Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0874

Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 874/2004 tat-28 ta' April 2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell the.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoniTest b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 162, 30.4.2004, p. 40–50 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 034 P. 825 - 835
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 034 P. 825 - 835
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 034 P. 825 - 835
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 034 P. 825 - 835
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 034 P. 825 - 835
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 034 P. 825 - 835
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 034 P. 825 - 835
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 034 P. 825 - 835
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 034 P. 825 - 835
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 045 P. 71 - 81
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 045 P. 71 - 81
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 060 P. 97 - 107

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/874/oj

32004R0874

Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 874/2004 tat-28 ta' April 2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell the.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoniTest b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0040 - 0050
CS.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
ET.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
HU.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
LT.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
LV.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
MT.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
PL.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
SK.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835
SL.ES Chapter 13 Volume 34 P. 825 - 835


Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 874/2004

tat-28 ta' April 2004

li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell the.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' April 2002 dwar l-implimentazzjoni tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell the.eu [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat ir-Reġistru skond l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002,

Billi:

(1) L-implimentazzjoni inizjali ta' l-istadji tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell the.eu (TLD), li għandu jinħoloq skond ir-Regolament (KE) Nru 733/2002, tlestiet mill-entità legali li ddisinjatu, stabbilita ġewwa l-Komunità biex tamministra u timmaniġġa l-funzjoni tar-Reġistru TLD the.eu. Ir-Reġistru, nominat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/375/KE [2], huwa meħtieġ li jkun organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt u għandu jopera u jipprovdi servizzi fuq il-bażi li jkopru n-nefqa u fi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu.

(2) It-talbiet għal isem tad-dominju għandu jkun possibbli permezz ta' mezzi elettroniċi, bi proċeduri sempliċi, mgħaġġla u effiċjenti, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità, permezz ta' reġistraturi akkreditati.

(3) L-akkreditazzjoni tar-reġistraturi għandha titwettaq mir-Reġistru wara proċedura li tiżgura kompetizzjoni ġusta u miftuħa bejn ir-Regitraturi. Il-roċess ta' l-akkreditazzjoni għandu jkun oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju. Dawk il-partijiet biex li jħarsu ċerti ħtiġiet bażiċi tekniċi li għandhom ikunu stabbiliti mir-Reġistru għandhom ikunu eliġibbli għall-akkreditazzjoni.

(4) Ir-reġistraturi għandhom jaċċettaw biss applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominju ffajljati wara l-akkreditazzjoni tagħhom u għandhom jibgħatuhom fl-ordni kronoloġiku li fih jirċevuhom.

(5) Biex tiġi żgurata protezzjoni aħjar tad-drittijiet tal-konsumatur, u mingħajr preġudizzju għal xi regoli tal-Komunità li jikkonċernaw il-ġurisdizzjoni u l-liġi applikabbli, l-liġi applikabbli f'diputi bejn reġistraturi u reġistranti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw titoli tal-Komunità għandha tkun il-liġi ta' wieħed mill-Istati Membri.

(6) Ir-Reġistraturi għandhom jeħtieġu informazzjoni eżatti tal-kuntatt mill-klijenti tagħhom, bħall-isem sħiħ, l-indirizz ta' domiċilju, in-numru tat-telefon u l-posta elettroniku, kif ukoll informazzjoni dwar il-persuna naturali jew ġuridika responsabbli għall-operazzjoni teknika ta' l-isem tad-dominju.

(7) Il-politika tar-Reġistratur għandha tippromwovi l-użu tal-lingwi ufiċjali kollha tal-Komunità.

(8) Skond ir-Regolament (KE) Nru 733/2002, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-isem uffiċjali tagħhom u l-isem li taħtu jkunu komunement magħrufa ma għandhomx ikunu reġistrati direttament taħt l-.eu TLD mod ieħor milli mill-gvern nazzjonali tagħhom.. Il-pajjiżi li huma mistennija li jissieħbu fl-Unjoni Ewropea mhux aktar tard minn Mejju 2004 għandhom ikunu jistgħu jirriżervaw l-ismijiet uffiċjali tagħhom u l-ismijiet li taħthom huma komunement magħrufa, sabiex ikunu jistgħu jiġu reġistrati f'data aktar tard.

(8) Stat Membru għandu jkun awtorizzat li jinnomina operatur li jirreġistra bħala isem ta' dominju l-isem uffiċjali tiegħu u l-isem li taħtu ikun komunement magħruf. Bl-istess mod il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tagħżel ismijiet ta' dominju għall-użu mill-istituzzjonijiet tal-Komunità, y biex tinnomina operatur għal dawk l-ismijiet tad-dominju. Ir-Reġistru għandu jkollu s-setgħa li jirriżerva numru ta' ismijiet speċifikati ta' dominju għall-funzjonijiet operazzjonali tiegħu.

(10) Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002, numru ta' Stati Membri innotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'numru limitat ta' ismijiet rikonoxxuti b'mod wiesa' fir-rigward ta' kunċetti ġeografiċi u/jew ġeopolitiċi li jeffettwaw l-organizzazzjoni politika jew territorjali tagħhom. Dawk il-listi jinkludu ismijiet li jew ma setgħux jiġu reġistrati jew li ma stgħux jiġu reġistrati taħt id-dominju tat-tieni livell skond ir-regoli tal-politika pubblika. L-ismijiet inklużi f'dawn il-listi ma humiex soġġetti għall-prinċipji li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

(11) Il-prinċipju ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel għandu jkun il-prinċipju bażiku biex jirriżolvi disputa bejn detenturi ta' drittijiet ta' qabel matul ir-reġistrazzjoni f'fażijiet. Wara t-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni f'fażijiet il-prinċipju ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel għandu jgħodd fl-allokazzjoni ta' l-ismijiet ta' dominju.

(12) Sabiex jiġu salvagwardati d-drittijeit ta' qabel rikonoxxuti mill-Komunità jew il-liġi nazzjonali, għandha titlesta proċedura għar-reġistrazzjoni f'fażijiet. Ir-reġistrazzjoni f'fażijiet għandha sseħħ f'żewġ fażijiet, bil-għan li tassigura li d-detenturi ta' drtittijiet ta' qabel ikollhom l-opportunitajiet adattati biex jirreġistraw l-ismijiet li fuqhom kellhom drittijiet minn qabel. Ir-Reġistru għandu jiżgura li l-validazzjoni tad-drittijiet titwettaq minn aġenti maħtura għall-validazzjoni. Fuq il-bażi ta' evidenza provduta mill-applikanti, l-aġenti tal-validazzjoni għandhom jistmaw id-dritt li jiġi dikjarat għal isem partikolari. L-allokazzjoni ta' dak l-isem għandha imbagħad isseħħ fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqed l-ewwel jekk ikun hemm żewġ applikanti jew aktar għal isem ta' dominu li kull wieħed kellu dritt minn qabel.

