EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0594

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 594/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jiddettermina l-okkorrenzi operattivi applikabbli għall-prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u għall-prodotti pproċessati tal-frott u l-ħxejjex

ĠU L 94, 31.3.2004, p. 17–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1913

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/594/oj

32004R0594



Official Journal L 094 , 31/03/2004 P. 0017 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 594/2004

tat-30 ta' Marzu 2004

li jiddettermina l-okkorrenzi operattivi applikabbli għall-prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u għall-prodotti pproċessati tal-frott u l-ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta' Diċembru 1998 li jistabblixxi l-arranġamenti agrimonetraji għall-euro [1], u partikolarment l-Artikolu 3 [2] tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2799/98 introduċa arranġamenti agrimonetarji ġodda sa mill-1 ta' Jannar 1999. Ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dawn l-arranġamenti huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 (2). Dak ir-Regolament jiddettermina l-okkorrenzi operattivi li huma applikabbli għar-rati tal-kambju fuq il-bażi tal-kriterja stabbilita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98, mingħajr preġudizzju għal dettalji ulterjuri li għandhom ikunu speċifikati jew għad-derogi li hemm provvediment dwarhom, meta meħtieġ, bir-regolamenti li jkopru l-gruppi tal-prodott ikkonċernat. L-okkorrenzi operattivi għar-rati tal-kambju applikabbli għall-prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u għall-prodotti ipproċessati tal-frott u l-ħxejjex għandhom għalhekk ikunu stabbiliti u miġbura flimkien f'regolament wieħed.

(2) Ir-Regolemanet tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 996 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-frott u l-ħxejjex [3] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti pproċessati tal-frott u l-ħxejjex [4] kienu emendati ta' spiss. Fl-interess taċ-ċarezza, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru No 293/98 ta' l-4 ta' Frar 1998 li jiddetermina l-okkorrenzi operattivi applikabbli għall-prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, għall-prodotti ipproċessati tal-frott u tal-ħxejjex u parzjalment għall pjanti ħajjin u prodotti tal-fjorikultura u għal ċerti prodotti elenkati fl-Anness II tat-Trattat tal-KE, u li jħassru r-Regolament (KE) Nru 1445/93 [5] għandhom ikunu mħassra u mibdula b'regolament ġdid.

(3) It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2003 tal- 11 ta' Awissu 2003 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward tal-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u għar-rikonixximent prelimenrju ta' l-organizzazzjonijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 11(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96. La darba il-volumi kkonċernati huma annwali, l-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju agrikola għal dawn il-volumi għandha tkun definita permezz ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 bħala li taqgħa fl-1 ta' Jannar tas-sena relevanti.

(4) L-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jistabilixxi l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu dwar is-supplement għall-irtirar tal-kumpens tal-Komunità imħallas mill-fondi operazzjonali. Dawn is-supplimenti nazzjonalo massimi huma elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2004 tal-21 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 f'dak li jirrigwardja l-arranġamenti ta' l-intervent u tat-tneħħija mis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (7). L-okkorrenza operattiva applikabbli għall-kumpens imneħħi korrespondenti għandha tkun applikabli għar-rata tal-kambju ta; dan il-limitu u tas0suplement massimu.

(5) Il-Punt 3 ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1433/2003 tal-11 ta' Awissu 2003 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward il-programmi operazzjonali, il-fondi operazzjonali u l-għajnuna finanzjarja Komunitarja (8), jiddetermina l-ammont massimu ta' l-ispejjeż globali kumprensivi eliġibbli sabiex ikunu nklużi fil-programm oparazzjonali. La darba l-ammont ikkonċernat huwa annwali, ir-rata tal-kambju applikabbli għall-elementi l-oħrajn tal-fond operazzjonali ikkonċernat, permezz ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2799/98, u, bħala eċċezzjoni, għall-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98, għandu jkun applikabbli għal dak l-ammont.

