Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0028

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nr 28/2004 tal-5 ta' Jannar 2004 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' ħajja (EU-SILC) fejn għandu x'jaqsam il-kontenut dettaljat tar-rapport intermedju u finali dwar il-kwalità

    ĠU L 5, 9.1.2004, p. 42–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/28/oj

    32004R0028



    Official Journal L 005 , 09/01/2004 P. 0042 - 0056


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 28/2004

    tal-5 ta' Jannar 2004

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' ħajja (EU-SILC) fejn għandu x'jaqsam il-kontenut dettaljat tar-rapport intermedju u finali dwar il-kwalità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' ħajja (EU-SILC) [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(b) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament (KE) Nru Nru 1177/2003 jistabbilixxi kwadru komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika tal-Komunità fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' ħajja, li tinkludi informazzjoni rappreżentattiva u lonġitudinali komparabbli u f'waqtha fuq l-introjtu u fuq il-livell u l-komposizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-livell nazzjonali u dak ta' l-Unjoni Ewropea.

    (2) Skond l-Artikolu 15(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, miżuri ta' implimentazzjoni huma meħtieġa biex ikun deteminat il-kontenut dettaljat tar-rapport intermedjarju, dwar l-indikaturi komuni rappreżentattivi ta' l-UE bbażati fuq il-komponent rappreżentattiv ta' l-EU-SILC, u l-kontenut dettaljat tar-rapport finali fuq il-kwalità li jikkonċentra fuq il-preċiżjoni interna, li tkopri kemm il-komponent rappreżentativ kif ukoll dak lonġitudinali,

    (3) Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatisika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-definizzjonijiet li jridu jkunu applikati għar-rapport intermedjarju u finali dwar il-kwalità ta' l-istatistika tal-Komunità fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' ħajja (EU-SILC) għandhom ikunu kif imniżżla fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità u l-kontenut dettaljat tar-rapport intermedjarju dwar il-kwalità li l-Istati Membri jridu jipproduċu, dwar l-indikaturi komuni rappreżentattivi ta' l-UE bbażati fuq il-komponent rappreżentattiv ta' l-EU-SILC għandhom ikunu kif imniżżla fl-Anness II.

    Artikolu 3

    Il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità u l-kontenut dettaljat tar-rapport finali dwar il-kwalità li l-Istati Membri jridu jipproduċu, dwar il-komponenti rappreżentattivi u lonġitudinali ta' l-UE-SILC li jikkonċentraw fuq il-preċiżjoni interna għamdhom ikunu kif imniżżla fl-Anness III.

    Artikolu 4

    Il-kontenut tar-rapport komparattiv intermedjarju u finali dwar il-kwalità li l-Kummissjoni trid tipproduċi għandu jkun kif imniżżel fl-Anness IV.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Jannar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Pedro Solbes Mira

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    DEFINIZZJONIJIET

    (a) Sostituzzjoni tirreferi għas-sostituzzjoni minn unitajiet oħra ta' l-unitajiet oriġinali fil-kampjun li ma jfornux l-informazzjoni meħtieġa, għaliex jew l-indirizz ma jkunx jista' jinstab jew ma jkunx aċċessibbli, jew għaliex il-familja ma tkunx trid tikkopera, il-familja kollha tkun nieqsa għal xi żmien jew il-familja ma tkunx tista' twieġeb'

    (b) "Attribuzzjoni" tfisser tagħmel valutazzjoni tal-valuri plawsibbli (iżda artifiċjali) li jissostitwixxu l-valuri neqsin

    (ċ) "Introjtu disponibbli ekwivalizzat" huwa definit bħala l-introjtu totali disponibbli tal-familja maqsum bid-"daqs ekwivalenti" tagħha

    (d) "Daqs ekwivalenti" tirreferi għall-iskala ta' l-OKŻE (OECD) modifikata (li tagħti piż ta' 1,0 lill-ewwel adult, 0,5 lil persuni oħra li jkollhom 14-il sena jew aktar li jkunu jgħixu fil-familja u 0,3 lil kull tifel/tifla taħt l-14-il sena)

    (e) "Kwadru tat-teħid tal-kampjuni" huwa l-popolazzjoni ta' unitajiet li minnhom jista' jintgħażel kampjun

    (f) "Preċiżjoni" tindika l-grad ta' kemm il-komputazzjonijiet jew l-istimi jkunu qrib tal-valuri veri jew reali

    (g) "Żbalji fit-teħid tal-kampjuni" tirreferi għall-varjabilità kif tinzerta minħabba l-użu ta' kampjun milli ta' ċensiment

    (h) "Żbalji mhux fit-teħid tal-kampjuni" huma żbalji li jiġru fl-istadji kollha tal-proċess tal-ġbir u l-produzzjoni ta' l-informazzjoni

    L-iżbalji mhux fit-teħid tal-kampjuni huma bażikament ta' erba' tipi:

    - "Żbalji ta' kopertura" huma żbalji mħabba d-differenzi bejn il-popolazzjoni fil-mira u l-kwadru tat-teħid tal-kampjuni. L-iżbalji ta' kopertura jinkludu kopertura żejda, kopertura nieqsa jew klassifikazzjoni ħażina:

    - "kopertura żejda" tirreferi jew għall-unitajiet ikklassifikati ħażin li fil-fatt ikunu barra l-kamp ta' l-istħarriġ, jew għall-unitajiet li fil-prattika ma jkunux jeżistu

    - "kopertura nieqsa" tirreferi għall-unitajiet li ma jkunux inklużi fil-kwadru tat-teħid tal-kampjuni

    - "klassifikazzjoni ħażina" tirreferi għall-klassifikazzjoni żbaljata ta' l-unitajiet li jkunu jagħmlu parti mill-popolazzjoni fil-mira

    - "Żbalji ta' qjies" huma l-żbalji li jiġru fil-ħin li tinġabar l-informazzjoni. Hemm numru ta' kawżi għal dawn l-iżbalji bħal ma huma l-istrument ta' l-istħarriġ, is-sistema ta' l-informazzjoni, min jagħmel l-intervista u l-mod ta' kif tinġabar

    - "Żbalji ta' pproċessar" huma l-iżbalji fil-proċessi ta' wara l-ġbir ta' l-informazzjoni bħal ma huma r-reġistrazzjoni ta' l-informazzjoni, l-ittajpjar, l-editjar u l-ippeżar

