Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0002

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/2/KE tad-9 ta’ Jannar ta’ l-2004 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/EEC, 86/363/KEE u 90/642/EEC għal dak li għandhom x’jaqsmu ma’ livelli massimi ta’ residwi għal fenamifosTest b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 14, 21.1.2004, pp. 10–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/2/oj

32004L0002



Official Journal L 014 , 21/01/2004 P. 0010 - 0018


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/2/KE

tad-9 ta’ Jannar ta’ l-2004

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/EEC, 86/363/KEE u 90/642/EEC għal dak li għandhom x’jaqsmu ma’ livelli massimi ta’ residwi għal fenamifos

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju ta’ l-1986 dwar il-fissazzjoni ta’ livelli massimi għar-residwi ta’ pestiċidi fi u fuq Iċ-ċerejali [1], kif l-aħħar emendati permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/62/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju ta’ l-1986 dwar il-fissazzjoni ta’ livelli massimi għar-residwi ta’ pestiċidi fi u fuq alimenti ta’ oriġini ta’ l-annimali [3], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/60/KE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru ta’ l-1990 dwar il-fissazzjoni ta’ livelli massimi għar-residwi fi u fuq prodotti ta’ l-oriġini tal-pjanti, inkluż frott u ħxejjex [5], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/69/KE [6], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1) Fil-każ ta’ ċerejali u prodotti ta’ l-oriġini tal-pjanti inkluż frott u ħxejjex, livelli ta’ residwi jirriflettu l-użu ta’ kwanitajiet minimi ta’ pestiċidi neċessarji sabiex jottjenu protezzjoni effettiva ta’ pjanti, applikati f’tali mod li l-ammont ta’ residwi huwa baxx bħal ma huwa aċċettabbli b’mod prattiku u tossikolloġiku, konsiderazzjoni meħuda, b’mod partikolari għall-protezzjoni ta’ l-ambjent u d-dħul ta’ dieta stmata ta’ konsumaturi. Fil-każ ta’ alimenti ta’ l-oriġini ta’ l-annimali, livelli ta’ residwi li jirriflettu l-konsum mill-annimali ta’ ċerejali u prodotti ta’ l-oriġini tal-pjanti trattati bil-pestiċidi, u fejn relevanti, l-konsegwenzi diretti ta’ l-użu ta’ mediċini veterinarji.. Livelli massimi ta’ residwi tal-Komunità’ (MRLs) jirrapreżentaw l-limitu ta’ fuq ta’ l-ammont ta’ tali residwi li jistgħu jkunu mistennija li jinstabu fil-kumditajiet meta prassi tajba ta’ agrikoltura ġew rispettati.

(2) MRLs għal pestiċidi huma miżmuma taħt studju u mbiddla sabiex jieħdu in konsiderazzjoni informazzjoni u data ġdida. MRLs huma ffissati fil-limitu iktar baxx ta’ determinazzjoni analitiku fejn użu awtorizzat ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultawx f’livelli li jintagħrfu ta’ residju ta’ pestiċidi fi jew fuq il-prodott ta’ l-ikel, jew fejn ma hemmx użu awtorizzat, jew fejn użu li ġie awtorizzat minn Stati Membri ma ġewx megħjuna bid-data neċessarja, jew fejn użu f’terzi pajjiżi jirriżultaw f’residwi fi jew fuq prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jidħlu f’ċirkulazzjoni fis-suq tal-Komunità’ ma ġewx megħjuna bid-data neċessarja.

(3) Fil-każ ta’ fenamifos, Stat Membru informa lill-Kummissjoni tax-xewqa tiegħu li jirrivedi MRLs nazzjonali in konformità ma’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/642/KEE, fid-dawl ta’ relazzjonijiet dwar id-dħul ta’ konsumaturi. Proposta għal reviżjoni ta’ l-MRLs tal-Komunità kien mibgħut lill-Kummissjoni.

(4) L-esposizzjoni ta’ terminu matul il-ħajja tal-konsumaturi jew terminu qasir ta’ konsumaturi għal fenamifos msemmija f’din id-Direttiva minn prodotti ta’ l-ikel reġgħu kienu eżaminati u evalwati in konformità mall-proċeduri u prassi tal-Komunità’, meħuda in konsiderazzjoni direttivi ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa(7). Huwa kkalkulat li MRLs iffissati f’din id-Direttiva ma jwasslux għall-esposizzjoni mhux aċċettabbli tal-konsumatur.

(5) Fejn relevanti, l-esposizzjoni akuta ta’ konsumaturi għal dawk il-pestiċidi minn kull wieħed mill-prodotti ta’ l-ikel li jista’ jkollhom residwi ġie eżaminat u evalwat in konformità mall-proċeduri u prassi tal-Komunità’, meħuda in konsiderazzjoni d-direttivi ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Huwa konkluż li l-preżenza ta’ pestiċidi fi jew taħt l-MRLs proposti f’din id-Direttiva ma jikkawżawx effetti tossiċI akuti.