(13) Ir-reġistru għandu jidħol fil-ftehim adattat miżmum sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet miftiehma biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz' u b'mod partikolari biex jiġi assigurat li fil-każ ta' delega mill-ġdid jew ta' ċirkostanzi mhux preveduti, ikun possibbli li jkun jista' jkompli jagħti s-servizz lill-komunità lokali ta' l-Internet bl-anqas tfixkil possibbli. Ir-Reġistru għandu wkoll jikkonforma mar-regoli relevanti tal-protezzjoni tad-data, prinċipji, linji gwida u l-aħjar prattiċi, notevolment dawk li jikkonċernaw l-ammont u t-tip ta' data murija fid-database WHOIS. L-ismijiet ta' dominju meqjusa minn qorti ta' Stat Membru li jkunu malafamanti, razzisti jew kuntrarji għall-politika pubblika għandhom ikunu imblukkati u eventwalment revokati mall-d-deċiżjoni tal-qorti ssir finali. Dawk l-ismijiet ta' dominju għandhom ikunu imblukkati għal reġistrazzjoni futura.

(14) Fil-każ tal-mewt jew falliment ta' detentur ta' isem ta' dominju, jekk ma jkun imbeda ebda trasferiment meta jiskadi l-perjodu ta' reġistrazzjoni, l-isem tad-dominju għandu jiġi sospiż għal 40 jum kalendarji. Jekk l-eredi jew l-amministraturi konċernati ma jkunux irreġistraw l-isem matul dak il-perjodu dan għandu isir disponibbli għar-reġistrazzjoni ġenerali.

(15) L-ismijiet tad-dominju għandhom ikunu jistgħu jiġu revokati mir-Reġistru fuq numru limitat ta' raġunijiet speċifiċi, wara li d-detentur tad-dominju konċernat jingħata l-opportunità li jieħu l-miżuri xierqa. L-ismijiet tad-dominju għandhom ukoll ikunu jistgħu jiġu revokati permezz ta' proċedura ta' riżoluzzjoni alternattiva ta' disputa (ADR).

(16) Ir-Reġistru għandu jipprovdi għal proċedura ta' ADR li tkun tagħti kont ta' l-aħjar prattiċi internazzjonali f'dan il-qasam u b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet relevanti ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intellettwali (WIPO), biex jiġi żgurat li reġistrazzjonijiet spekulattivi u abbużivi jiġu evitati kemm jista' ikun.

(17) Ir-Reġistru għandu jagħżel provdituri tas-servizz li jkollhom il-ħila adattata fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. L-ADR għandu jirrispetta numru ta' regoli uniformi proċedurali, simili għal dawk stipulati fil-Politika Uniformi għar-riżoluzzjoni ta' Disputa adottati mill-Korporazzjoni Internet ta' Ismijiet u Numri Assenjati (ICANN).

(18) Minħabba t-tkabbir imminenti ta' l-Unjoni huwa imperattiv li s-sistema tar-regoli tal-politika pubblika imwaqqfa minn dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien.

(19) Il-miżuri li hemm provvidiment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU WIEĦED

SUĠĠETT

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli tal-politika pubblika dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tat-the.eu Dominju fl-Ogħla Livell (TLD) u l-prinċipji tal-politika pubblika li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002.

IL-KAPITOLU II

PRINĊIPJI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI

Artikolu 2

Eliġibilità u prinċipji ġenerali għar-reġistrazzjoni

Parti eliġibbli, kif elenkata fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002, tista' tirreġistra isem wieħed jew aktar ta' dominju taħt l-.eu TLD.

Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu IV, isem speċifiku ta' dominju għandu jiġi allokat għall-użu lill-parti eliġibbli li t-talba tagħha tkun ġiet riċevuta l-ewwel mir-Reġistru b'mod teknikament korrett u skond dan ir-Regolament. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kriterju ta' l-ewwel riċeviment għandha ssir referenza għalih bħala l-prinċipju "min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel".

Malli isem ta' dominju jiġi reġistrat u ma għndux ikun aktar disponibbli għal aktar reġistrazzjoni sakemm ir-reġistrazzjoni tiskadi mingħajr ma tiġġedded, jew sakemm l-isem tad-dominju jiġi revokat.

Sakemm ma jkunx mod ieħor speċifikat f'dan ir-Regolament, l-ismijiet tad-dominju għandhom ikunu reġistrati rirettament taħt l-.eu TLD.

Ir-reġistrazzjoni ta' isem ta' dominju għandha tkun valida biss wara li tkun tħallset il-miżata proprja mill-parti li tagħmel it-talba.

Ismijiet ta' dominju reġistrati taħt l-.eu TLD għandhom ikunu trasferiti biss lill-partijiet li ikunu eliġibbli għar-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominju.eu.

Artikolu 3

Talbiet għar-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominju

It-talba għar-reġistrazzjoni ta' isem ta' dominju għandha tinkludi dan kollu li ġej:

(a) l-isem u l-indirizz tal-parti li tagħmel it-talba;

(b) konferma permezz ta' mezzi elettroniċi mill-parti li tagħmel it-talba li hija tissodisfa l-kriterji ġenerali ta' eliġibilità stipulati fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002;

(ċ) affermazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi mill-parti li tagħmel it-talba li sa fejn taf hi it-talba għar-reġistrazzjoni ta' l-isem tad-dominju qed issir in bona fede u ma tiksirx xi drittijiet ta' parti terza;

(d) obbilgazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi mill-parti li tagħmel it-talba li hija għandha toqgħod għat-termini u l-kondizzjonijiet kollha għar-reġistrazzjoni, inkluża l-politika dwar l-issetiljar extra-ġuridiku ta' konflitti stipulat fil-Kapitolu VI.

Kull ineżattezza materjali fl-elementi stipulati fil-punti (a) sa (d) għandha tikkostitwixxi ksur tat-termini tar-reġistrazzjoni.

Kull verifikazzjoni tar-Reġistru tal-validità ta' l-applikazzjonijiet tar-reġistrazzjoni għandha sseħħ sussegwentement għar-reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva tar-Reġistru jew wara xi disputa fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' l-isem ta' dominju in kwistjoni, ħlief għall-applikazzjonijiet magħmula fil-kors tal-proċedura tar-reġistrazzjoni f'fażijiet taħt l-Artikoli 10, 12, u 14.

Artikolu 4

Akkreditazzjoni tar-reġistraturi

Ir-reġistraturi biss akkreditati mir-Reġistru għandhom ikunu permessi li joffru servizzi ta' reġistrazzjoni għall-ismijiet taħt l-.eu TLD.

Il-proċedura għall-akkreditazzjoni tar-eġistraturi għandha tiġi stabbilita mir-Reġistru u għandha tkun raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorja, u għandha tiżgura kondizzjonijiet effettivi u ġusti ta' kompetizzjoni.

Ir-reġistraturi huma meħtieġa li jaċċessaw u jużaw is-sistemi awtomizzati tar-Reġistru. Ir-Reġistru jista' jiffissa aktar ħtiġiet bażiċi tekniċi għall-akkreditazzjoni tar-reġistraturi.