    - "Żbalji mħabba nuqqas ta' tweġiba" huma l-iżbalji mħabba li ma jkunx irnexxa tentattiv biex tinkiseb l-informazzjoni mixtieqa minn unità eliġibbli Huma kkonsidrati żewġ tipi prinċipali ta' żbalji mħabba nuqqas ta' tweġiba:

    - "nuqqas ta' tweġiba mill-unitajiet" tirreferi għan-nuqqas ta' informazzjoni mill-unitajiet sħaħ (familji u/jew persuni) magħżula għall-kampjun

    - "nuqqas ta' tweġiba dwar partita" tirreferi għas-sitwazzjoni meta partita kampjun tkun ġiet enumerata b'suċċess, iżda ma tkunx inkisbet l-informazzjoni kollha meħtieġa

    (i) "Rilevanza" hija l-grad li fih l-istatistika tissodisfa l-ħtiġiet attwali u potenzali ta'dawk li jużawha. Hija tirreferi għal jekk l-istatistika kollha meħtieġa mhix qed tinħoloq u safejn l-kunċetti użati (definizzjonijiet, klassifiki, eċċ.) jirriflettu l-ħtiġiet ta' dawk li jużawha

    (j) "Żmien opportun u puntwalità":

    - "Żmien opportun ta' l-informazzjoni" tirrifletti t-tul taż-żmien bejn id-disponibilità tagħha u l-ġrajja jew il-fenomenu li hija tiddeskrivi

    - "Puntwalità" tirreferi għall-intervall ta' żmien li jeżisti bejn id-data attwali tal-kunsinna ta' l-informazzjoni mill-Eurostat u d-data miftiehma meta hija kellha tkun ikkonsinnata, ngħidu aħna, b'referenza għad-dati mħabbra f'xi kalendarju uffiċjali għar-rilaxx tagħhom, preskritti minn regolamenti jew maqbula minn qabel bejn il-partijiet

    (k) "Aċċessibilità u ċarezza":

    - "Aċċessibbilità" tirreferi għall-kondizzjonijiet fiżiċi li fihom dawk li jużaw l-informazzjoni jistgħu jiksbuha: fejn imorru, kif jordnaw, iż-żmien tal-kunsinna, politika ċara ta' prezzijiet, kondizzjonijiet tas-suq konvenjenti (dritt ta' l-awtur, eċċ.), disponibilità ta' micro- jew macro-informazzjoni, diversi formati (karta, files, CD-ROM, internet), eċċ.

    - "ċarezza" tirreferi għall-ambjent li fih tkun ippreżentata l-informazzjoni, jekk l-informazzjoni tkunx akkompanjata minn meta-informazzjoni, illustrazzjonijiet bħal ma huma grafiċi u mapep, jekk mhix disponibbli informazzjoni fuq il-kwalità tagħha (inkluża l-limitazzjoni fl-użu) u safejn l-Istituti Nazzjonali ta' l-Istatistika jipprovdu assistenza addizzjonali

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità u l-konternut tar-rapport intemedju dwar il-kwalità li jridu jipproduċu l-Istati Membri

    1. INDIKATURI RAPPREŻENTATTIVI KOMUNI TA' L-UNJONI EWROPEA

    1.1. Indikaturi rappreżentattivi komuni ta' l-UE bbażati fuq il-komponent rappreżentattiv ta' l-EU-SILC

    L-Istati Membri jipprovdu l-indikaturi rappreżentattivi komuni ta' l-UE, ibbażati fuq il-kampjun rappreżentattiv tas-sena N, li jkun inkluż fir-rapport annwali tar-rebbiegħa tas-sena (N + 2) li jkun ippreżentat lill-Kunsill Ewropew.

    L-indikaturi rappreżentattivi komuni ta' l-UE jirreferu għal dawk l-indikaturi adottati mill-Kunsill fil-kuntest tal-metodu miftuħ ta' kordinazzjoni u li jistgħu jittieħdu mid-dokument EU-SILC

    1.2. Indikaturi oħrajn

    1.2.1. Introjtu disponibbli ekwivalizzat

    1.2.2. Id-disparità fil-ħlas bejn is-sessi mhux aġġustata

    L-Istati Membri li jikkalkulaw id-disparità fil-ħlas bejn is-sessi mhux aġġustata fuq il-bażi ta' l-EU-SILC iridu jipprovdu dak l-indikatur.

    2. PREĊIŻJONI

    2.1. Skema ta' teħid ta' kampjuni

    L-informazzjoni li ġejja trid tkun ipprovduta:

    2.1.1. Tip ta' skema ta' teħid ta' kampjuni (stratifikata, f'diversi stadji, f'ġemgħat (clustered))

    2.1.2. Unitajiet ta' teħid ta' kampjuni (stadju wirħed, żewġ stadji)

    2.1.3. Skriterji ta' stratifikazzjoni u substratifikazzjoni

    2.1.4. Daqs tal-kampjun u l-kriterji ta' l-allokazzjoni

    2.1.5. Skemi ta' għażla tal-kampjun

    2.1.6. Tqassim tal-kampjun fuq tul ta' żmien

    2.1.7. Tiġdid tal-kampjun: gruppi ta' rotazzjoni

    2.1.8. Ippeżar

    2.1.8.1. Effett ta' l-iskema ta' teħid ta' kampjuni

    2.1.8.2. Aġġustamenti fil-każ ta' nuqqas ta' tweġiba

    2.1.8.3. Aġġustamenti lill-informazzjoni esterna (livell, fatturi varjabbli użati u fonti)

    2.1.8.4. Piż rappreżentattiv finali

    2.1.9. Sostituzzjonijiet

    Għall-Istati Membri fejn tapplika s-sostituzzjoni f'każi ta' nuqqas ta' tweġiba minn unità, l-informazzjoni li ġejja tkun ipprovduta:

    2.1.9.1. Metodu ta' għażla tas-sostituti

    2.1.9.2. Karatteristiċi prinċipali ta' l-unitajiet issostitwiti mqabbla ma' l-unitajiet oriġinali, għal kull reġjun (NUTS 2) jekk ikunu disponibbli

    2.1.9.3. Tqassim ta' l-unitajiet issostitwiti skond ir-reġistrazzjoni tal-kuntatt fl-indirizz (DB120), ir-riżultat tal-kwestjonarju lill-familja (DB 130) u l-aċċettazzjoni ta' l-intervista tal-familja (DB135) mill-unitajiet oriġinali

    2.2. Żbalji fit-teħid tal-kampjuni

    2.2.1. Żball standard u d-daqs effettiv tal-kampjun

    Tingħata l-informazzjoni li ġejja:

    - daqs effettiv tal-kampjun għall-indikaturi rappreżentattivi komuni ta' l-UE ibbażati fuq il-komponent rappreżentattiv ta' l-EU-SILC, għall-introjtu disponibbli ekwivalizzat u għad-disparità fil-ħlas bejn is-sessi mhux aġġustata (jekk applikabbli).

