EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004F0068

Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2004/68/JHA tat-22 ta' Diċembru 2003 dwar il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal

ĠU L 13, 20.1.2004, p. 44–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2011; Mibdul minn 32011L0093

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2004/68/oj

32004F0068



Official Journal L 013 , 20/01/2004 P. 0044 - 0048


Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2004/68/JHA

tat-22 ta' Diċembru 2003

dwar il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 29, Artikolu 31(1)(e) u Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kif l-aħjar ikunu implimentati d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam dwar żona ta' liberta, sigurta u ġustizzja [3], l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2000 jinkludu jew jitolbu azzjoni leġislattiva kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal, inklużi definizzjonijiet komuni, akkużi u pieni.

(2) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/154/JHA ta' l-24 ta' Frar 1997 dwar azzjoni li tikkombatti t-traffikar f'esseri umani u l-isfruttament sesswali tat-tfal [4] u d-Deċiżjoni tal-Kunaill 2000/375/JHA tad-29 ta' Mejju 2000 biex tkun miġġielda l-pornografija tat-tfal fuq l-Internet [5] jeħtieġ li jkunu segwiti b'azzjoni leġislattiva addizzjonali li tindirizza d-diverġenzi ta' avviċinamenti legali fl-Istati Membri u li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' koperazzjoni fl-infurzar ġudizzjali u leġali kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal.

(3) Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Marzu 2000 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri li jikkumbattu turiżmu għall-għan ta' sess mat-tfal, itenni li turiżmu għall-għan ta' sess mat-tfal huwa att kriminali strettament marbut ma' dawk ta' sfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal, u jitlob lill-Kummissjoni biex tissottometti lill-Kunsill proposta għal Deċiżjoni kwadru li tistabbilixxi regoli minimi konnessi ma' l-elementi kostitwenti ta' dawn l-atti kriminali.

(4) L-isfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt fundamentali tal-wild għal trobbija u żvilupp armonjuż.

(5) Il-pornografija tat-tfal, għamla partikolarment serja ta' sfruttament sesswali tat-tfal, qiegħda tiżdied u tinfirex permezz ta' l-użu ta' teknoloġiji ġodda u l-Internet.

(6) Ix-xogħol importanti mwettaq mill-organizzazzjonijiet internazzjonali għandu jkun ikkumplimentat minn dak ta' l-Unjoni Ewropea.

(7) Huwa meħtieġ li offiżi kriminali serji bħall-isfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal ikunu indirizzati b'avviċinament komprensiv li fih l-elementi kostitwenti tal-liġi kriminali komuni għall-Istati Membri kollha, inklużi sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, jifformaw parti integrali mal-koperazzjoni ġudizzjali l-aktar wiesgha possibbli.

(8) Skond il-prinċipji ta' sussidjareta u proporzjonalita, din id-Deċiżjoni kwadru tillimita ruħha għall-minimu rikjest biex tikseb dawk l-għanijiet f'livell Ewropew u ma tmurx ‘il hinn minn dak li hu meħtieġ għal dak il-għan.

(9) Pieni għandhom ikunu introdotti kontra l-awturi ta' (min jikkommetti) offiżi tali li jkunu stretti biżżejjed li jġibu l-isfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal fl-ambitu ta' l-istrumenti diġa adottati għall-għan li tkun miġġielda l-kriminalita organizzata, bħall-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/699/JHA tat-3 ta' Diċembru 1998 dwar ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, ittraċċar, iffriżar, qbid u konfiska tal-mezzi u d-dħul minn kriminalita [6] u l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/JHA tal-21 ta' Diċembru 1998 dwar li tintgħamel offiża kriminali l-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [7].

(10) Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal għandhom iwasslu lil Stati Membri biex jippreskrivu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-liġi nazzjonali. Sanzjonijiet tali għandhom ukoll ikunu aġġustati bi qbil ma' l-attivita mwettqa minn persuni legali.

(11) Vittmi li jkunu tfal għandhom ikunu interrogati skond l-eta u stadju ta' zvilupp tagħhom għall-fini ta' l-investigazzjoni u prosekuzzjoni ta' offiżi taħt id-Deċiżjoni kwadru.