Ir-reġistru jista' jitlob lir-reġistraturi għall-ħlas bil-quddiem tal-miżati għar-reġistrazzjoni, li għandu jiġi ffisat kull sena mir-Reġistru ibbażat fuq stima raġonevoli tas-suq.

Il-proċedura, termini ta' akkreditazzjoni tar-reġistraturi u l-lista ta' reġistraturi akkreditati għandhom jintgħamlu pubblikament disponibbli mir-Reġistru f'forma faċilment aċċessibbli.

Kull reġistratur għandu jkun marbut b'kuntratt mar-Reġistru li josserva t-termini ta' l-akkreditazzjoni u b'mod partikolari li jikkonforma mal-prinċipji ta' politika pubblika ffissati b'dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Disposizzjonijiet għar-reġistraturi

Mingħajr preġudizzju għal xi regola li tirregola l-ġurisdizzjoni u l-liġi applikabbli, il-patti ta' ftehim bejn ir-Reġistratur u r-resġistrant ta' isem ta' dominju ma jistgħux jinnominaw, kif applikabbli skond il-liġi, xi liġi li ma tkunx il-liġi ta' xi wieħed mill-Istati Membri, u lanqas ma jistgħu jinnominaw xi korp għar-riżoluzzjoni ta' disputi, sakemm dawn ma jkunux magħżula mir-Reġistru skond l-Artikolu 23, lanqas xi qorti ta' arbitraġġ jew qorti lokata barra l-Komunità.

Reġistratur li jirċievi aktar minn talba waħda għar-reġistrazzjoni għall-istess isem għandu jingħat dawk it-talbiet lir-Reġistru fl-ordni kronoloġiku li fih kienu riċevuti.

Applikazzjonijiet biss riċevuti wara d-data ta' l-akkreditazzjoni għandhom jintbagħtu lir-Reġistru.

Ir-reġistraturi għandhom jeħtieġu lill-applikanti kollha li jibgħatu dettalji ta' kuntatt eżatti u ta' min jorbot fuqhom ta' l-anqas ta' persuna waħda naturali jew ġuridika responsabbli għall-operazzjoni teknika ta' l-isem tad-dominju li jintalab.

Ir-reġistraturi jistgħu jiżviluppaw skemi ta' tikketti, awtentikazzjoni u marki ta' fiduċja sabiex jippromwovu l-fiduċja tal-konsumatur fl-eżattezza ta' l-informazzjoni li tkun disponibbli taħt isem ta' dominju li jkun reġistrat minnhom, skond il-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Komunità.

IL-KAPITOLU III

LINGWI U KUNĊETTI ĠEOGRAFIĊI

Artikolu 6

Lingwi

Ir-reġistrazzjonijiet ta' ismijiet ta' dominju.eu għandhom jibdew biss wara li r-Reġistru jkun informa lill-Kummissjoni li l-iffaljar ta' l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet tad-dominju.eu u jikkomunika d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni fejn possibbli fil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjħa "il-lingwi uffiċjali".

Għal xi komunikazzjoni mir-Reġistru li taffettwa d-drittijiet ta' parti flimkien mar-reġistrazzjoni, bħall-għoti, trasferiment, kanċellament jew revoka ta' dominju, ir-Reġistru għandu jiżgura li dawn il-komunikazzjonijiet ikunu possibbli fil-lingwi kollha uffiċjali.

Ir-Reġistru għandu jwettaq ir-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominju fil-karattri alfabetiċi kollha tal-lingwi uffiċjali meta standards adegwati internazzjonali isiru disponibbli.

Ir-Reġistru ma għandux ikun meħtieġ li jwettaq funzjonijiet li jużaw lingwi li ma jkunu il-lingwi uffiċjali.

Artikolu 7

Proċedura għal ismijiet riżervati ġeografiċi u ġeopolitiċi

Fir-rikward tal-proċedura biex jitqajjmu oġġezzjonijiet għall-listi ta' ismijiet rikonoxxuti b'mod wiesa' skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002, l-oġġezzjonijiet għandhom ikunu komunikati lill-membri tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit taħt l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2002/21/KE u lid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tas-Soċjeta ta' l-Informazzjoni tal-Kummissjoni. Il-membri tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet u d-Direttur Ġenerali jistgħu jinnominaw punti oħra ta' kuntatt għal dawn in-notifikazzjonijiet.

L-oġġezzjonijiet u n-nomini tal-punti ta' kuntatt għandhom ikunu notifikati fil-forma ta' posta elettronika, imwassla minn kurrier jew personalment, jew bi twassil bil-posta effttwat permezz ta' ittra reġistrata u l-konferma li ġiet riċevuta.

Mar-riżoluzzjoni ta' xi oġġezzjonijiet, ir-Reġistru għandu jippublika fuq il-websajt tiegħu żewġ listi ta' l-ismijiet. Lista waħda għandu jkun fiha l-lista ta' l-ismijiet li l-Kummissjoni tkun innotifikat bħala "mhux reġistrabbli". Il-lista l-oħra għandu jkun fiha lista ta' l-ismijiet li l-Kummissjoni tkun innotifikat lir-Reġistru bħala "reġistrabbli biss taħt id-dominju tat-tieni livell".

Artikolu 8

Ismijiet tal-pajjiżi u l-kodiċi alpha-2 li jirrappresenta l-pajjiżi

L-Istati Membri (u l-pajjiżi li sejrin jissieħbu) jistgħu jitolbu li l-isem uffiċjali tagħhom u l-isem li taħtu jkunu komunement magħrufa f'lingwa waħda uffiċjali waħda jew aktar (tal-Komunità kif imkabbra f'Mejju 2004) ma jiġux reġistrati direttament taħt l-.eu TLD minn xi persuna ħlief il-gvern nazzjonali tagħhom. Għal dak il-għan, kull Stat Membru (jew pajjiż li ser jissieħeb) għandu jibgħat lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, lista ta' dawk l-ismijiet li jeħtieġu li jiġi riżervati, kif ukoll in-nomina tal-korp li għandu jirrappresenta l-gvern nazzjonali fir-reġistrar ta' l-ismijiet.

Il-Kummisjoni għandha tirreġistra lir-Reġistratur bl-ismijiet li għandhom jiħu riżervati u l-korpi li jirrappresentaw il-gvernijiet nazzjonali fir-reġistrar ta' l-ismijiet.

Li-pajjiżi kandidati li ma humiex mistennija li jissieħby fl-Unjoni Ewropea f'Mejju 2004 u l-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea li ma humiex Stati Membri jistgħu jitolbu li l-isem uffiċjali tagħhom u l-isem li taħtu huma komunement magħrufa fil-lingwa tagħhom u f'xi waħda mill-lingwi uffiċjali minn Mejju 2004 ma għandhomx jirreġistraw direttament taħt l-eu. TLD. Għal dak il-għan, dawk il-pajjiżi jistgħu jibgħatu lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, lista ta' dawk l-ismijiet li ma għndhomx jiġu reġistrati.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lir-Reġistru bl-ismijiet li ma għandhomx jiġu reġistrati.