    - żbalji standard għall-indikaturi rappreżentattivi komuni ta' l-UE ibbażati fuq il-komponent rappreżentattiv ta' l-EU-SILC, għall-introjtu disponibbli ekwivalizzat u għad-disparità fil-ħlas bejn is-sessi mhux aġġustata (jekk applikabbli).

    2.3. Żbalji mhux fit-teħid tal-kampjuni

    2.3.1. Żbalji fil-kwadru tat-teħid tal-kampjuni u tal-kopertura

    Ikunu pprovduti, jekk ikunu disponibbli, deskrizzjoni tal-kwadru tat-teħid tal-kampjuni (inklużi l-informazzjoni dwar il-proċedura użata biex ikun aġġornat il-kwadru, il-frekwenza u d-duplikati), u deskrizzjoni tal-problemi prinċipali ta' kopertura (klassifiki ħżiena, kopertura nieqsa u kopertura żejda).

    Għall-Istati Membri li jużaw skema ta' rotazzjoni, l-informazzjoni dwar il-kwadru tat-teħid tal-kampjuni tkun ipprovduta għar-repliki ġodda biss

    2.3.2. Żbalji ta' qjies u pproċessar

    2.3.2.1. Żbalji ta' qjies

    L-informazzjoni li ġejja tkun ipprovduta:

    - deskrizzjoni tal-fonti differenti ta' żbalji ta' qjies li probabbli jinstabu fl-istħarriġ.

    - deskrizzjoni tal-mod kif inbena l-kwestjonarju, l-użu tal-laboratorju konoxxittiv (jekk applikabbli), l-ittestjar tal-kwestjonarju fil-prattika, l-effett ta' l-istruttura, il-kontenut u l-formulazzjoni tiegħu,

    - informazzjoni dwar l-intensità u l-effikaċja tat-taħriġ ta' dawk li jagħmlu l-intervista:

    - informazzjoni dwar l-istudji, bħal ma huma intervisti mill-ġdid, studji dwar il-validità, jew esperimenti fuq kampjuni maqsuma, jekk ikunu disponibbli,

    - riżultati minn mudelli, per eżempju biex ikun ivvalutat l-impatt ta' l-użu ta' sena finanzjarja minflok sena tal-kalendarju, jekk ikunu disponibbli.

    2.3.2.2. Żbalji ta' ipproċessar

    L-informazzjoni li ġejja tkun ipprovduta:

    - deskrizzjoni tal-kontrolli fuq id-dħul, il-kontrolli fuq l-ikkodifikar u s-sistema ta' l-editjar ta' l-informazzjoni. L-iżbalji prinċipali li jinkixfu waqt il-proċess ta' wara l-ġbir ta' l-informazzjoni.

    - ir-rata ta' editjar li ma jsirx fuq il-fatturi varjabbli ta' l-introjtu.

    2.3.3. Żbalji mħabba nuqqas ta' tweġiba

    L-informazzjoni li ġejja tkun ipprovduta:

    2.3.3.1. Daqs tal-kampjun miksub

    - numru ta' familji li għalihom tkun aċċettata l-intervista għall-bażi ta' l-informazzjoni.. Analiżi statistika tal-gruppi ta' rotazzjoni (jekk applikabbli) u t-total.

    - numru ta' persuni ta' 16-il sena jew ikbar li huma membri tal-familji li għalihom tkun aċċettata l-intervista għall-bażi ta' l-informazzjoni, u li wieġbu għall-intervista sħiħa. Analiżi statistika tal-gruppi ta' rotazzjoni (jekk applikabbli) u t-total.

    - numru ta' dawk magħżula biex iwieġbu (jekk applikabbli) li jkunu membri tal-familji li għalihom tkun aċċettata l-intervista għall-bażi ta' l-informazzjoni, u li wieġbu għall-intervista sħiħa. Analiżi statistika tal-gruppi ta' rotazzjoni (jekk applikabbli) u t-total.

    2.3.3.2. Nuqqas ta' tweġiba mill-unitajiet

    Għall-Istati Membri li jużaw l-iskema ta' rotazzjoni, l-informazzjoni dwar in-nuqqas ta' tweġiba mill-unitajiet tkun ipprovduta għar-repliki ġodda skond il-formuli deskritti hawn taħt.

    Għall-kampjun totali, in-nuqqas ta' tweġiba mill-unitajiet jkun ikkalkulat billi jineħħew, min-numeratur u d-denominatur tal-formuli deskritti hawn taħt, dawk l-unitajiet illi skond ir-regoli deskritti hawn taħt ikunu barra l-kamp ta' l-istħarriġ.

    - Ir-rati tan-nuqqas ta' tweġiba mill-unitajiet (NRh) ikunu kkalkulati kif ġej:

    NRh = (1-(Ra * Rh)) * 100

    Meta:

    Ra =

    =

    Σ

    Ra hija r-rata ta' indirizzi kkontattjati

    Rh =

    =

    Σ

    Σ

    Rh hija l-proporzjon ta’ l-intervisti lill-familji sħaħ aċċettati għall-bażi ta’ l-informazzjoni

    DB120 hija r-reġistrazzjoni tal-kuntatt fl-indirizz

    DB130 huwa r-riżultat tal-kwestjonarju lill-familja, u

    DB135 huwa r-riżultat ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-intervista tal-familja.

    Għal dawk l-Istati Membri fejn jsiru sostituzzjonijiet mħabba nuqqas ta' tweġiba mill-unitajiet, ir-rati għan-nuqqa ta' tweġiba jkunu kkalkulati qabel u wara s-sostituzzjonijiet.

    - Ir-rati għan-nuqqas ta' tweġiba individwali (NRp) jkunu kkalkulati kif ġej:

    NRp =(1-(Rp)) * 100

    Meta:

    Rp =

    =

    Σ

    Σ

    Rp hija l-proporzjon ta' l-intervisti personali kompluti fil-familji aċċettati għall-bażi ta' l-informazzjoni

    RB245 huwa l-istatus ta' min iwieġeb, u

    RB250 huwa l-istatus ta' l-informazzjoni.