(12) Din id-Deċiżjoni kwadru hija mingħajr preġudizzju għall-poteri (setgħat) tal-Komunità.

(13) Din id-Deċiżjoni kwadru għandha tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal billi tikkomplimenta l-istrumenti adottati mill-Kunsill, bħall-Azzjoni Konġunta 96/700/JHA tad-29 ta' Novembru 1996 li tistabbilixxi programm ta' inċentiva u skambju għal persuni responsabbli għall-ġlieda kontra l-kummerċ f'esseri umani u sfruttament sesswali tat-tfal [8], l-Azzjoni Konġunta 96/748/JHA tas-16 ta' Diċembru 1996 li testendi l-mandat mogħti lill-Unita dwar Drogi ta' l-Europol [9], l-Azzjoni Konġunta 98/428/JHA tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar il-ħolqien ta' Xibka (Network) Ġudizzjali Ewropea [10], l-Azzjoni Konġunta 96/277/JHA tat-22 ta' April 1996 dwar kwadru l-iskambju ta' maġistrati ta' liaison biex titjieb il-koperazzjoni ġudizzjali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [11], u l-Azzjoni Konġunta 98/427/JHA tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar prattiċi tajba fl-assistenza legali reċiproka f'materji kriminali [12], kif ukoll atti adottati mill-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħad-Deċiżjoni Nru 276/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 1999 li jadottaw pjan ta' azzjoni Komunitarju multi-annwali dwar il-promozzjoni ta' użu b'aktar sigurta ta' l-Internet billi jkun miġġieled kontenut illegali u ta' ħsara fuq sistemi (networks) globali [13], u d-Deċiżjoni Nru 293/2000/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2000 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja (il-programm Daphne) (2000 sa 2003) dwar miżuri preventivi biex tkun miġġielda l-vjolenza kontra tfal, persuni żgħażagħ u nisa [14],

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI KWADRU:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni kwadru:

(a) "wild" għandha tfisser kull persuna taħt l-eta ta' 18-il sena;

(b) "pornografija tat-tfal" għandha tfisser materjal pornografiku li viżwalment ipinġi jew jirrappreżenta:

(i) wild reali involut jew okkupat f'(qiegħed jipprattika) imġieba sesswali espliċita, li tinkludi eżibizzjoni (wirja) żienja tal-ġenitali jew taż-żona pubika ta' wild; jew

(ii) persuna reali li għandha l-apparenza ta' wild involuta fi jew okkupata fl-imġieba msemmija fl-(i); jew

(iii) xbieghat realistiċi ta' wild li ma jeżistix involut fi jew okkupat fl-imġieba msemmija fl-(i);

(ċ) "sistema tal-kompjuter" għandha tfisser kull apparat jew grupp ta' apparati inter-konnessi jew konnessi, li wieħed jew iktar minnhom, skond programm, iwettaq ipproċessar awtomatiku ta' data;

(d) "persuna legali" għandha tfisser kull entita li għandha status tali taħt il-liġi applikabbli, barra minn Stati jew korpi pubbliċi oħra fl-eżerċizzju ta' awtorita Statali u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.

Artikolu 2

Offiżi dwar sfruttament sesswali tat-tfal

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-imġieba intenzjonata li ġejja tkun ikkastigata (punibbli):

(a) sfurzar ta' wild għall-prostituzzjoni jew għall-ipparteċipar f'rappreżentazzjonijiet pornografiċi, jew qligħ minn jew sfruttar b'mod ieħor ta' wild għal għanijiet tali;

(b) irreklutar ta' wild fil-prostituzzjoni jew fl-ipparteċipar f'rappreżentazzjonijiet pornografiċi;

(ċ) għemil ta' attivitajiet sesswali ma' wild, fejn

(i) isir użu minn sfurzar, forza jew theddid;

(ii) flus jew għamliet oħra ta' remunerazzjoni jew ħlas jingħata bħala pagament fi skambju għall-wild li jagħmel attivitajiet sesswali; jew

(iii) isir abbuż minn pożizzjoni rikonoxxuta ta' fiduċja, awtorita jew influwenza fuq il-wild.