Il-kodiċi alpha-2 li jirrappresentaw lill-pajjiżi ma għandhomx jintużaw biex jirreġistraw ismijiet ta' dominju direttament taħt l-eu. TLD.

Artikolu 9

Isem ta' dominju tat-tieni livell għal ismijiet ġeografiċi u ġeopolitiċi

Ir-reġistrazzjoni ta' kunċetti ġeoġrafiċi u ġeopolitiċi bħala ismijiet ta' dominju skond l-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002 tista' tiġi provduta għal Stat Membru li ikun innotifika l-ismijiet. Dan jista' isir taħt xi isem ta' dominju li ikun ġie reġistrat minn dak l-Istat Membru.

Il-Kummissjoni tista' titlob lir-Reġistru biex jintroduċi ismijiet ta' dominju direttament taħt l-eu. TLD għall-użu minn istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità. Wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u mhux aktar tard minn ġimgħa qabel il-bidu tal-perjodu tar-reġistrazzjoni f'fażijiet li hemm provvidiment għalih fil-Kapitolu IV, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lir-Reġistru bl-ismijiet li għandhom jiġu riżervati u l-korpi li jirrappresentaw lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet.

KAPITOLU IV

REĠISTRAZZJONI F'FAŻIJIET

Artikolu 10

Partijiet eliġibbli u l-ismijiet li jistgħu jirreġistraw

1. Id-detenturi ta' drittijiet minn qabel rikonoxxuti jew stabbiliti bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità u korpi pubbliċi għandhom ikunu eliġibbli li japplikaw biex jirreġistraw l-ismijiet tad-dominju matul perjodu ta' reġistrazzjoni f'fażijiet qabel ma tibda r-reġistrazzjoni ġenerali tad-dominju.eu.

"Drittijiet ta' qabel" għandha tiftiehem li tinkludi, fost ħwejjeġ oħra, marki tal-kummerċ reġistrati nazzjonali jew tal-Komunità, indikazzjonijiet ġeografiċi jew ismijiet ta' oriġini, u, sal-limitu li dawn ikunu protetti taħt il-liġi nazzjonali ta' l-Istati Membru fejn ikunu miżmuma: marki tal-kummerċ mhux reġistrati, ismijiet tal-kummerċ, identifikaturi ta' negozji, ismijiet ta' kumpaniji, ismijiet ta' familji, u titoli distinti ta' xgħolijiet protetti letterarji u artistiċi.

"Korpi pubbliċi" għandha tinkludi: istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità, gvernijiet nazzjonali u lokali, korpi governattivi, awtoritajiet, organizzazzjonijiet u korpi regolati b'liġi pubblika, u organizzazzjonijiet internazzjonali u intergovernattivi.

2. Ir-reġistrazzjoni fuq il-bażi ta' dritt minn qabel għandha tikkonsisti fir-reġistrazzjoni ta' l-isem sħiħ li għalih jeżistu d-drittijiet minn qabel, kif miktun fid-dokumentazzjoni li tagħti prova li dak id-dritt jeżisti.

3. Ir-reġistrazzjoni minn korp pubbliku tista' tikkonsisti fl-isem sħiħ tal-korp pubbliku jew aknonimu li jintuża ġeneralment. Korpi pubbliċi li huma responsabbli biex jirregolaw territorju ġeografiku partikolari jistgħu wkoll jirreġistraw l-isem sħiħ tat-territorju li għalih huma responsabbli, u l-isem li taħtu t-territorju huma komunement magħruf.

Artikolu 11

Karetteristiċi speċjali

Sal-limitu li hija konċernata r-reġistrazzjoni ta' ismijiet sħaħ, fejn dawk l-ismijiet ikun fihom spazju bejn elementi testwali jew kliem, għandha titqies li tkun teżisti l-identiċità bejn dawk l-ismijiet sħaħ u dawk l-ismijiet miktuba b'sink bejn l-elementi tal-kliem jew maqgħuda f'kelma waħda fl-isem tad-dominju li għalih issir applikazzjoni.

Fejn isem li fir-rigward tiegħu ikunu qed jiġu dikjarati drittijiet ta' qabel ikun fih karattri speċjali, spazji, jew punteġġjaturi, dawn għandhom jiġu eliminati kollha kemm huma mill-isem tad-dominju li jikkorrispondi, sostitwiti b'sinkijiet, jew, fejn possibbli, miktuba mill-ġdid.

Karattri speċjali u punteġġatura kif imsemmija fit-tieni paragrafu għandhom jinkludu dan li ġej:

˜ @ $ % ˆ & * ( ) + = < >{ } [ ] | \ / : ; ' , . ?

Mingħajr preġudizzju għat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 6, jekk id-dritt ta' qabel ta' l-isem ikun fih ittri li jkunu elementi addizzjonali li ma jistgħux jiġu riprodotti fil-kodiċi ASCII, bħal ä, é jew ñ, l-ittri konċernati għandhom jiġu riprodotti mingħajr dawk l-elementi (bħal a, e, n) jew għandhom jiġu sostitwiti b'ittri aċċettati konvezjonalment (. Fl-aspetti l-oħrajn kollha, l-isem tad-dominju għandu jkun identiku għall-elementi testwali jew kliem tad-dritt ta' qabel ta' l-isem.

Artikolu 12

Prinċipji għar-reġistrazzjoni f'fażijiet

1. Ir-reġistrazzjoni f'fażijiet ma għandhiex tibda qabel l-1 ta' Mejju 2004 u biess meta l-ħtieġa ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Arikolu 6 tkun sodisfatta u l-perjodu li hemm provvidiment dwarhu fl-Artikolu 8 ikun skada.

Ir-Reġistru għandu jippubblika d-data li fiha għandha tibda r-reġistrazzjoni f'fażijiet ta' l-anqas xahrejn bil-quddiem u għandu hekk jinforma lir-Reġistraturi akkreditati kollha.

Ir-Reġistru għandu jippublika fuq il-websajt tiegħu xahrejn qabel il-bidu tar-reġistrazzjoni f'fażijiet deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri kollha tekniċi u amminitrattivi li huwa għandu juża biex jiżgura amministrazzjoni xierqa, ġusta u teknikament soda tal-perjodu ta' reġistrazzjoni f'fażijiet.

2. It-tul ta' żmien tar-reġistrazzjoni f'fażijiet għandu jkun ta' erba' xhur. Ir-reġistrazzjoni ġenerali ta' l-ismijiet tad-dominju ma għandhiex tibda qabel it-tlestija tal-perjodu tar-reġistrazzjoni f'fażijiet.

Ir-reġistrazzjoni f'fażijiet għandha tkun magħmula minn żewġ partijiet ta' xahrejn kull waħda.

Matul l-ewwel parti tar-reġistrazzjoni f'fażijiet, biss marki tal-kummerċ nazzjonali u tal-Komunità, indikazzjonijiet ġeografiċi, u l-ismijiet u l-akronimi mesmmija fl-Artikolu 10(3), tista' ssir applikazzjoni għalihom bħala ismijiet ta' dominju minn detenturi jew persuni liċenzati ta' drittijiet ta' qabel u mill-korpi pubbliċi msemmija fl-Artikolu 10(1).