    - Ir-rati totali għan-nuqqas ta' tweġiba (*NRp) jkunu kkalkulati kif ġej:

    *NRp = (1 – (Ra * Rh * Rp)) * 100

    For those Members States where substitutions are made in cases of unit non-response, non-response rates will be calculated before and after substitutions.

    Għal dawk l-Istati Membri fejn kien ntgħażel kampjun ta' persuni aktar milli kampjun ta' familji, ir-rata għan-nuqqas ta' tweġiba individwali tkun kkalkulata fuq dik għal "min magħżul biex iwieġeb" (RB245 = 2) għall-individwi kollha li jkollhom 16-il sena u aktar (RB245 + 2 + 3) u fuq dik għall-' "min mhux magħżul biex iwieġeb" (RB245 = 3).

    2.3.3.3. Tqassim ta' familji (unitajiet oriġinali) skond "ir-reġistrazzjoni tal-kuntatt fl-indirizz"(DB120), skond "ir-riżultat tal-kwestjonarju lill-familja" (DB 130) u skond "l-aċċettazzjoni ta' l-intervista tal-familja" (DB135), għal kull grupp ta' rotazzjoni (jekk applikabbli) u għat-total

    2.3.3.4. Tqassim ta' unitajiet issostitwiti (jekk applikabbli) skond "ir-reġistrazzjoni tal-kuntatt fl-indirizz" (DB120), skond "ir-riżultat tal-kwestjonarju lill-familja" (DB 130) u skond "l-aċċettazzjoni ta' l-intervista tal-familja" (DB135), għal kull grupp ta' rotazzjoni (jekk applikabbli) u għat-total

    2.3.3.5. Nuqqas ta' tweġiba għal ċerti mistoqsijiet

    Għall-fatturi varjabbli ta' l-introjtu għandha tkun ipprovduta l-informazzjoni li ġejja:

    - persentaġġ tal-familji (skond il-komponenti ta' l-introjtu miġbura jew ikkompilati fil-livell tal-familja)/persuni (skond il-komponenti ta' l-introjtu miġbura jew ikkompilati fil-livell tal-persuna) li rċevew ammont għal kull komponent ta' l-introjtu,

    - percentage of missing values for each income component collected or compiled at household/personal level, persentaġġ ta' valuri nieqsa għal kull komponent ta' l-introjtu miġbur jew ikkompilat fil-livell tal-familja/tal-persuna,

    - persentaġġ ta' informazzjoni parzjali għal kull komponent ta' l-introjtu miġbur jew ikkompilat fil-livell tal-familja/tal-persuna.

    +++++ TIFF +++++

    2.3.3.6. In-numru totali ta' nuqqas ta' tweġibiet għal ċerti mistoqsijiet u n-numru ta' osservazzjonijiet fil-kampjun fil-livell ta' l-unità ta' l-indikaturi rappreżentattivi komuni ta' l-Unjoni Ewropea bbażati fuq il-komponent rappreżentattiv ta' l-EU-SIL, għall-introjtu disponibbli ekwivalizzat u għad-disparità fil-ħlas bejn is-sessi mhux aġġustata (jekk applikabbli)

    2.4. Mod kif tinġabar l-informazzjoni

    Għall-Istati Membri li jużaw kampjun ta' indirizzi/familji, it-tqassim tal-membri tal-familja li jkollhom 16-il sena jew aktar skond l-"istatus ta' l-informazzjoni" (RB250) u skond it-"tip ta' intervista" (RB260) ikun ipprovdut, għal kull grupp ta' rotazzjoni (jekk applikabbli) u għat-total.

    Għall-Istati Membri li jużaw kampjun ta' persuni, it-tqassim tal-kategorija "min magħżul biex iwieġeb", it-tqassim tal-"membri tal-familja li jkollhom 16-il sena jew aktar", u t-tqassim tal-kategorija ta' "min mhux magħżul biex iwieġeb" skond l-"istatus ta' l-informazzjoni" (RB250) u skond i-"tip ta' intervista" jkun ipprovdut, għal kull grupp ta' rotazzjoni (jekk applikabbli) u għat-total.

    2.5. Tul taż-żmien ta' l-intervista

    It-tul taż-żmien medju ta' l-intervista lill-familja jkun ipprovdut.

    It-tul taż-żmien medju ta' l-intervista għal kull familja jkun ikkalkulat bħala s-somma tat-tul taż-żmien ta' l-intervisti kollha lill-familja magħduda s-somma tat-tul taż-żmien ta' l-intervisti personali kollha, maqsuma bin-numru ta' kwestjonarji lill-familji mimlija u aċċettati għall-bażi ta' l-informazzjoni.

    3. KOMPARABILITÀ

    3.1. Kunċetti bażiċi u definizzjonijiet

    Il-kunċetti nazzjonali użati, id-differenzi bejn il-kunċetti nazzjonai u l-kunċetti standard ta' l-EU-SILC, u valutazzjoni, jekk disponibbli, tal-konsegwenzi tad-differenzi msemmija jkunu rrappurtati għas-setturi li ġejjin:

    - il-popolazzjoni ta' referenza,

    - id-definizzjoni ta' familja privata,

    - il-membri tal-familja,

    - il-perijodu/i ta' referenza ta' l-introjtu użat/i,

    - il-perijodu għat-taxxi fuq l-introjtu u għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali,

    - il-perijodu ta' referenza għat-taxxi fuq il-proprjetà,

    - l-intervall ta' żmien bejn il-perijodu ta' referenza ta' l-introjtu u l-fatturi varjabbli kurrenti,

    - it-tul taż-żmien kollu għall-ġbir ta' l-informazzjoni għall-kampjun,

    - Informazzjoni bażika fuq l-istatus ta' l-attività matul il-perijodu ta' referenza ta' l-introjtu,

    3.2. Komponenti ta' l-introjtu

    3.2.1. Id-differenzi bejn id-definizzjonijiet nazzjonai u d-definizzjonijiet standard ta' l-EU-SILC, u valutazzjoni, jekk disponibbli, tal-konsegwenzi tad-differenzi msemmija jkunu rrappurtati għall-fatturi varjabbli fil-mira li ġejjin:

    - introjtu totali gross tal-familja,

    - introjtu totali disponibbli tal-familja,

    - introjtu totali disponibbli tal-familja, qabel it-trasferimenti soċjali mbarra l-pensjoni tax-xjuħ u dik ta' min jibqa' ħaj wara li jmutlu xi ħadd,