(6) Mill-Organizzazzjoni Dinjija tan-Negozju, is-sieħba tan-negozju tal-Komunità’ ġew konsultati dwar l-MRLs proposti f’din id-Direttiva u l-kummenti tagħhom fuq dawn il-livelli ġew meħuda in konsiderazzjoni.

(7) L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għall-Pjanti ġew meħuda in konsiderazzjoni, b’mod partikolari l-parir u rakkommandazzjonijiet tiegħu li jikkonċernaw il-metodoloġija li għandha tkun segwieta għall-protezzjoni ta’ konsumaturi ta’ prodotti agrikoli ttrattati bil-pestiċidi.

(8) L-Annessi għad-Direttivi 86/362/EEC, 86/363/KEE u 90/642/EEC għandhom għalhekk ikunu emendati kif ġej.

(9) Il-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

F’Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE ir-ringieli segwenti huma miżjuda:

"Fdalijiet tal-pestiċida | Livell massimu fi mg/kg |

Fenamifos (l-għadd ta' fenamifos u s-sulphoxide u sulphone tiegħu espress bħala fenamifos) | 0,02 Ċerejali |

Artikolu 2

F’parti B ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/363/KEE ir-ringiela segwenti hija miżjuda:

"Fadlijiet ta' pestiċida | Livell massimu f'mg/kg |

Ta' laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta' laħam, skart u xaħmijiet ta' l-annimali kif imniżżla fl-Anness I fil-kodiċi NM 0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602 | Għal ħalib u prodotti tal-ħalib imniżżla fl-Anness I fil-kodiċi NM 0401, 0402, 040500 u 0406 | Ta' bajd frisk imqaxxar, għal bajd ta' l-għasafar u isfar tal-bajd imniżżla fl-Anness I fil-kodiċi NM 040700 u 0408 |

(L-għadd ta' fenamifos u s-sulphoxide u s-sulphone tiegħu espress bħala fenamifos) | 0,01 | 0,005 | 0,01 |

Artikolu 3

Aness II għad-Direttiva 90/642/KEE huwa emendat kif ġej:

"L-MRLs għal fenamifos fl-Anness għal din id-direttiva huma miżjuda fl-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE."

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ l-2004. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Awissu ta’ l-2004.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b’tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 9 ta’ Jannar ta’ l-2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, 07.08.86, p. 37.

[2] ĠU L 154, 21.06.03, p. 70.

[3] ĠU L 221, 07.08.86, p. 43.

[4] ĠU L 155, 24.06.03, p. 15.

[5] ĠU L 350, 14.12.90, p. 71.

[6] ĠU L 175, 15.07.03, p. 37.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"Gruppi u eżempji ta' prodotti ndividwali għal liema l-MRLs japplikaw | Residwu tal-pestiċidi u livell ta' residwi massimu (mg/kg) |

Fenamifos (l-għadd ta' fenamifos u s-sulphoxide u s-sulphone tiegħu espress bħala fenamifos) |

