deċiżjnoi lil kull parti, lir-reġistratur/i konċernat/i u lir-Reġistru. Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lir-Reġistru u lill-attur permezz tal-posta reġistrata jew mezzi elettroniċi oħrajn ekwivalenti. 13. Ir-riżultati ta' l-ADR għandhom ikunu jorbtu fuq il-partijiet u r-Reġistru sakemm ma jinbdewx proċedimenti bil-qorti fi żmien 30 jum kalendarju tan-notifika tar-riżultat tal-proċedura ADR lill-partijiet. Artikolu 23 Għażla ta' provdituri u ta' membri tal-bord għar-riżoluzzjoni alternattiva ta' disputa 1. Ir-reġistru għandu jagħżel provdituri ADR, li jkunu korpi ta' reputazzjoni tajba bil-ħila adattata b'mod oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju. Lista tal-provdituri ADR għandha tiġi ppublikata fuq il-websajt tar-Reġistru. 2. Disputa li tintbagħat għall-proċedura ADR għandha tiġi eżaminata mill-arbitri maħtura għall-bord ta' mebru wieħed jew tlett membri. Il-membri tal-bord għandhom jintgħażlu skond il-proċeduri interni tal-provdituri ADR magħżula. Huma għandhom ikollhom il-ħila xierqa u għandhom jintgħażlu b'mod oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju. Kull provditur għandu jżomm lista pubblikament disponibbli tal-mebri tal-bord u l-kwalifiki tagħhom. Membru tal-bord gaħndu ikun imparzjali u indipendenti u għandu, qabel ma jaċċetta l-ħatra, jiddikjara lill-provditur kull ċirkostanzi li jistgħu jagħtu lok għal dubju ġustifikabbli dwar l-imparzjalità tagħhom jew indipendenza. Jekk, f'xi stadju matul il-proċedimenti amministrattivi, jirriżultaw ċirkostanzi ġodda li jistgħu jagħtui lok għal dubju ġustifikabbli fir-rigward ta' l-imparzjalità jew l-indipendenza tal-membru tal-bord, dak il-membru tal-bord għandu minnufih jiddikjara dawk iċ-ċirkostanzi lill-provditur. F'dak il-każ, il-provditur għandu jaħtar membru sostitut. KAPITOLU VII DISPOSIZZJONIJIET FINALI Artikolu 24 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] OJ L 113, 30.4.2002, p. 1. [2] OJ L 128, 24.5.2003, p. 29. [3] OJ L 108, 24.4.2002, p. 33. --------------------------------------------------