    - kera attribwita [1],

    - introjtu mill-kiri ta' proprjetà jew art,

    - sussidji relatati mal-famija/mat-tfal,

    - ħlasijiet konnessi ma' l-eskużjoni soċjali mhux ikklasifikati band'oħra,

    - sussidji fuq l-akkomodazzjoni,

    - trasferimenti regolari ta' flus kontanti bejn il-familji,

    - interessi, dividendi, qligħ minn investimenti kapitali f'negozji mhux inkorporati,

    - interessi mħallsa fuq ipoteki (mortgages) , [2]

    - introjtu li jirċievu nies taħt is-16-il sena,

    - rtaxxi regolari fuq il-proprjetà,

    - trasferimenti ta' flus kontanti mħallsa regolarment bejn il-familji,

    - taxxa fuq l-introjtu u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali,

    - ħlasijiet lura/dħul ta' flus għall-aġġustamenti tat-taxxa,

    - dħul ta' flus jew kważi flus minn impieg,

    - dħul mhux ta' flus minn impieg [3]

    - kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta' min iħaddem [4]

    - qligħ jew telf minn xogħol indipendenti (inklużi d-drittijiet ta' l-awtur);

    - valur ta' l-oġġetti prodotti għall-konsum proprju [5],

    - benefiċċji tal-qgħad,

    - pensjoni tax-xjuħ,

    - pensjoni ta' min jibqa' ħaj wara li jmutlu xi ħadd,

    - benefiċċji tal-mard,

    - benefiċċji tad-diżabilità,

    - sussidji relatati ma' l-edukazzjoni,

    - introjtu ta' xahar gross ta' l-impjegati [6].

    3.2.2. Il-fonti jew proċedura użata għall-ġbir tal-fatturi varjabbli ta' l-introjtu

    3.2.3. Il-forma li fiha inkisbu l-fatturi varjabbli fil-livell tal-komponenti (p.e. gross, nett mit-taxxa fuq l-introjtu minn ras il-għajn, nett mill-kontribuzzjonijiet soċjali)

    3.2.4. Il-metodu użat biex jinkisbu l-fatturi varjabbli fil-mira għall-introjtu taħt il-forma mitluba (jiġifieri bħala valuri gross)

    4. KOERENZA

    4.1. Paragun tal-fatturi varjabbli fil-mira għall-introjtu u n-numru tal-persuni li jirċievu introjtu minn kull "komponent ta' l-introjtu" u l-fonti esterni

    Paragun mal-fonti esterni tal-fatturi varjabbli fil-mira għall-introjtu u n-numru tal-persuni li jirċievu introjtu minn kull "komponent ta' l-introjtu"

    [1] Obbligatorju mill-2007.

    [2] Obbligatorju mill-2007.

    [3] Dan il-fattur varjabbli (bl-eċċezzjoni tal-karrozza tal-kumpanija) jinġabar biss mill-2007 'il quddiem.

    [4] Dan il-fattur varjabbli jkun irreġistrat biss mill-2007 jekk l-istudji dwar vijabilità juru li jkun possibbli.

    [5] Obbligatorju mill-2007.

    [6] Obbligatorju biss għall-Istati Membri li ma jkollhomx fonti oħra għajr l-EU-SILC biex jikkalkulaw id-disparità fil-ħlas bejn is-sessi.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    Kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità u l-kontenut tar-rapport finali dwar il-kwalità li jridu jippreżentaw l-Istati Membri

    1. INDIKATURI LONĠITUDINALI KOMUNI TA' L-UNJONI EWROPEA BBAŻATI FUQ IL-KOMPONENT LONĠITUDINALI TA' L-EU-SILC

    L-Istati Membri jipprovdu l-indikaturi lonġitudinali komuni ta' l-UE, ibbażati fuq il-kampjun lonġitudinali ta' l-EU-SILC.

    L-indikaturi lonġitudinali komuni ta' l-UE jirreferu għal dawk l-indikaturi adottati mill-Kunsill fil-kuntest tal-metodu miftuħ ta' kordinazzjoni, li jistgħu jittieħdu mid-dokument ta' l-EU-SILC.

    2. PREĊIŻJONI

    2.1. Skema ta' teħid ta' kampjuni

    Għall-ewwel grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC tkun ipprovduta l-informazzjoni li ġejja:

    2.1.1. Tip ta' skema ta' teħid ta' kampjuni (stratifikata, f'diversi stadji, f'ġemgħat (clustered)

    2.1.2. Unitajiet ta' teħid ta' kampjuni (stadju wirħed, żewġ stadji)

    2.1.3. Kriterji ta' stratifikazzjoni u substratifikazzjoni

    2.1.4. Daqs tal-kampjun u l-kriterji ta' l-allokazzjoni

    2.1.5. Skemi ta' għażla tal-kampjun

    2.1.6. Tqassim tal-kampjun fuq tul ta' żmien

    2.1.7. Tiġdid tal-kampjun: gruppi ta' rotazzjoni

    2.1.8. Ippeżar

    2.1.8.1. Effett ta' l-iskema ta' teħid ta' kampjuni

    2.1.8.2. Aġġustamenti fil-każ ta' nuqqas ta' tweġiba

    2.1.8.3. Aġġustamenti lill-informazzjoni esterna (livell, fatturi varjabbli użati u fonti)

    2.1.8.4. Piż lonġitudinali finali

    Għat-tieni grupp u għall-gruppi li jiġu wara tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC tkun ipprovduta l-informazzjoni li ġejja:

    2.1.8.5. Aġġustamenti fil-każ ta' nuqqas ta' tweġiba

    2.1.8.6. Aġġustamenti lill-informazzjoni esterna (livell, fatturi varjabbli użati u fonti)

    2.1.8.7. Piż lonġitudinali finali

    2.1.8.8. Piż rappreżentattiv finali tal-familji

    Għall-ewwel grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, l-informazzjoni li ġejja tkun ipprovduta lill-Istati Membri meta s-sostituzzjonijiet jkunu applikati fil-każi ta' nuqqas ta' tweġiba mill-unitajiet.

