Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0463

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 463/2004 tat-12 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 823/2000 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpaniji (konsorzji) tal-bastimenti tal-passiġġeriTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 77, 13.3.2004, p. 23–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32005R0611

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/463/oj

    32004R0463



    Official Journal L 077 , 13/03/2004 P. 0023 - 0024


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 463/2004

    tat-12 ta' Marzu 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 823/2000 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpaniji (konsorzji) tal-bastimenti tal-passiġġeri

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 479/92 tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat dwar ċerti kategoriji ta' ftehimijiet, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpaniji tal-bastimenti tal-passiġġieri (konsorzji) [1], u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu,

    Wara illi ppublikat abbozz ta' dan ir-Regolament [2],

    Wara illi kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi ta' Restrizzjoni u l-Posizzjonijiet Dominanti fit-Trasport Marittimu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament (KEE) Nru 479/92 jagħti setgħa lill-Kummissjoni illi tapplika l-Artikolu 81(3) tat-Trattat bir-regolazzjoni ta' ċerti kategoriji ta' ftehimijiet, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpaniji (konsorzji) illi jirreletaw ma' l-operazzjoni konġunta tas-servizzi tal-bastimenti tat-trasport tal-passiġġieri.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 823/2000 [3] jagħti eżenzjoni ġenerali lill-kumpaniji tal-bastimenti tat-trasport bil-baħar mill-projbizzjoni illi tinstab fl-Artikolu 81(1) tat-Trattat, liema eżenzjoni hija soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet u obbligazzjonijiet.

    (3) Waħda mill-kondizzjonijiet tikkonċerna s-sehem fis-suq illi l-konsorzju jkollu f'kull suq illi huwa jopera. Kull konsorzju illi jkollu sehem fis-suq ta' anqas minn 30 % (jekk il-konsorzju jopera f'konferenza) jew 35 % (jekk il-konsorzju jaħdem barra minn konferenza), huwa awtomatikament eżentat jekk josserva l-kondizzjonijiet l-oħra tar-Regolament. Konsorzju b' sehem fis-suq 'il fuq minn dak il-limitu iżda taħt 50 % jista' jibbenefika xorta waħda minn eżenzjoni ġenerali jekk il-ftehim jiġi notifikat lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni ma topponix l-eżenzjoni fi żmien sitt xhur.

    (4) Ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 jintroduċi eċċezzjoni illi tkun direttament applikabbli illi fiha l-awtoritajiet tal-kompetizzjonijiet u l-qrati ta' l-Istati Membri jkollhom is-setgħa illi japplikaw l-Artikolu 81(3) tat-Trattat, flimkien ma' l-Artikolu 81(1) u l-Artikolu 82. L-Impriżi m' għandhomx aktar l-obligazzjoni jew l-għażla illi jinnotifikaw ftehimijiet lill-Kummissjoni bil-għan illi jiksbu deċiżjoni ta' eżenzjoni. Taħt is-sistema l-ġdida, il-ftehim illi jaderixxi mal-kondizzjoinijiet ta' l-Artikolu 81(3) huma legalment validi u infurzabbli mingħajr l-adozzjoni ta' deċiżjoni amministrativa. L-impriżi jkunu jistgħu jinvokaw l-eċċezzjoni mill-projbizzjoni fuq il-ftehim illi jirrestrinġi l-kompetizzjoni msemmi fl-Artikolu 81(3) bħala difiża fil-proċeduri kollha.

    (5) Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 823/2000 għandhom ikunu allineati ma' dawk tar-Regolament (KEE) Nru 479/92 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 4056/86 tat-22 ta' Diċembru 1986 tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 u 86 tat-Trattat għat-Trasport Marittimu [4]. Partikolarment, il-proċedura adġaċenti għandha tiġi abolita u r-referiti għan-notifika tal-konsorzja mħassra. Id-disposizzjonijiet transitorji għandhom jiġu introdotti fir-rigward tan-notifiku li kienu diġà saru taħt il-proċedura adjaċenti. Huwa wkoll meħtieġ illi jintroduċu referenzi għas-setgħat kollha ta' l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali.

    (6) Ir-Regolament (KE) Nru. 823/2000 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond il-każ,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 823/2000 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 7 huwa mħassar.

    2. L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

    (a) il-paragrafu 4 jitħassar:

    (b) il-paragrafu 5 jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "5. Kwalunkwe konsorzju illi jippretendi l-benefiċċju ta' dan ir-Regolament irid ikun f'posizzjoni illi, meta jingħata perjodu ta' preavviż liema perjodu għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, ta' l-Istati Membri illi jissodisfa l-kondizzjonijiet u l-obbligazzjonijiet imposti mill-Artikoli 5 sa 8 u l-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Għandu jgħaddi l-ftehim tal-konsorzju in kwestjoni lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet tal-Kompetizzjoni kif xieraq f'dak il-perjodu."

    3. Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "1. L-informazzjoni illi ġiet akkwiżita bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 9(5) għandha tiġi użata biss għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament."

    4. L-Artikolu 12 jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 12

    Irtirar f'każijiet individwali

    1. Il-Kummissjoni tista' tirtira l-benefiċċju ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1/2003 [5], fejn hija ssib illi f'każ partikolari ftehim, deċiżjoni b' assoċjazzjoni ta' impriżi jew prattiċi miftiehma illi għalihom l-Artikolu 3 japplikaw jew l-Artikolu 13(1) ta' dan ir-Regolament japplika għandu, madankollu, ċerti effetti, illi huma inkompatibbli ma':

    (a) negozju partikolari, il-kompetizzjoni minn barra l-konferenza illi fih l-konsorzju joperta jew minn barra konsorzju partikolari ma jkunx effettiv;

    (b) konsorzju illi ripetutament ifalli milli jonora l-obbligazzjonijiet previsti fl-Artikoli 9 ta' dan ir-Regolament;

    (ċ) l-effetti jirriżultaw minn deċiżjoni ta' arbitraġġ.

    2. Billi, fi kwalunkwe każ partikolari, ftehim, deċiżjoni minn assoċjazzjoni ta' impriżi jew prattiċi miftehma msemmijin fil-paragrafu 1 għandu effetti illi huma inkompatibbli ma' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat fit-territorju ta' l-Istati Membri, jew f'parti tagħhom, illi jkollu jew ikollha l-karatteristiċi kollha ta' suq ġeografiku distint, l-awtorità tal-kompetizzjoni ta' dak l-Istat Membri tista' tirtira l-benefiċċju ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' dak it-territorju."

    5. Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "2. Notifika illi tkun saret skond l-Artikolu 7 illi fir-rigward tagħha il-perjodu ta' sitt xhur imsemmi fit-tieni tal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu ma skadiex għandu ser jagħlaq fl-1 ta' Mejju, 204."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju, 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Marzu 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Mario Monti

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 55, 29.02.92, pġ. 3. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, 04.01.03, pġ. 1).

    [2] ĠU C 233, 30.09.03, pġ. 8.

    [3] ĠU L 100, ta' l-20.4.2000, pġ. 24. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

    [4] ĠU L 378, 31.12.86, pġ. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, 04.01.03, pġ. 1).

    [5] ĠU L 1, 04.01.03, pġ. 1.

    --------------------------------------------------

    Top