1.Frott, frisk, niexef jew nej, preservat fil-friża, bla zokkor miżjud; ġewż

(i)FROTT TAĊ-ĊITRU | 0,02 |

Tronġ | |

Lumi | |

Lumiċell | |

Mandolin (inkluż clementines u ibridi oħra) | |

Larinġ | |

Pomelos | |

Oħrajn | |

(ii)SIĠRA TAL-ĠEWŻ (bil-qoxra jew bla qoxra) | 0,02 |

Lewż | |

Ġewż tal-Brażil | |

Ġewż tal-cashew | |

Qastan | |

Ġewż ta' l-Indi | |

Ġellewż | |

Macadamia | |

Pecans | |

Ġewż ta' l-arżnu | |

Pistaċċi | |

Qastan | |

Oħrajn | |

(iii)FROTT TAL-POME | 0,02 |

Tuffieħ | |

Lanġas | |

Sfarġel | |

Oħrajn | |

(iv)FROTT BL-GĦADMA | 0,02 |

Berquq | |

Ċirasa | |

Ħawħ (inkluż nectarines u ibridi simili) | |

Għambaqar | |

Oħrajn | |

(v)TUT U FROTT ŻGĦIR | 0,02 |

(a)Għeneb ta' fuq il-mejda u għall-inbid | |

Għeneb ta' fuq il-mejda | |

Għeneb għall-inbid | |

(b)Frawli (ħlief dak selvaġġ) | |

(ċ)Fratt tal-kannamiela (ħlief dak selvaġġ) | |

Tut | |

Dewberries | |

Loganberries | |

Raspberries | |

Oħrajn | |

(d)Frott żgħir ieħor u tut (ħlief dak selvaġġ) | |

Bilberries | |

Cranberries | |

Passulina (aħmar, iswed u abjad) | |

Gooseberries | |

Oħrajn | |

(e)Tut selvaġġ u frott selvaġġ | |

(vi)Mixxellanji | |

Avokado | |

Banana | 0,05 |

Tamal | |

Tin | |

Kiwi | |

Kumquats | |

Litchis | |

Mangoes | |

Żebbuġ | |

Passion fruit | |

Ananas | |

Rummien | |

Oħrajn | 0,02 |

2.Ħaxix, frisk jew nej, iffriżat jew niexef

(i)ĦAXIX BL-GĦERUQ U TUBER | |

Pitravi | |

Karrotti | 0,05 |

Krafes ħoxnin | |

Horseradish | |

Qaqoċċ ta' Ġerusalemm | |

Zunnarija | |

Għeruq tat-tursin | |

Ravanell abjad | |

Salsafja | |

Patata ħelwa | |

Swedes | |

Nevew | |

Yam | |

Oħrajn | 0,02 |

(ii)ĦAXIX BIL-BASLA | 0,02 |

Tewm | |

Basal | |

Basal abjad | |

Spring onions | |

Oħrajn | |

(iii)ĦAXIX BIL-FROTT | |

(a)Solanacea | |

Tadam | 0,05 |

Bżar | 0,1 |

Brunġiel | 0,05 |

Oħrajn | 0,02 |

(b)Cucurbits — qoxra li tittiekel | |

Ħjar | 0,05 |

Ħjar żgħir | |

Qargħabagħli żgħir | 0,05 |

Oħrajn | 0,02 |

(ċ)Cucurbits — qoxra li ma tittiekilx | |

Bettieħ | 0,05 |

Magħsur | |

Dulliegħ | 0,05 |

Oħrajn | 0,02 |

(d)Qamħirrun ħelu | 0,02 |

(iv)ĦAXIX BRASSICA | |

(a)Brassica li tiffjorixxi | 0,02 |

Brokkoli (inkluż Kalabrese) | |

Pastard | |

Oħrajn | |

(b)Ras tal-brassica | |

Kaboċċa ta' Brasils | 0,05 |

Ras tal-kaboċċa | 0,05 |

Oħrajn | 0,02 |

(ċ)Brassica bil-weraq | 0,02 |

Kaboċċa Ċiniża | |

Kale | |

Oħrajn | |

(d)Kohlrabi | 0,02 |

(v)ĦAXIX BIL-WERAQ U ĦAXIX FRISK | 0,02 |

(a)Ħass u simili | |

Cress | |

Ħass tan-ngħaġ | |

Ħass | |

Scarole (indivja bil-weraq wiesgħa) | |

Oħrajn | |

(b)SpinaċI u simili | |

SpinaċI | |

Weraq tal-beet (l-ispeċi fl-ġeneru Salvelinus) | |

Oħrajn | |

(ċ)Ħass ta' l-ilma | |

(d)Witloof | |

(e)Ħaxix | |

Chervil | |

Chives | |

Tursin | |

Weraq tal-karfus | |

Oħrajn | |

(vi)ĦAXIX TAL-LEGUMI (frisk) | 0,02 |

Ful (bil-miżwiet) | |

Ful (bla miżwiet) | |

Piżelli (bil-miżwiet) | |

Piżelli (bla miżwiet) | |

Oħrajn | |

(vii)ĦAXIX BIZ-ZOKK (frisk) | 0,02 |

Sfarġ | |

Cardoons | |

Karfus | |

Bużbież | |

Qaqoċċ globu | |

Kurrat | |

Rubarb | |

Oħrajn | |

(viii)FAQQIEGĦ | 0,02 |

(a)Faqqiegħ ikkultivat | |

(b)Faqqiegħ selvaġġ | |

3.Pulses | 0,02 |

Ful | |

Għad | |

Piżelli | |

Oħrajn | |

4.Żerriegħa taż-żejt | 0,05 |

Kittien | |

Karawett | |

Żerriegħa tal-pepprina | |

Żerriegħa tal-ġunġlien | |

Żerriegħa tal-ġirasol | |

Żerrigħa tal-pjanta | |

Ful tas-soya | |

Żerriegħa tal-mustarda | |

Żerriegħa tal-qoton seed | |

Oħrajn | |

5.Patata | 0,02 |

Patata kmieni | |

Patata ware | |

6.Te' (weraq niexef u zkuk, iffermentat jew mod ieħor, Camellia sinensis) | 0,05 |

7.Il-Ħop (niexef), inkluż biċċiet żgħar tal-hop pellets u trab mhux konċentrat | 0,05 |

--------------------------------------------------

Top