    2.1.9. Sostituzzjonijiet

    2.1.9.1. Metodu ta' għażla tas-sostituti

    2.1.9.2. Karatteristiċi prinċipali ta' l-unitajiet issostitwiti mqabbla ma' l-unitajiet oriġinali, skond ir-reġjun (NUTS) jekk applikabbli

    2.1.9.3. Tqassim ta' l-unitajiet issostitwiti skond ir-reġistrazzjoni tal-kuntatt fl-indirizz (DB120), ir-riżultat tal-kwestjonarju tal-familja (DB130) u l-aċċettazzjoni ta' l-intervista tal-familja (DB135) mill-unitajiet oriġinali

    2.2. Żbalji fit-teħid tal-kampjuni

    Għall-komponent rappreżentattiv ta' l-EU-SILC u għal kull grupp ta' komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC,għandha tkun ipprovduta l-informazzjoni li ġejja:

    - Il-medja, in-numru totali ta' l-osservazzjonijiet (qabel u wara l-attribuzzjoni) u l-iżbalji standard għall-komponenti ta' l-introjtu li ġejjin:

    +++++ TIFF +++++

    - Il-medja, in-numru ta' l-osservazzjonijiet (qabel u wara l-attribuzzjoni) u l-iżbalji standard għall-analiżi statistika ta' l-introjtu disponibbli ekwivalizzat skond is-sess, il-grupp ta' l-età u d-daqs tal-familja

    +++++ TIFF +++++

    2.3. Żbalji mhux fit-teħid tal-kampjuni

    2.3.1. Żbalji tal-kwadru tat-teħid tal-kampjuni u tal-kopertura

    Għall-ewwel grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, tkun ipprovduta l-informazzjoni fuq l-iżbalji tal-kwadru tat-teħid tal-kampjuni u tal-kopertura kif definiti fl-Anness II, punt 2.3.1, tar-Regolament preżenti

    2.3.2. Żbalji ta' qjies u pproċessar

    Għal kull grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, tkun ipprovduta l-informazzjoni fuq l-iżbalji ta' qjies u pproċessar kif definiti fl-Anness II, punt 2.3.2, tar-Regolament preżenti.

    2.3.3. Żbalji mħabba nuqqas ta' tweġiba

    2.3.3.1. Daqs tal-kampjun miksub

    Għal kull grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, tkun ipprovduta l-informazzjoni li ġejja:

    - numru tal-familji li għalihom l-intervista tkun aċċettata għall-bażi ta' l-informazzjoni;

    - numru tal-persuni ta' 16-il sena u aktar, numru tal-persuni fil-kampjun u numru tal-ko-residenti, li jkunu membri tal-familji li għalihom l-intervista tkun aċċettata għall-bażi ta' l-informazzjoni, u li jkunu wieġbu għall-intervista sħiħa.

    2.3.3.2. Nuqqas ta' tweġiba mill-unitajiet

    Għall-ewwel grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, tkun ipprovduta l-informazzjoni li ġejja:

    - rati tan-nuqqas ta' tweġiba mill-unitajiet (NRh) kif definiti fl-Anness II, punt 2.3.3.2, tar-Regolament preżenti,

    - rati tan-nuqqas ta' tweġiba individwali (NRp) kif definiti fl-Anness II, punt 2.3.3.2, tar-Regolament preżenti,

    - rati totali għan-nuqqas ta' tweġiba (*NRp) kif definiti fl-Anness II, punt 2.3.3.2, tar-Regolament preżenti.

    L-informazzjoni li ġejja tkun ipprovduta għat-tieni grupp u għall-gruppi li jiġu wara tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC:

    - Rata ta' tweġiba għall-familji

    - Rata ta' tweġiba għall-grupp

    Persentaġġ ta' familji intervistati b'suċċess (DB135 = 1) u mgħoddija għall-grupp t (mill-grupp t-1) jew li ma kinux ilhom li nħolqu jew li żdiedu mal-grupp t, esklużi dawk barra mill-kamp ta' l-istħarriġ (skond ir-regoli ta' l-ittraċċjar) jew li jkunux jeżistu

    - Rata ta' tkomplija ta' l-istħarriġ lonġitudinali

    Persentaġġ tal-familji li jkunu mgħoddija għall-grupp t + 1 għat-tkomplija ta' l-istħarriġ fost il-familji milqugħa fil--grupp t mill-grupp t-1, esklużi dawk barra mill-kamp ta' l-istħarriġ (skond ir-regoli ta' l-ittraċċjar) jew li jkunux jeżistu.

    - Proporzjon ta' tkomplija ta' l-istħarriġ

    Numru tal-familji mgħoddija mill-grupp t għall-grupp t + 1 imqabbel man-numru tal-familji milqugħa għat-tkomplija ta' l-istħarriġ fil-grupp t mill-grupp t-1.

    - Proporzjon tad-daqs tal-kampjun milħuq

    Proporzjon tan-numru tal-familji aċċettati għall-bażi ta' l-informazzjoni (DB135 = 1) fil-grupp t tan-numru tal-familji aċċettati għall-bażi ta' l-informazzjoni (DB135 = 1 fil-grupp t-1.

    - Rata ta' tweġiba għall-persuni

    - Rata ta' tweġiba għall-grupp

    Persentaġġ tal-persuni fil-kampjun intervistati b'suċċess (RB250 = 11,12,13) fost dawk mgħoddija għall-grupp t (minn grupp t-1) jew li ma kinux ilhom li nħolqu jew li żdiedu mal-grupp t, esklużi dawk barra mill-kamp ta' l-istħarriġ (skond ir-regoli ta' l-ittraċċjar).

    Persentaġġ tal-ko-residenti magħżula fil-grupp 1 intervistati b'suċċess (RB = 11,12,13) fost dawk mgħoddija għall-grupp t (mill-grupp t-1).

    - Rata ta' tkomplija ta' l-istħarriġ lonġitudinali

    Persentaġġ tal-persuni fil-kampjun intervistati b'suċċess (RB250 = 11,12,13) fil-grupp t fost il-persuni kollha magħżula fil-kampjun, esklużi dawk li mietu jew li nstabu ineliġibbli (barra l-kamp ta' l-istħarriġ), analiżi statistika skond il-kawżi tan-nuqqas ta' tweġiba.

    - Proporzjon tad-daqs tal-kampjun milħuq

    Numru ta' l-intervisti personali mwieġba (RB250 = 11,12,13) fil-grupp t bħala proporzjon tan-numru ta' l-intervisti personali mwieġba fil-grupp t-1.

    Dan il-proporzjon ikun definit għall-persuni fil-kampjun u għall-persuni kollha magħduda l-persuni mhux inklużi fil-kampjun li jkollhom aktar minn 16-il sena u għall-ko-residenti li jkollhom aktar minn 16-il sena magħżula fl-ewwel grupp.