Matul it-tieni parti tar-rġistrazzjoni f'fażijiet, l-ismijiet li jistgħu jiġu reġistrati fl-ewwel parti kif ukoll l-ismijiet ibbażati fuq id-drittijiet l-oħrajn kollha ta' qabel tista' ssir applikazzjoni għalihom bħala ismijiet ta' dominju mid-detenturi ta' dawk id-drittijiet ta' qabel fuq dawk l-ismijiet.

3. It-talba biex jiġi reġistrat isem ta' dominju bbażata fuq dritt ta' qabel taħt l-Artikolu 10(1) u 10(2) għandha tinkludi referenza għall-bażi legali fil-liġi nazzjonali jew tal-Komunità tad-dritt għall-isem, kif ukoll informazzjoni oħra relevanti, bħan-numru tar-reġistrazzjoni tal-marka tal-kummerċ, informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni fil-ġurnal uffiċjali jew gazzetta tal-gvern, informazzjoni tar-reġistrazzjoni f'assoċjazzjonijiet professjonali jew tan-negozju u kmamar tal-kummerċ.

4. Ir-Reġistru jista' jagħmel it-talbiet għal isem ta' dominju suġġetti għall-ħlas ta' tariffi addizzjonali, kemm-il darba dawn iservu biss biex ikopru nefqiet ġenerati bl-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu. Ir-Reġistru jista' jiċċarġja tariffi differenti skond il-komplessità tal-proċess meħtieġ biex jiġu validati drittijiet ta' qabel.

5. Fit-tmiem tar-reġistrazzjoni f'fażijiet għandha titwettaq verifika indipendenti li titħallas mir-Reġistru u għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni. L-awditur għandu jinħatar mir-Reġistru wara li jikkonsulta mal-Kummissjoni. L-għan tal-verifika għandu jkun li tiġi konfermata l-amministrazzjoni ġusta, adattata u operazzjonalment u teknikament soda tal-perjodu tar-reġistrazzjoni f'fażijiet mir-Reġistru.

6. Biex tiġi riżolta dwar isem ta' dominju għandhom jgħoddu r-regoli li hemm provdut dwarhom fil-Kapitolu VI.

Artikolu 13

L-għażla ta' l-aġenti tal-validazzjoni

L-aġenti tal-validazzjoni għandhom ikunu persuni ġuridiċi stabbiliti fit-territorju tal-Komunità. L-aġenti tal-validazzjoni għandhom ikunu korpi ta' reputazzjoni tajba bil-ħila adattata. Il-Reġistru għandu jagħżel l-aġenti tal-validazzjoni b'mod oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju li jiżgura d-diversità ġeografika l-aktar wiesa' possibbli. Ir-Reġistru għandu jeħtieġ li l-aġenti tal-validazzjoni jwettqu l-validazzjoni b'mod oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-validazzjoni li tikkonċerna l-ismijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3). Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, indikazzjoni ċara ta' l-indirizzi li lilhom l-evidenza dokumentata għandha tintbagħat għall-verifikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lir-Reġistru b'dawn l-indirizzi.

Ir-Reġistru għandu jippublika l-informazzjoni dwar l-aġenti tal-validazzjoni fuq il-websajt tiegħu.

Artikolu 14

Il-validazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjonijiet riċevuti matul ir-reġistrazzjoni f'fażijiet

It-talbiet kollha għal drittijiet ta' qabel taħt l-Artikolu 10(1) u 10(2) għandhom ikunu verifikabbli permezz ta' evidenza dokumentata li turi bis-saħħa ta' liema liġi ikun jeżisti d-dritt.

Malli jirċievi l-applikazzjoni, r-Reġistru għandu jimblokka l-isem tad-dominju in kwistjoni sakemm tkun seħħet il-validazzjoni jew ikun għadda l-limitu taż-żmien biex tiġi riċevuta d-dokumentazzjoni. Jekk ir-Reġistru jirċievi aktar minn talba waħda għall-istess dominju matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni f'fażijiet, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati f'ordni kronoloġiku strett.

Ir-reġistru għandu jagħmel disponibbli database li jkun fiha informazzjoni dwar l-ismijiet tad-dominju li tkun saret applikazzjoni għalihom taħt il-proċedura tar-reġistrazzjoni f'fażijiet, l-applikanti, ir-Reġistratur li jkun bagħat l-applikazzjoni, il-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tad-dokumenti ta' validazzjoni u t-talbiet sussegwenti għall-ismijiet.

Kull applikant għandu jibgħat evidenza dokumentata li turi li hu jew hi hija d-detentur tad-dritt minn qabel dikjarat fuq l-isem in kwistjoni. L-evidenza dokumentata għandha tintbagħat lill-aġent tal-validazzjoni indikat mir-Reġistru. L-applikant għandu jibgħat l-evidenza b'dak il-mod li għandha tiġi riċevuta mill-aġent tal-validazzjoni fi żmien erbgħin jum mis-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għal isem tad-dominju. Jekk l-evidenza dokumentata ma tkunx ġiet riċevuta f'dan il-limitu ta' żmien, l-applikazzjoni għall-isem ta' dominju għandha tiġi rifjutata.

L-aġenti tal-validazzjoni għandhom jittimbraw id-data fuq l-evidenza dokumentata malli jirċevuha.

L-aġenti tal-validazzjoni għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet għal xi isem partikolari ta' dominju fl-ordni li bih l-appliakzzjoni tkun ġiet riċevuta fir-Reġistru.

L-aġent relevanti tal-validazzjoni għaldu jeżamina jekk l-applikant li jkun l-ewwel biex jiġi stmat għall-isem ta' dominju u li jkun bagħat l-evidenza dokumentata qabel ma kien skada l-limitu ta' żmien kellux drittijiet minn qabel fuq l-isem. Jekk l-evidenza dokumentata ma tkunx ġiet riċevuta fiż-żmien jew jekk l-aġent tal-validazzjoni isib li l-evidenza dokumentata ma tissostanzjax dritt minn qabel, huwa għandu jinnotifika b'dan lir-Reġistru.

Jekk l-aġent tal-validazzjoni isib li kienu jeżistu drittijiet minn qabel fir-rigward ta' l-applikazzjoni għal isem partikolari ta' dominju li jkun l-ewwel wieħed, huwa għandu hekk jinnotifika lir-Reġistru.

Dan l-eżami ta' kull talba fl-ordni kronoloġiku kif riċevuta għandu jiġi segwit sakemm tinstab talba li dwarha kienu jeżistu drittijiet minn qabel dwar l-isem in kwistjoni tiġi konfermata mill-aġnet tal-validazzjoni.

Ir-Reġistru għandu jirreġistra l-isem tad-dominju, fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqed l-ewwel, jekk isib li l-applikant kien ta' prova ta' dritt minn qabel skond il-proċedura ffissata fit-tieni, it-tielet u r-raba' paragrafu.