(6) Ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98 jipprovdi li fil-każ tat-tneħħija ta' prodotti mis-settur tal-frott u l-ħxejjex, l-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju taqgħa fl-ewwel jum tax-xahar li fih it-tneħħija tkun isseħħ. Dik ir-regola għandha tkun applikabli mhux biss għall-operazzjonijiet tat-tneħħija imwettqa bi qbil ma l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, imma wkoll minħabba l-operazzjonijiet relatati jew simili li huma involuti, lejn l-għajnuna għall-ispejjeż tat-trasport tal-frott u l-ħxejjex imqassma mingħajr ħlas kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 103/2004 bi qbil ma l-Artikolu 30 [6] tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, u għall-ispiża massima ta' l-iggradar u l-ippakkjar tal-prodotti imqassma mingħajr ħlas li jkunu merfuha mill-Komunità kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 103/2004 bi qbil ma l-Artikolu 30(6) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

(7) L-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti ta' l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (9) jipprovdi għal ammont b'rata dritta li għandu jkun imnaqqas mill-prezzijiet irreġistrati bi qbil ma l-Artikolu 2(2) meta dawk il-prezzijiet huma stabbiliti fl-istadju tal-grossista/ta' l-imnut. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2808 għandu jkun applikabbli f'dan il-każ b'anoloġija.

(8) L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98 għandu jkun applikabbli għall-kalkolazzjoni tal-valur normali ta' l-importazzjoni referut fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 3223/94.

(9) Għall-iskop sabiex ikun applikat l-Artikolu 5(1)(a) u l-Artikolu 5(1°)(a) tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 (il-metodu tal-fattura), il-prezz tad-dħul tal-lott ikkonċernat għandu jkun espress f'euro. B'analogu ma l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2808/98, ir-rati tal-kambju applikabli għandhom ikunu dawk fis-seħħ fid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.

(10) Ir-rifużjoni ta' l-esportazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 hija inkluża fl-arranġamenti għall-kummerċ ma pajjiżi terzi li kienu introdotti bit-Titolu V ta' dak ir-Regolament. L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2808/98 għandu għalhekk ikun applikabbli.

(11) L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 introduċa sjkema ta' għajnuna tal-produzzjoni għal ċerti prodotti ipproċessati mit-tadam, mill-ħawħ u mil-lanġas. Dik l-iskema tipprovdi għall-għajnuna li għandha tkun mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-istess, l-Artikolu 6.o ta' dak ir-Regolament tintroduċi skema ta' għajnuna tal-produzzjoni għat-tin imqadded u l-pruna. Dik l-iskema tipprovdi għall-għajnuna li għandha tkun mogħtija lill-proċessaturi basta li dawn iħallsu prezz minimu lill-produtturi. Minħaba l-ammont ferm kbir ta' operaturi, proċessaturi u produtturi involuti, l-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju permezz ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2799/98, u bħala eċċezzjoni ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98, għandha sseħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih il-proċessatur jakkwista l-prodotti taħt idejħ. Dan l-akkwist għandu jkun definit.

(12) L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98 għandu jkun applikabbli għall-prezz tax-xiri 'l ġewwa għall-għeneb imqadded u t-tin imqadded referut fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

(13) L-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jipprovdi għall-għajnuna tal-ħażna ta' l-għeneb imqadded u tat-tin. Dik l-għajnuna hija mogħtija għat-tul attwali tal-ħażna. Għar-raġunijiet ta' l-amministrazzjoni prattikabbli, okkorenza operattiva ta' kull xahar għandha tkun iddetterminata bi qbil ma l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 dwar l-għoti ta' l-għajnuna.

(14) L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98 għandu jkun applikabbli għall-prezz tal-bejgħ stabbilit bil-quddiem fl-euro bis-saħħa ta' l-Artikolu 9 [7] tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għall-għeneb imqadded u t-tin li jkunu miżmuma mill-aġenziji tal-ħażna.

(15) It-tieni inċiż ta' l-Artikolu 5(4) tar Regolament (KEE) Nru 2808/98 għandu jkun applikabbli għall-garanziji kollha referuti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(3) u tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9 [8] tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

(16) Ir-rifużjoni ta' l-esportazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u l-levies ta' l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti li jkun fihom zokkor miżjud kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament huma parti mill-arranġamenti għall-kummerċ ma pajjiżi terzi li kienu ġew introdotti bit-Titolu II ta' dak ir-Regolament. L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2808/98 għandu għalhekk ikun applikabbli.

(17) L-iskema introdotta [9]bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li tintroduċi skema ta' għajnuna tal-Komunità għall-produtturi ta' ċerti frott taċ-ċitri [10], tipprovdi għall-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għal-lumi, it-tronġ, il-larinġ, il-mandolini, il-klementi u s-satsumi, fornuti lill-proċessaturi permezz ta' kuntratti. Minħaba l-ammont ferm kbir ta' operaturi, proċessaturi u produtturi involuti, l-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju permezz ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2799/98, u bħala eċċezzjoni ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98, għandha sseħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih il-proċessatur jakkwista l-prodotti taħt idejħ. It-teħid bħala pussess iseħħ meta ċertifikat tal-forniment kif hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003 ta' l-1 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 li introduċa skema ta' l-għajuna tal-komunià għall-produtturi ta' ċerti frottijiet taċ-ċitru [11] ikun imħejji.