Artikolu 3

Offiżi li jikkoncernaw pornografija tat-tfal

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-imġieba intenzjonata li ġejja kemm jekk saret permezz ta' sistema tal-kompjuter kemm le, meta tkun kommessa (intgħamlet) mingħajr dritt tkun tista' tkun ikkastigata:

(a) produzzjoni ta' pornografija tat-tfal;

(b) distribuzzjoni, disseminazzjoni jew trasmissjoni ta' pornografija tat-tfal;

(ċ) forniment jew li ssir disponibbli pornografija tal-wild;

(d) kisba jew pussess ta' pornografija tat-tfal.

2. Stat Membru jista' jeskludi minn responsabbilta kriminali mġieba konnessa ma' pornografija tat-tfal:

(a) li jirreferi għaliha Artikolu 1(b)(ii) fejn persuna reali li għandha l-apparenza ta' wild kellha fil-fatt 18-il sena jew iktar fi żmien ir-rappreżentazzjoni (depiction);

(b) li jirreferi għaliha Artikolu 1(b)(i) u (ii) fejn, fil-każ ta' produzzjoni u pussess, xbieghat ta' tfal li jkunu laħqu l-eta ta' kunsens sesswali jkunu prodotti jew ipposseduti bil-kunsens tagħhom u biss għall-użu privat tagħhom. Ukoll fejn l-eżistenza ta' kunsens kienet stabbilita, m'għandhiex titqies valida, jekk per eżempju eta superjuri, maturita, pożizzjoni, status, esperjenza jew id-dipendenza tal-vittma fuq l-awtur kienet abbużata biex inkiseb il-kunsens;

(ċ) li jirreferi għaliha Artikolu 1(b)(iii), fejn ikun stabbilit li l-materjal pornografiku jkun prodott u possedut mill-produttur biss għall-użu privat tiegħu jew tagħha, safejn ebda materjal pornografiku kif jirreferi għalih Artikolu 1(b)(i) u (ii) ma kien użat għall-għan tal-produzzjoni, u sakemm l-att ma jinvolvix riskju għad-disseminazzjoni tal-materjal.

Artikolu 4

Tixwix, għajnuna, influwenza u attentat

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li t-tixwix, jew għajnuna jew influwenza għall-kummissjoni ta' offiża li jirreferu għaliha Artikoli 2 u 3 tkun tista' tkun ikkastigata.

2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li attentati biex tkun kommessa l-imġieba li jirreferu għaliha Artikoli 2 u Artikolu 3(1)(a) u (b), ikunu jistgħu jkunu kastigati.

Artikolu 5

Pieni u ċirkostanzi aggravanti

1. Suġġett għall-paragrafu 4, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-offiżi li jirreferu għalihom Artikoli 2, 3 u 4 jkunu jistgħu jkunu kastigati permezz ta pieni kriminali b'massimu ta' mill-inqas bejn sena u tliet snin priġunerija.

2. Suġġett għal paragrafu 4, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-offiżi li ġejjin jistgħu jkunu kastigati permezz ta' pieni kriminali b'massimu ta' mill-inqas bejn ħames u għaxar snin priġunerija:

(a) l-offiżi li jirreferi għalihom Artikolu 2(a), li jikkonsistu fi "sfurzar ta' wild għall-prostituzzjoni jew għall-ipparteċipar f'rappreżentazzjonijiet pornografiċi", u offiżi li jirreferi għalihom Artikolu 2(c)(i);

(b) l-offiżi li jirreferi għalihom Artikolu 2(a), li jikkonsistu fi "qligħ minn jew sfruttar b'mod ieħor ta' wild għal għanijiet tali", u l-offiżi li jirreferi għalihom Artikolu 2(b), fiż-żewġ każijiet safejn jirreferu għal prostituzzjoni, fejn għall-inqas waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin tista' tapplika:

- il-vittma tkun wild taħt l-eta ta' kunsens sesswali taħt il-liġi nazzjonali,

- it-trasgressur ikun deliberatament jew b'nuqqas ta' ħsieb ipperikola l-ħajja tal-wild,

- l-offiżi jinvolvu vjolenza serja jew jikkaġunaw ħsara serja fuq il-wild,

- l-offiżi jkunu kommessi fil-kwadru ta' organizzazzjoni kriminali fit-tifsira ta' l-Azzjoni Konġunta 98/733/JHA, irrespettivament mil-livell tal-piena li tirreferi għaliha l-Azzjoni Konġunta;

