This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0667
Commission Regulation (EC) No 667/2004 of 7 April 2004 amending for the 32nd time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban, and repealing Council Regulation (EC) No 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 667/2004 tas-7 ta' April 2004 li jemenda għat-32 darba ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Osama bin Laden, man-networks ta' l-Al-Qaida u mat-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 667/2004 tas-7 ta' April 2004 li jemenda għat-32 darba ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Osama bin Laden, man-networks ta' l-Al-Qaida u mat-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
ĠU L 104, 8.4.2004, p. 110–111
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R0881 | Emenda | anness 1 | 08/04/2004 |
Official Journal L 104 , 08/04/2004 P. 0110 - 0111
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 667/2004 tas-7 ta' April 2004 li jemenda għat-32 darba ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Osama bin Laden, man-networks ta' l-Al-Qaida u mat-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li tistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 i jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Osama bin Laden, man-networks ta' l-Al-Qaida u mat-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti tipi ta' merkanzija u servizzi f'Afghanistan, li jħassaħ il-projbizzjoni tat-titjir u li jestendi l-ifriżar ta' fondi u risorzi finanzjari oħra fil-każ tat-Taliban ta' l-Afghanistan [1], kif ġie l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 524/2004 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu, Billi: (1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-ifriżar ta' fondi u resorzi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. (2) Fil-31 ta' Marzu, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti iddeċida li jemenda l-elenka ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom irridu japplikaw l-ifriżar ta' fondi u resorzi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat. (3) Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri imwaqqfa f'dan ir-Regolament huma effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa hawnhekk emednat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 139, 29.05.02, p. 9. [2] ĠU L 83, 20.03.04, p. 36. -------------------------------------------------- L-ANNESS l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej: Id-dħul "Ansar al-Islam (sive Devoti ta'l-Islam, Jund al-Islam, Suldati ta'l-Islam, Supporters ta'Islam tal-Kurdistan, Supporters ta' l-Islam fil-Kurdistan, Segwaċi ta' l-Islam fil-Kurdistan, Talibani tal-Kurdistan); lokalità: in-naħa tal-grigal ta' l-Iraq" taħt l-intestatura "Persuni, gruppi u entitajiet legali" huwa mibdul b'dan li ġej: "Ansar al-Islam (sive (a) Devoti ta' l-Islam, (b) Jund al-Islam, (c) Suldati ta'l-Islam, (d) Supporters ta' Islam tal-Kurdistan, (e) Supporters ta' l-Islam fil-Kurdistan, (f) Segwaċi ta' l-Islam fil-Kurdistan, (g) Talibani tal-Kurdistan, (h) Suldati ta'Alla, (i) Armata Ansar al-Sunna (j) Jaish Ansar al-Sunna, (k) Ansar al-Sunna); lokalità: in-naħa tal-grigal ta' l-Iraq." --------------------------------------------------