KAPITOLU V

RIŻERVAZZJONIJIET, DATA WHOIS U REĠISTRAZZJONIJIET MHUX KIF IMISS

Artikolu 15

Ftehim miżmum sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet

1. Ir-Reġistru għandu, minn flusu, jidħol fi ftehim ma' depożitarju ta' reputazzjoni tajba jew aġent ieħor li jżomm il-ftehim sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbilit ġewwa t-territorju tal-Komunità li jinnomina lill-Kummissjoni bħala l-benefiċjarju li jżomm il-ftehim sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-kunsens tagħha għal dak il-ftehim qabel ma jiġi konkluż. Ir-Reġistru għandu jibgħat lill-aġent li jżomm il-ftehim sakemm jiġi sodisfatti l-kondizzjonijiet fuq bażi ta' kull jum kopja elettronika tal-kontenut kurrenti tad-database.eu.

2. Il-ftehim għandu jipprovdi li d-data għandha tinżamm mill-aġent li jżomm il-ftehim sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet skond it-termini u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) id-data għandha tiġi riċevuta u miżmuma sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet, u ma tgħaddi minn ebda proċedura ħlief għall-verifikazzjoni li tkun sħiħa, konsistenti, u fil-format xieraq, sakemm tiġi rilaxxata lill-Kummissjoni.

(b) id-data għandha tiġi rilaxxata miż-żamma sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet malli tiskadi mingħajr ma tiġi mġedda jew mat-terminazzjoni tal-kuntratt bejn ir-Reġistru u l-Kummissjoni għal xi waħda mir-raġunijiet deskritti fih u irrispettivament ta' xi disputi jew litigazzjoni bejn il-Kummissjoni u r-Reġistru;

(ċ) fil-każ li l-ftehim jiġi rilaxxat, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt esklssiv, irrevokabbli u ħieles minn drittijiet ta' l-awtur li teżerċita jew li tkun eżerċitat id-drittijiet kollha meħtieġa biex tinnomina mill-ġdid ir-Reġistru;

(d) jekk il-kuntratt mar-Reġistru jiġi terminat il-Kummissjoni, bil-koperazzjoni tar-Reġistru, għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tittrasferixxi r-responsabbiltà amministrattiva u operazzjonali għall-.eu TLD u kull fondi ta' riżerva lil dik il-parti hekk kif il-Kummissjoni tista' tinnomina: f'dak il-każ, ir-Reġistru għandu jagħmel minn kollox biex jevita tfixkil fis-servizz u għandu b'mod partiokolari jkompli jaġġorna l-informazzjoni li hija suġġetta għall-ftehim saż-żmien li jitlesta t-trasferiment.

Artikolu 16

Database WHOIS

Il-fini tad-database WHOIS għandu jkun li tipprovdi informazzjoni raġonevolment eżatta u aġġornata dwar il-punti ta' kuntatt tekniċi u amministrattivi ta' l-ismijiet ta' dominju taħt l-.eu TLD.

Id-database WHOIS għandu ikun fiha informazzjoni dwar id-detentur ta' isem ta' dominju li tkun relevanti u mhux eċċessiva b'relazzjoni mal-fini tad-database. Sal-limitu li l-informazzjoni ma tkunx strettament meħtieġa b'relazzjoni mal-fini tad-database, u jekk id-detentur ta' l-isem ta' dominju ikun persuna naturali, l-informazzjoni li għandha tintgħamel pubblikament disponibbli għandha tkun soġġetta għall-kunsens ċar tad-detentur ta' l-isem ta' dominju. Is-sottomissjoni apposta ta' informazzjoni mhux eżatta, għandha tikkostitwixxi raġuni biex ir-reġistrazzjoni ta' l-isem tad-dominju titqies li tkun bi ksur tat-termini tar-reġistrazzjoni.

Artikolu 17

Ismijiet riżervati mir-Reġistru

L-ismijiet li ġejjin għandhom ikunu riżervati għall-funzjonijiet operazzjonali tar-Reġistru:

eurid.eu, registry.eu, nic.eu, dns.eu, internic.eu, whois.eu, das.eu, coc.eu, eurethix.eu, eurethics.eu, euthics.eu

Artikolu 18

Reġistrazzjonijiet mhux kif suppost

Fejn isem ta' dominju jitqies minn Qorti ta' Stat Membru li ikun malafamanti, razzist jew kuntrarju għall-politika pubblika, huwa għandu jiġi mblukkat mir-Reġistru malli dan jiġi notifikat bid-deċiżjoni tal-Qorti u għandu jiġi revokat man-notifikazzjoni ta' deċiżjoni finali tal-qorti. Ir-reistru għandu jiomblokka mir-reġistrazzjoni futura dawk l-ismijiet li ikunu ġew soġġetti għal dak l-ordni tal-qorti sakemm dak l-ordni jibqa' validu.

Artikolu 19

Mewt u għeluq

1. Jekk id-detentur ta' isem ta' dominju imut matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni ta' l-isem tad-dominju, l-eżekuturi ta' l-assi tiegħu jew tagħha, jew l-eredi tiegħu jew tagħha, jistgħu jitolbu t-trasferiment ta' l-isem lill-eredi flimkien mas-sottomissjoni tad-dokumentazzjoni xierqa. Jekk, malli jiskadi l-perjodu tar-reġistrazzjoni, ma jkun inbeda ebda trasferiment, l-isem tad-dominju għandu jiġi sospiż għal 40 jum kalendarji u għandu jiġi ppublikat fil-websajt tar-Reġistru. Matul dan il-perjodu l-eżekuturi jew l-eredi legali jistgħu japplikaw biex jirreġistraw l-isem flimkien ma' sottomissjoni tad-dokumentazzjoni xierqa. Jekk l-eredi ma jkunux irreġistraw l-isem matul dak il-perjodu ta' 40 jum, l-isem tad-dominju għandu minn dak iż-żmien 'l quddiem isir disponibbli għar-reġistrazzjoni ġenerali.

2. Jekk id-detentur ta' l-isem tad-dominju ikun impriża, persuna ġuridika jew naturali, jew organizzazzjoni li ssir soġġetta għal proċedimenti ta' falliment, għeluq, ċessjoni ta' negozju, għeluq b'ordni tal-qorti jew xi proċediment simili li jkun hemm provdut għalih fil-liġi nazzjonali, matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni ta' l-isem tad-dominju, allura l-amministratur legalment maħtur tad-dtentur ta' l-isem tad-dominju jista' jitlob it-trasferiment lix-xerrej ta' l-assi tad-detentur ta' l-isem tad-dominju flimkien mas-sottomissjoni tad-dokumentazzjoni xierqa. Jekk, malli jiskadi l-perjodu tar-rġistrazzjoni, ma jkun inbeda ebda trasferiment, l-isem tad-dominju għandu jiġi sospiż għall-perjodu ta' erbgħin jum kalendarju u għandu jiġi ppublikat fil-websajt tar-Reġistru. Matul dan il-perjodu l-amministratur jista' japplika biex jirreġistra l-isem flimkien mas-sottomissjoni tad-dokumentazzjoni xierqa. Jekk l-amministratur ma jkunx irreġistra l-isem matul il-perjodu ta' 40 jum, l-isem tad-domunju għandu minn dak iż-żmien 'l quddiem ikun disponibbli għar-reġistrazzjoni ġenerali.