(ċ) l-offiżi li jirreferi għalihom Artikolu 2(a), li jikkonsistu fi "qligħ minn jew sfruttar b'mod ieħor ta' wild għal għanijiet tali", u l-offiżi li jirreferi għalihom Artikolu 2(b), fiż-żewġ każi safejn jirreferu għal rappreżentazzjonijiet pornografiċi, Artikolu 2(c)(ii) u (iii), Artikolu 3(1)(a), (b) u (c), fejn il-vittma tkun wild taħt l-eta ta' kunsens sesswali taħt il-liġi nazzjonali u għall-inqas waħda miċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom taħt it-tieni, t-tielet u r-raba' inċiż taħt il-punt (b) ta' dan il-paragrafu tista' tapplika.

3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuna naturali, li nstabet ħatja ta' l-offiżi li jirreferu għalihom Artikoli 2, 3 jew 4, tista', jekk xieraq, tkun impedita temporanjament jew parmanentement milli teżerċita attivitajiet professjonali konnessi mas-sorveljanza tat-tfal.

4. Kull Stat Membru jista' jipprovdi għal sanzjonijiet oħra, inklużi sanzjonijiet jew miżuri mhux kriminali, dwar imġieba konnessa mal-pornografija tat-tfal li jirreferi għaliha Artikolu 1(b)(iii).

Artikolu 6

Responsabbilta ta' persuni legali

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuni legali għandhom jinżammu responsabbli għal offiża li jirreferu għaliha Artikoli 2, 3 u 4 kommessa għall-benefiċċju tagħhom minn kull persuna, li taġixxi kemm individwalment kif ukoll bħala parti minn organu tal-persuna legali, li jkollu pożizzjoni ta' tmexxija fil-persuna legali, ibbażati fuq:

(a) poter (setgħa) ta' rappreżentazzjoni tal-persuna legali;

(b) awtorita li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna legali; jew

(ċ) awtorita li teżerċita kontroll ġewwa l-persuna legali.

2. Minbarra fil-każi li jipprovdi għalihom il-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuni legali jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta' sorveljanza jew kontroll minn persuna li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 għamlet possibbli l-kummissjoni ta' l-offiża li jirreferu għaliha Artikoli 2, 3 u 4 għall-benefiċċju ta' dik il-persuna legali minn persuna taħt l-awtorita tagħha.

3. Ir-responsabbilta ta' persuni legali taħt il-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex teskludi proċeduri kriminali kontra persuni naturali li huma awturi, xewwiexa jew aċċessorji f'offiża li jirreferu għaliha Artikoli 2, 3 u 4.

Artikolu 7

Sanzjonijiet fuq persuni legali

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuna legali miżmuma responsabbli skond Artikolu 6(1) tista' tkun ikkastigata b'sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra bħal:

(a) esklużjoni minn jedd għal benefiċċji jew għajnuna pubbliċi;

(b) skwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta' attivitajiet kummerċjali;

(ċ) tqegħid taħt sorveljanza ġudizzjarja;

(d) ordni ġudizzjarja għal twaqqif; jew

(e) għeluq temporanju jew permanenti ta' stabbilimenti li setgħu ntużaw biex tkun kommessa l-offiża.

2. Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri biex jiżgura li persuna legali miżmuma responsabbli skond Artikolu 6(2) tista' tkun ikkastigata b'sanzjonijiet jew miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 8

Ġurisdizzjoni u prosekuzzjoni

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq l-offiżi li jirreferu għalihom Artikoli 2, 3 u 4 fejn:

(a) l-offiża tkun kommessa totalment jew parzjalment fit-territorju tiegħu;

(b) it-trasgressur ikun wieħed miċ-ċittadini tiegħu; jew

(ċ) l-offiża tkun kommessa għall-benefiċċju tal-persuna legali stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

2. Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax, jew li japplika biss f'każi jew ċirkostanzi speċifiċi, r-regoli ta' ġurisdizzjoni miġjuba fil-paragrafi 1(b) u 1(c) fejn l-offiża tkun kommessa barra t-territorju tiegħu.