    - Rata ta' tweġiba għall-persuni mhux inklużi fil-kampjun

    Numru ta' l-intervisti personali mwieġba (RB250 = 11,12,13) tal-persuni mhux inklużi fil-kampjun li jkollhom aktar minn 16-il sena fil-grupp t bħala proporzjon tal-persuni kollha mhux inklużi fil-kampjun li jkollhom aktar minn 16-il sena fil-familji aċċettati għall-bażi ta' l-informazzjoni, li ntbagħtu mill-grupp t-1 għall-grupp t għat-tkomplija ta' l-istħarriġ, iżda ma setgħux ikunu intervistati b'suċċess fil-grupp t.

    2.3.3.3. Tqassim tal-familji skond l-istatus tal-familja (DB110), skond ir-reġistrazzjoni tal-kuntatt fl-indirizz (DB120), skond ir-riżultat tal-kwestjonarju tal-familja (DB130) u skond l-aċċettazzjoni ta' l-intervista tal-familja (DB135)

    Għal kull grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC jkun ipprovdut it-tqassim tal-familji skond l-istatus tal-familja, skond ir-reġistrazzjoni tal-kuntatt fl-indirizz, skond ir-riżultat tal-kwestjonarju tal-familja u skond l-aċċettazzjoni ta' l-intervista tal-familja

    2.3.3.4. Tqassim tal-persuni skond l-istatus tas-sħubija fil-familja (RB110)

    Għat-tieni grupp u għall-gruppi li jiġu wara tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC jkun ipprovdut it-tqassim tal-persuni skond l-istatus tas-sħubija fil-familja

    2.3.3.5. Nuqqas ta' tweġiba

    Għall-fatturi varjabbli ta' l-introjtu, l-informazzjoni li ġejja tkun ipprovduta għal kull kull grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC:

    - persentaġġi tal-familji (skond il-komponenti ta' l-introjtu miġbura jew ikkompilati fil-livell tal-familja)/persuni (skond il-komponenti ta' l-introjtu miġbura u kkompilati fil-livell personali) li jkunu rċevew ammont għal kull komponent ta' l-introjtu,

    - persentaġġ tal-valuri nieqsa għal kull komponent ta' l-introjtu miġbur jew ikkompilat fil-livell tal-familja/personali,

    - persentaġġ ta' l-informazzjoni parzjali għal kull komponent ta' l-introjtu miġbur jew ikkompilat fil-livell tal-familja/personali.

    2.4. Mod tal-ġbir ta' l-informazzjoni

    Għal kull grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, it-tqassim tal-membri tal-familja li jkollhom 16-il sena jew aktar skond l-"istatus ta' l-informazzjoni" (RB250) u skond it-"tip ta' l-intervista" (RB260) jkun ipprovdut, għal kull persuna fil-kampjun, għall-ko-residenti u għat-total.

    2.5. Proċedura ta' l-attribuzzjoni

    Għall-komponent rappreżentattiv ta' l-EU-SILC u għal kull grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, jkunu rrapurtati d-deskrizzjoni tal-proċedura ta' l-attribuzzjoni użata għan-nuqqas ta' tweġiba, meta tkun differenti mill-metodu ta' l-Eurstat, il-fatturi varjabbli attribwiti u l-persentaġġ ta' l-attribuzzjoni fuq in-numru totali ta' l-osservazzjonijiet għal kull fattur varjabbli fil-mira.

    2.6. Kera attribwita

    Għall-komponent rappreżentattiv ta' l-EU-SILC u għal kull grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, tkun irrapurtata d-deskrizzjoni tal-metodu wżat biex tkun ikkalkulata l-kera, meta jkun differenti mill-metodu ta' l-Eurstat.

    2.7. Karrozzi tal-kumpanija

    Għall-komponent rappreżentattiv ta' l-EU-SILC u għal kull grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, tkun irrapurtata d-deskrizzjoni tal-metodu wżat biex ikun attribwit valur għall-użu privat ta' "karrozza tal-kumpanija".

    3. KOMPARABILITÀ

    3.1. Kunċetti bażiċi u definizzjonijiet

    Għall-ewwel grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, tkun ipprovduta l-informazzjoni fuq il-kunċetti bażiċi u d-definizzjonijiet (deskritti fl-Anness II, punt 3.1 tar-Regolament preżenti), id-differenzi bejn id-definizzjonijiet nazzjonali u d-definizzjonijiet standard ta' l-EU-SILC, u l-valutazzjoni, jekk tkun disponibbli, tal-konsegwenzi tad-differenzi msemmija.

    Għat-tieni grupp u għall-gruppi li jiġu wara jkun irrappurtat kull tibdil fil-kunċetti bażiċi u definizzjonijiet mill-ewwel grupp.

    3.2. Komponenti ta' l-introjtu

    3.2.1. Differenzi bejn id-definizzjonijiet nazzjonali u d-definizzjonijiet standard ta' l-EU-SILC, u valutazzjoni (jekk disponibbli) tal-konsegwenzi tad-differenzi msemmija

    Għall-ewwel grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, tkun ipprovduta l-informazzjoni dwar il-komponenti ta' l-introjtu, deskritti fl-Anness II, punt 3.2.1 tar-Regolament preżenti (bl-eċċezzjoni ta' "l-introjtu ta' xahar gross ta' l-impjegati").

    Għat-tieni grupp u għall-gruppi li jiġu wara jkun irrappurtat kull tibdil fid-definizzjon tal-komponenti ta' l-introjtu mill-ewwel grupp

    3.2.2. Il-fonti jew il-proċedura użata għall-ġbir tal-fatturi varjabbli ta' l-introjtu

    Għall-ewwel grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, tkun ipprovduta l-fonti jew il-proċedura użata għall-ġbir tal-fatturi varjabbli ta' l-introjtu.

    Għat-tieni grupp u għall-gruppi li jiġu wara jkun irrappurtat kull tibdil fil-fonti jew fil-proċedura użata għall-ġbir tal-fatturi varjabbli ta' l-introjtu.

    3.2.3. Il-forma li fiha jkunu nkisbu il-fatturi varjabbli ta' l-introjtu fil-livell tal-komponenti

    Għall-ewwel grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, tkun ipprovduta l-forma li fiha jkunu nkisbu il-fatturi varjabbli ta' l-introjtu fil-livell tal-komponenti (p.e., gross, netti mit-taxxi fuq l-introjtu minn ras il-għajn, netti mill-kontribuzzjonijiet soċjali).