KAPITOLU VI

REVOKA U L-ISSETILJAR TA' KONFLITTI

Artikolu 20

Revoka ta' l-ismijiet tad-dominju

Ir-Reġistru jista' jirrevoka isem ta' dominju minn jeddu mingħajr ma jibgħat id-disputa għal xi ssetiljar extraġudizzjarju ta' konflitti, esklussivament għar-raġunijiet li ġejjin:

(a) djun mhux imħallsa dovuti lir-Reġistru;

(b) in-nuqqas ta' konformità mid-detentur tal-kriterji ġenerali ta' eliġibilità skond l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) 733/2002;

(ċ) il-ksur mid-dtentur tat-termini tar-reġistrazzjoni taħt l-Artikolu 3.

Ir-Reġistru għandu jippreskrivi proċedura li skond din huwa ikun jista' jirrevoka l-ismijiet ta' dominju għal dawn ir-raġunijiet. Din il-proċedura għandha tinkludi avviż lid-detentur ta' l-isem tad-dominju u għandha ttiħ l-opportunità li jieħu l-miżuri adattati.

Ir-revoka ta' isem ta' dominju, u fejn meħtieġ it-trasferiment sussegwenti tiegħu, tista' wkoll issir skond deċiżjoni maħruġa minn korp ta' ssetiljar extraġudizzjarju.

Artikolu 21

Reġistrazzjonijiet spekulattivi u abużivi

1. Isem reġistrat ta' dominju għandu ikun suġġett għar-revoka, bl-użu ta' proċedura xierqa extra-ġudizzjarja jew ġudizzjarja, fejn dak l-isem ikun identiku jew simili b'tali mod li joħloq konfużjoni għal isem li fir-rigward tiegħu ikun rikonoxxut dritt jew stabbilit b'liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità, bħad-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1), u fejn dan:

(a) ikun ġie reġistrat mid-detentur tiegħu mingħajr drittijiet jew interess leġittimu fl-isem; jew

(b) ikun ġie reġistrat jew ikun qed jintuża b'finijiet ħżiena.

2. Interess leġittimu skond it-tifsira tal-punt (a) tal-paragrafu 1 jista' jintwera fejn:

(a) qabel xi avviż ta' proċedura riżoluzzjoni alternattiva ta' disputa (ADR), id-detentur ta' isem ta' dominju ikun uża l-isem tad-dominju jew isem li ikun jikkorrispondi ma' l-isem tad-dominju b'konnessjoni ma' l-offerta ta' oġġetti jew servizzi u ikun għamel tħejjija li tkun tista' tintwera ta' dan;

(b) id-detentur ta' isem ta' dominju, li jkun impriża, organizzazzjoni jew persuna naturali, ikun komunement magħruf bl-isem tad-dominju, ukoll fin-nuqqas ta' dritt rikonoxxut jew stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità;

(ċ) id-detentur ta' isem ta' dominju ikun għamel użu leġittimi u mhux kummerċjali jew ġust ta' l-isem tad-dominju, mingħajr il-ħsieb li jqarraq bil-konsumaturi jew li jagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta' l-isem li dwarhu ikun hemm dritt rikonoxxut jew stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità.

3. Finijiet ħżiena skond it-tifsira tal-punt (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jintwerew fejn:

(a) iċ-ċirkostanzi jutu li l-isem tad-dominju kien reġistrat jew miksub primarjament għall-fini tal-bejgħ, kiri jew trsferiment mod ieħor ta' l-isem tad-dominju tad-detentur li fir-rigward tiegħu dritt kien rikonoxxut jew stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità; jew

(b) l-isem tad-dominju ikun ġie reġistrat sabiex jipprevjeni lid-detentur ta' dak l-isem li fir-rigward tiegħu dritt huwa rikonoxxut jew stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità, jew korp pubbliku, milli jirrifletti dan l-isem f'isem tad-dominju li jikkorrispondi, kemm-il darba:

(i) ix-xejra ta' dik il-kondotta mir-reġistrant tkun tista' tintwera; jew

(ii) l-isem tad-dominju ma jkunx intuża b'mod relevanti għal ta' l-anqas sentejn mid-data tar-reġistrazzjoni; jew

(iii) f'ċirkostanzi fejn, fiż-żmien li kienet inbdiet il-proċedura ADR, id-detentur ta' isem ta' dominju li fir-rigward tiegħu dritt kien rikonoxxut jew stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità jew id-detentur ta' isem ta' dominju ta' korp pubbliku kien iddikjara l-intenzjoni tiegħu li juża l-isem tad-dominju b'mod relevanti iżda jonqos li jagħmel dan fi żmien sitt xhur mill-jum li fih kienet inbdiet il-proċedura ta' l-ADR;

(ċ) l-isem tad-dominju kien reġistrat primarjament għall-fini li jfixkel l-attivitajiet professjonali ta' kompetitur; jew

(d) l-isem tad-dominju kien intenzjonalment użat biex jattira utenti ta' l-Internet, għal qligħ kummerċjali, lid-detentur tal-websajt ta' isem ta' dominju jew xi lok ieħor on-line, billi joħloq il-possibbiltà ta' konfużjoni ma' isem li dwarhu dritt huwa rikonoxxut jew stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità jew isem ta' korp pubbliku, b'dik il-possibbiltà tirriżulta fir-rigward ta' sors, sponsorship, affiljazzjoni jew konferma tal-websajt jew lok jew ta' prodott jew servizz fuq il-websajt jew lok tad-detentur ta' isem ta' dominju; jew

(e) l-isem tad-dominju reġistrat ikun isem personali li dwaru ma tkun teżisti ebda rabta' li tkun tista' tintwera bejn id-detentur ta' l-isem tad-dominju u l-isem tad-dominju reġistrat.

4. Id-disposizzjonijiet fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma jistgħux jiġi revokati sabiex ifixklu talbiet taħt liġi nazzjonali.

Artikolu 22

Proċedura ta' riżoluzzjoni alternattiva ta' disputa

1. Proċedura ta' ADR tista' tinbeda minn xi parti fejn:

(a) ir-reġistrazzjoni tkun spekulattiva jew abużiva skond it-tifsira ta' l-Artikolu 21; jew

(b) deċiżjoni meħuda mir-Reġistru tkun f'konflitt ma' dan ir-Regolament jew mar-Regolament (KE) Nru 733/2002.

2. Il-parteċipazzjoni fil-proċedura ADR għandha tkun obbligatorja għad-detentur ta' isem ta' dominju u r-Reġistru.

3. Il-ħlas tat-tariffa għall-ADR għandu isir mill-attur.

4. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-partijiet, jew speċifikat mod ieħor fil-ftehim tar-reġistrazzjoni bejn ir-reġistratur u d-detentur ta' l-isem tad-dominju, il-linwa tal-proċediment amministrattiv għandha tkun il-lingwa ta' dak il-ftehim. Din ir-regola għandha tkun soġġetta għall-awtorità tal-bord li jistabbilixxi mod ieħor, wara li jingħata kont taċ-ċirkostanzi tal-każ.