(18) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni konġunta tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex friski, il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Prodotti Ipproċessati mill-Frott u mill-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITOLU I DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1. Id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2799/98 għandhom ikunu applikabbli għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament.

2. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, "it-teħid tal-pussess ta' lott" għandu jfisser il-bidu tal-forniment fiżiku tiegħu.

Il-KAPITOLU II FROTT U ĦXEJJEX FRISKI

Artikolu 2

Organizzazzjoni tal-produtturi

L-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju tl-volum minimu tal-produzzjoni tajba għas-suq stabbilita fit-tieni subparagrabu ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1432/2003 f'euro għandu jseħħ fl-1 ta' Jannar tas-sena relevanti.

Artikolu 3

Fondi operazzjonali

1. Għall-iskop li jkun applikat it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, ir-rata tal-kambju għas-supplementi massimi stabbiliti fl-Anness II tar-regolament (KE) Nru 103/2004 għandha tkun ir-rata applikabbli għall-kumpens tat-tneħħija ikkonċernata tal-Komunità, kif stabbilita bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.

2. L-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju applikabbli għas-somma f'salt stabbilita fil-punt 2 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003 għandha sseħħ fl-1 ta' Jannar tas-sena li fiha dak l-ammont ikun applikabbli.

Artikolu 4

L-ispejjeż ta' l-intervent, it-tneħħija, it-trasport, l-iggradar u l-ippakkjar

1. L-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju tal-kumpens tat-tneħħija tal-Komunià stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandha sseħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih it-tneħħija tkun isseħħ.

2. Ir-rata tal-kambju applikabbli għar-rata dritta tal-ispejjeż tat-trasport referuta fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 103/2004 u stabbilita fl-Anness V ta' dak ir-Regolament għandha tkun ir-rata iddeterminata bi qbil mal-paragrafu 1 ta' hawn fuq.

3. Ir-rata tal-kambju applikabbli għar-rata dritta tal-ispejjeż tal-iggradar u l-ippakkjar stabbilita fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 103/2004 għandha tkun ir-rata iddeterminata bi qbil mal-paragrafu 1 ta' hawn fuq.

Artikolu 5

Il-prezzijiet tad-dħul

1. L-okkorronza operattiva għar-rata dritta applikabbli għal kambju fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru mhux-parteċipanti ta' l-ammont tar-rata dritta referuta fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 għandha sseħħ fil-jum li fih il-prezz relevanti kien irreġistrat.

2. Għall-iskop li jkun ikkalkolat il-valur normali ta' l-importazzjoni referut fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 3223/94, l-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju tal-prezzijiet rapreżentattivi għandha sseħħ fil-jum li fih dawk il-prezzijiet kienu applikabbli.

3. Għall-iskop li jkun applikat l-Artikolu 5(1)(a) u l-Artikolu 5(1°)(a) tar-Regolament (KE) Nru 3223/94, l-okkorrenza operattiva tar-rata tal-kambju għandha tkun l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.

Artikolu 6

Rifużjoni

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2808/98 għandu jkun applikabbli għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Il-KAPITOLU III PRODOTTI PROĊESSATI MILL-FROTT U L-ĦXEJJEX

Artikolu 7

L-għajnuna tal-ipproċesar għat-tadam, il-ħawħ, il-lanġas, it-tin u l-pruna

1. L-okkorrenza operattiva għar-rati tal-kambju applikabbli għal-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi referuta fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għat-tadam, il-ħawħ u l-lanġas u l-għajuna tal-produzzjoni għat-tin imqadded u l-pruna kif refeuta fl-Artikolu 6°(1) ta' dak ir-Regolamemnt għandha sseħħ fl-ewwel jum tax-xahar li il-proċesatur jiħeu f'idejh il-prodotti.

2. L-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju applikabli għall-prezzijiet minimi referuti fl-Artikolu 6°(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandha sseħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih il-proċessatur ikun ħa f'idejh il-prodotti.