3. Stat Membru li, taħt il-liġijiet tiegħu, ma jestradix iċ-ċittadini proprji għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq u jtalla' l-qorti, fejn xieraq, offiża li jirreferu għaliha Artikoli 2, 3 u 4 meta tkun kommessa minn wieħed miċ-ċittadini tiegħu barra t-territorju tiegħu.

4. Stati Membri għandhom jgħarrfu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni skond kif ikun il-każ jekk jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 2, fejn xieraq b'indikazzjoni tal-każi jew ċirkostanzi speċifiċi li fihom id-deċiżjoni tapplika.

5. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ġurisdizzjoni tiegħu tinkludi sitwazzjonijiet fejn offiża taħt Artikolu 3 u, safejn ikun relevanti, taħt Artikolu 4, tkun kommessa permezz ta' sistema ta' kompjuter aċċessata mit-territorju tiegħu, kemm jekk is-sistema ta' kompjuter hija fuq it-territorju tiegħu jew le.

6. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jagħmel possibbli l-prosekuzzjoni, skond il-liġi nazzjonali, ta' mill-inqas l-aktar offiżi serji li jirreferi għalihom Artikolu 2 wara li l-vittma ma tibqax ta' eta minorenni.

Artikolu 9

Protezzjoni ta' u assistenza lill-vittmi

1. Stat Membru għandu jistabbilixxi li investigazzjonijiet fi jew prosekuzzjoni ta' offiżi koperti minn din id-Deċiżjoni kwadru ma jkunux dipendenti fuq ir-rapport jew akkuża magħmula minn persuna suġġetta għall-offiża, għall-inqas fil-każi fejn japplika Artikolu 8(1)(a).

2. Vittmi ta' offiża li jirreferi għaliha Artikolu 2 għandhom jitqiesu bħala vittmi partikolarment vulnerabbli skond Artikolu 2(2), Artikolu 8(4) u Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2001/220/JHA tal-15 ta' Marzu 2001 dwar l-istatura tal-vittmi fi proċeduri kriminali [15].

3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha possibbli biex jiżgura assistenza xierqa lill-familja tal-vittmi. B'mod partikolari, kull Stat Membru għandu, fejn xieraq u possibbli, japplika Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni kwadru lill-familja li ssir referenza għaliha fih.

Artikolu 10

Ambitu territorjali

Din id-Deċiżjoni kwadru għandha tapplika għal Ġibilta.

Artikolu 11

Revoka ta' l-Azzjoni Konġunta 97/154/JHA

L-Azzjoni Konġunta 97/154/JHA hija b'dan irrevokata.

Artikolu 12

Implimentazzjoni

1. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni kwadru sa' l-20 ta' Jannar 2006 l-aktar tard.

2. Sal-20 ta' Jannar 2006 l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lis-Segretarjat Ġeneral tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom taħt din id-Deċiżjoni kwadru. Sal-20 ta' Jannar 2008 fuq il-bażi ta' rapport stabbilit billi tintuża din l-informazzjoni u rapport bil-miktub mill-Kummissjoni, l-Kunsill għandu jagħmel stima ta' kemm l-Istati Membri konformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni kwadru.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Matteoli

[1] ĠU C 62 E, 27.02.2001, p. 327.

[2] ĠU C 53 E, 28.02.2002, p. 108.

[3] ĠU C 19, 23.01.1999, p. 1.

[4] ĠU L 63, 04.03.1997, p. 2.

[5] ĠU L 138, 09.06.2000, p. 1.

[6] ĠU L 333, tad-9.12.1998, p. 1. Azzjoni Konġunta kif emendata bid-Deċiżjoni 2001/500/JHA (ĠU L 182, tal-5.7.2001, p. 1).

[7] ĠU L 351, 29.12.98, p. 1.

[8] ĠU L 322, 12.12.1996, p. 7.

[9] ĠU L 342, 31.12.1996, p. 4.

[10] ĠU L 191, 07.07.1998, p. 4.

[11] ĠU L 105, 27.04.1996, p. 1.

[12] ĠU L 191, 07.07.1998, p. 1.

[13] ĠU L 33, 06.02.1999, p. 1.

[14] ĠU L 34, 09.02.2000, p. 1.

[15] ĠU L 82, 22.3.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

Top