5. L-ilmenti u t-tweġibiet għal dawk l-ilmenti għandhom jintbagħtu lill-provditur ADR magħżul mill-attur mill-lista msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 23. Dik is-sottomissjoni għandha ssir skond dan ir-Regolament u l-proċeduri supplementari ppublikati mill-provditur ta' l-ADR.

6. Malli t-talba għal ADR tiġi ffaljata kif imiss mal-provditur ta' l-ADR u titħallas it-tariffa xierqa, il-provditur ta' l-ADR għandu jinforma lir-Reġistru bl-identità ta' l-attur u l-isem tad-dominju involut. Ir-Reġistru għandu jissospendi l-isem tad-dominju involut mill-kanċellament jew trasferiment sakemm il-proċedimenti għar-riżoluzzjoni tad-disputa jew il-proċedimenti sussegwenti legali jitlestew u d-deċiżjoni tkun ġiet notifikata lir-Reġistru.

7. Il-provditur ta' l-ADR għandu jeżamina l-ilment għall-konformità mar-regoli tiegħu ta' proċedura, mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 733/2002, u, sakemm ma tiġis stabbilita non-konformità, għadu libgħat l-ilment lill-konvenut fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievi l-ħlas li għandu jsir minn min jagħmel l-ilment.

8. Fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data li fiha jiġi rieċvut l-ilment il-konvenut għandu jibgħat it-tweġiba lill-provditur.

9. Kull komunikazzjoni bil-miktub lill-attur jew lill-konvenut għandha issir bil-mezzi preferuti dikjarati mill-attur jew mill-konvenut, rispettivament, jew fin-nuqqas ta' dik l-ispeċifikazzjoni elettronikament permezz ta' l-Internet, kemm-il darba jkun disponibbli rekord tat-trasmissjoni.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw il-proċedura ADR lid-detentur ta' isem ta' dominju li jkun is-suġġett ta' proċedura ADR għandhok jintbagħtu fl-informazzjoni ta' l-indirizz li jkun disponibbli lir-Reġistratur li jżomm ir-reġistrazzjoni ta' l-isem tad-dominju skodn it-termini u l-kondizzjonijiet tar-reġistrazzjoni.

10. In-nuqqas ta' xi waħda mill-partijiet involuta fil-proċedura ADR li tirrispondi fil-limitu ta' żmien mogħti jew li tidher għal smigħ tal-bord jista' jitqies bħala raġuni biex jiġu aċċettati t-talbiet tal-kontroparti.

11. Fil-każ ta' proċedura kontra detentur ta' isem ta' dominju, il-bord ADR għandu jiddeċiedi li l-isem tad-dominju għandu ikun revokat, jew isb li r-reġistrazzjoni tkun spekulattiva jew abużiva kif definit fl-Artikolu 21. L-isem tad-dominju għandu jiġi trasferit lill-attur jekk l-attur japplika għal dan l-isem tad-dominju u jissodisfa l-kriterji ġenerali ta' eliġibilità stipulati fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002

Fil-każ ta' proċedura kontra r-Reġistru, il-bord ADR għandu jiddeċiedi jekk deċiżjoni meħuda mir-Reġistru tkunx f'konflitt ma' dan ir-Regolament jew mar-Regolament (KE) Nru 733/2002. Il-bord ADR għandu jiddeċiedi li d-deċiżjoni għandha tkun annullata u jista' jiddeċiedi f'każi xierqa li l-isem tad-dominju in kwistjoni għandu jiġi trasferit, revokat jew attribwit, kemm-il darba, fejn meħtieġ, il-kriterji ġenerali ta' eliġibilità stipulati fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002 jitħarsu.

Id-deċiżjoni tal-bord ADR għandha tiddikjara d-data ta' l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni.

Id-deċiżjonijiet tal-bord jittieħdu b'maġġoranza sempliċi. Il-bord ta' disputa alternattiva għandu joħroġ id-deċiżjoni tiegħu fi żmien xahar mid-data li fiha jirċievi r-risposta mill-provditur ADR. Id-deċiżjoni għandha tkun debitament motivata. Id-deċiżjonijiet tal-bord għandhom jiġu ppublikati.

12. Fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara li jirċievi d-deċiżjoni mill-bord, il-provditur għandu jinnotifika t-test sħiħ tad-deċiżjnoi lil kull parti, lir-reġistratur/i konċernat/i u lir-Reġistru. Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lir-Reġistru u lill-attur permezz tal-posta reġistrata jew mezzi elettroniċi oħrajn ekwivalenti.

13. Ir-riżultati ta' l-ADR għandhom ikunu jorbtu fuq il-partijiet u r-Reġistru sakemm ma jinbdewx proċedimenti bil-qorti fi żmien 30 jum kalendarju tan-notifika tar-riżultat tal-proċedura ADR lill-partijiet.

Artikolu 23

Għażla ta' provdituri u ta' membri tal-bord għar-riżoluzzjoni alternattiva ta' disputa

1. Ir-reġistru għandu jagħżel provdituri ADR, li jkunu korpi ta' reputazzjoni tajba bil-ħila adattata b'mod oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju. Lista tal-provdituri ADR għandha tiġi ppublikata fuq il-websajt tar-Reġistru.

2. Disputa li tintbagħat għall-proċedura ADR għandha tiġi eżaminata mill-arbitri maħtura għall-bord ta' mebru wieħed jew tlett membri.

Il-membri tal-bord għandhom jintgħażlu skond il-proċeduri interni tal-provdituri ADR magħżula. Huma għandhom ikollhom il-ħila xierqa u għandhom jintgħażlu b'mod oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju. Kull provditur għandu jżomm lista pubblikament disponibbli tal-mebri tal-bord u l-kwalifiki tagħhom.

Membru tal-bord gaħndu ikun imparzjali u indipendenti u għandu, qabel ma jaċċetta l-ħatra, jiddikjara lill-provditur kull ċirkostanzi li jistgħu jagħtu lok għal dubju ġustifikabbli dwar l-imparzjalità tagħhom jew indipendenza. Jekk, f'xi stadju matul il-proċedimenti amministrattivi, jirriżultaw ċirkostanzi ġodda li jistgħu jagħtui lok għal dubju ġustifikabbli fir-rigward ta' l-imparzjalità jew l-indipendenza tal-membru tal-bord, dak il-membru tal-bord għandu minnufih jiddikjara dawk iċ-ċirkostanzi lill-provditur.

F'dak il-każ, il-provditur għandu jaħtar membru sostitut.

KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] OJ L 113, 30.4.2002, p. 1.

[2] OJ L 128, 24.5.2003, p. 29.

[3] OJ L 108, 24.4.2002, p. 33.

--------------------------------------------------

Top