Artikolu 8

Għajuna għall-għeneb imqadded u t-tin imqadded

1. L-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju applikabbli għall-prezz tax-xiri 'l ġewwa referuta fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandha sseħħ fil-jum li fih il-prodotti jkunu meħuda mill-aġenzija tal-ħażna fil-qofol tat-tifsira tal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu.

2. L-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju applikabli għall-għajnuna tal-ħażna referuta fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandha sseħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih l-għajnuna tkun ġiet mogħtija.

3. L-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju applikabbli għall-prezzijiet tal-bejgħ stabbiliti bil-quddiem b'konformità ma l-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għall-għeneb imqadded u t-tin imqadded miżmum mill-aġenziji tal-ħażna għandha sseħħ fil-jum li fih ix-xerrej jieħu f'idejħ il-prodotti, jew fil-jum tal-pagament jekk dan iseħħ l-ewwel.

4. L-okkorrenza operattiva tar-rata tal-kambju applikabbli għall-ammont f'euro tal-garaniji referuti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(3) u tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandha sseħħ fil-jum li fih l-applikazzjoni għall-offerta jew għax-xiri tkun ippreżentata.

Artikolu 9

Rifużjoni

L-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju applikabbli għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u l-levies ta' l-esportazzjoni li hemm provvediment dwahom fl-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament għandha tkun l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.

Il-KAPITOLU IV FROTT TA-ITRU GĦALL-IPPRO-ESSAR

Artikolu 10

Għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-frott taċ-ċitru

L-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju applikabbli għall-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi referuta fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 għandha sseħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih il-prodotti ikunu fornuti lejn l-impjant tal-ipproċessar fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2003.

Il-KAPITOLU V TĦASSIR U DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Ir-Regolament (KE) Nru 293/98 huwa b'hekk imħassar.

Ir-riferenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'konformità mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 1.

[2] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 36. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2304/2003 (ĠU L 342, tat-30.12.2003, p. 6).

[3] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 64).

[4] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, tat-2.3.2004, p. 25).

[5] ĠU L 30, tal-5.2.1998, p. 16. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1410/1999 (ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 53).

[6] ĠU L 203, tat-12.8.2003, p. 18.

[7] ĠU L 16, tat-23.1.2004, p. 3.

[8] ĠU L 203, tat-12.8.2003, p. 25.

[9] ĠU L 337, ta’ l-24.12.1994, p. 66. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1947/2002 (ĠU L 299, ta’ l-1.11.2002, p. 17).

[10] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 49. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1933/2001 (ĠU L 262, tat-2.10.2001, p. 6).

[11] ĠU L 317, tat-2.12.2003, p. 5.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 293/98 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 2 (1) | L-Artikolu 3 (1) |

L-Artikolu 2 (2) | — |

L-Artikolu 2 (3) | — |

L-Artikolu 2 (4) | L-Artikolu 3 (2) |

L-Artikolu 3 (1) | L-Artikolu 4 (1) |

L-Artikolu 3 (2) | L-Artikolu 4 (2) |

L-Artikolu 3 (3) | — |

L-Artikolu 3 (4) | L-Artikolu 4 (3) |

L-Artikolu 4 (1) | L-Artikolu 5 (1) |

L-Artikolu 4 (2) | L-Artikolu 5 (2) |

L-Artikolu 4 (3) | L-Artikolu 5 (3) |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 6 | — |

L-Artikolu 7 (1) | L-Artikolu 7 (1) u (2) |

L-Artikolu 7 (2) | — |

L-Artikolu 8 (1) | — |

L-Artikolu 8 (2) | L-Artikolu 8 (1) |

L-Artikolu 8 (3) | L-Artikolu 8 (2) |

L-Artikolu 8 (4) | — |

L-Artikolu 8 (5) | L-Artikolu 8 (3) |

L-Artikolu 8 (6) | — |

L-Artikolu 8 (7) | L-Artikolu 8 (4) |

L-Artikolu 9 | — |

L-ewwel inċiż ta' l-L-Artikolu 10 | — |

It-tieni inċiż ta' l-L-Artikolu 10 | L-Artikolu 9 |

It-tielet inċiż ta' l-L-Artikolu 10 | — |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 12 | — |

L-Artikolu 13 | — |

L-Artikolu 14 | — |

L-Artikolu 15 | — |

L-Artikolu 16 | — |

L-Artikolu 17 | — |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 11 |

L-Artikolu 19 | — |

L-Artikolu 20 | L-Artikolu 12 |

--------------------------------------------------

Top