    Għat-tieni grupp u għall-gruppi li jiġu wara jkun irrappurtat kull tibdil fil-forma li taħtha jkunu nkisbu il-fatturi varjabbli ta' l-introjtu fil-livell tal-komponenti.

    3.2.4. Il-metodu użat biex jinkisbu l-fatturi varjabbli fil-mira għall-introjtu taħt il-forma mitluba (p.e. bħala valuri gross)

    Għall-ewwel grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, jkun ipprovdut il-metodu użat biex jinkisbu l-fatturi varjabbli fil-mira għall-introjtu taħt il-forma mitluba (p.e. bħala valuri gross).

    Għat-tieni grupp u għall-gruppi li jiġu wara jkun irrappurtat kull tibdil fil-fonti jew fil-proċedura użata għall-ġbir tal-fatturi varjabbli ta' l-introjtu.

    3.3. Regoli ta' l-ittraċċjar

    Għall-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, jkunu rrapurtati d-differenzi bejn ir-regoli ta' l-ittraċċjar nazzjonali u r-regoli ta' l-ittraċċjar standard ta' l-EU-SILC.

    4. KOERENZA

    4.1. Paragun mal-fonti esterni tal-fatturi varjabbli fil-mira għall-introjtu u n-numru tal-persuni li jirċievu introjtu minn kull "komponent ta' l-introjtu" jkun ippreżentat meta l-Istati Membri konċernati jkunu tal-fehma li din l-informazzjoni esterna tkun ta' min joqgħod fuqha biżżejjed

    Għal kull grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC, paragun mal-fonti esterni tal-fatturi varjabbli fil-mira għall-introjtu u n-numru tal-persuni li jirċievu introjtu minn kull "komponent ta' l-introjtu" jkun ippreżentat meta l-Istati Membri konċernati jkunu tal-fehma li din l-informazzjoni esterna tkun ta' min joqgħod fuqha biżżejjed.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    Il-kontenut tar-rapport komparattiv intermedju u finali dwar il-kwalità li l-Kummissjoni trid tipproduċi (Eurostat)

    RAPPORT KOMPARATTIV INTERMEDJU DWAR IL-KWALITÀ

    Fuq il-bażi tar-rapporti intermedji dwar il-kwalità li jipprovdu l-Istati Membri, il-Kummissjoni (Eurostat) tipproduċi rapport komparattiv intermedju dwar il-kwalità li jkun fih il-kriterji dwar il-kwalità li ġejjin:

    1. Preċiżjoni

    1.1. Skema ta' teħid ta' kampjuni

    1.2. Żbalji fit-teħid tal-kampjuni

    1.2.1. Il-valur stmat, il-ko-effiċjent tal-varjazzjoni, l-intervall ta' kunfidenza ta' 95 % u d-daqs effettiv tal-kampjun għall-indikaturi rappreżentattivi komuni ta' l-Ue ibbażati fuq il-komponent tappreżentattiv ta' l-EU-SILC, għall-introjtu disponibbli ekwivalizzat, u għad-disparità fil-ħlas bejn is-sessi mhux aġġustata (jekk applikabbli)

    1.3. Żbalji mhux fit-teħid tal-kampjuni

    1.4. Mod ta' ġbir ta' l-informazzjoni

    1.5. Tul taż-żmien ta' l-intervista

    2. Komparabilità

    2.1. Kunċetti bażiċi u definizzjonijiet

    2.2. Komponenti ta' l-introjtu

    3. Koerenza

    RAPPORT KOMPARATTIV FINALI DWAR IL-KWALITÀ

    Fuq il-bażi tar-rapporti finali dwar il-kwalità li jipprovdu l-Istati Membri, il-Kummissjoni (Eurostat) tipproduċi rapport komparattiv finali dwar il-kwalità li jkun fih il-kriterji dwar il-kwalità li ġejjin:

    1. Rilevanza

    - deskrizzjoni u klassifikazzjoni ta' min jużah

    - deskrizzjoni tal-varjetà tal-ħtiġiet ta' min jużah (skond il-kategorija ta' min jużah)

    2. Preċiżjoni

    2.1. Skema ta' teħid ta' kampjuni

    2.2. Żbalji fit-teħid tal-kampjuni

    Għall-komponent rappreżentattiv ta' l-EU-SILC u għal kull grupp tal-komponent lonġitudinali ta' l-EU-SILC tkun ipprovduta l-informazzjoni li ġejja:

    - il-medja, in-numru totali ta' l-osservazzjonijiet (qabel u wara l-attribuzzjoni), il-ko-effiċjenti tal-varjazzjoni u l-intervall ta' kunfidenza ta' 95 % għall-komponenti ta' l-introjtu

    - il-medja, in-numru totali ta' osservazzjonijiet (qabel u wara l-attribuzzjoni), il-ko-effiċjenti tal-varjazzjoni u l-intervall ta' kunfidenza ta' 95 % għall-analiżi statistika ta' l-introjtu disponibbli ekwivalizzat skond is-sess, il-gruppi ta' età u d-daqs tal-familja

    2.3. Żbalji mhux fit-teħid tal-kampjuni

    2.4. Mod ta' ġbir ta' l-informazzjoni

    2.5. Proċedura ta' l-imputazzjoni

    2.6. Kera attribwita

    2.7. Karrozzi tal-kumpanija

    3. Żmien opportun u puntwalità

    - iż-żmien opportun medju ta' l-informazzjoni

    - il-frekwenza ta' l-informazzjoni u l-freskezza medja ta' l-informazzjoni

    - il-persentaġġ ta' trasmissjonijiet tard ta' informazzjoni, fuq il-bażi tad-dati skedati għat-tixrid tagħha kif preskritti fir-Regolament Kwadru ta' l-EU-SILC

    - id-dewmin medju (f'numru ta' ġimgħat) ta' l-informazzjoni mhux imwassla puntwalment

    - ir-raġunijiet għat-twassil tard ta' l-informazzjoni

    4. Aċċessibilità u ċarezza

    - deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet ta' l-aċċess għall-informazzjoni (medja, appoġġ, kondizzjonijiet tal-marketing, restrizzjonijiet, riservatezza, eċċ.)

    - deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni

    5. Komparabilità

    5.1. Kunċetti bażiċi u definizzjonijiet

    5.2. Komponenti ta' l-introjtu

    5.3. Regoli ta' l-ittraċċjar

    6. Koerenza

    --------------------------------------------------

    Top