This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0907
2004/907/EC: Commission Decision of 27 December 2004 concerning the financial contribution by the Community towards the organisation of an international seminar on animal welfare in the context of the EC-Chile Agreement on Sanitary and Phytosanitary measures applicable to trade in animals and animal products, plants, plant products and other goods and animal welfare
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Diċembru 2004 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn l-organizzazzjoni ta' seminar internazzjonali dwar il-benesseri ta' l-annimali fil-kuntest tal-Ftehim KE-Ċilì dwar miżuri sanitarji u fitosanitarji applikabbli għan-negozju fl-annimali u prodotti ta' l-annimali, pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra u l-benesseri ta' l-annimali
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Diċembru 2004 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn l-organizzazzjoni ta' seminar internazzjonali dwar il-benesseri ta' l-annimali fil-kuntest tal-Ftehim KE-Ċilì dwar miżuri sanitarji u fitosanitarji applikabbli għan-negozju fl-annimali u prodotti ta' l-annimali, pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra u l-benesseri ta' l-annimali
ĠU L 381, 28.12.2004, p. 80–81
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 141–142
(MT)
In force
14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
141 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta' Diċembru 2004
dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn l-organizzazzjoni ta' seminar internazzjonali dwar il-benesseri ta' l-annimali fil-kuntest tal-Ftehim KE-Ċilì dwar miżuri sanitarji u fitosanitarji applikabbli għan-negozju fl-annimali u prodotti ta' l-annimali, pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra u l-benesseri ta' l-annimali
(2004/907/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tikkonċerna l-infieq fil-qasam veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim KE-Ċilì dwar miżuri Sanitarji u Fitosanitarji applikabbli għan-negozju fl-annimali u prodotti ta' l-annimali, pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra u l-benesseri ta' l-annimali (minn hawn “l quddiem il-Ftehim)” jinkludu, minħabba fl-importanza tal-benesseri ta' l-annimali u r-relazzjoni tagħha ma' affarijiet veterinarji, bil-għan li jiġu żviluppati standards tal-benesseri ta' l-annimali u biex jiġu eżaminati tali standards waqt li jittieħed in konsiderazzjoni l-iżvilupp ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali ta' l-istandards kompetenti. Bħal fl-Appendiċi IC tal-Ftehim, dan ser japplika b'mod partikolari għall-iżvilupp ta' l-istandards tal-benesseri ta' l-annimali dwar l-istordiment u l-qtil ta' l-annimali. |
(2) |
Il-grupp ta' ħidma speċifiku dwar il-benesseri ta' l-annimali stabbilit mill-Kumitat ta' Tmexxija Konġunta tal-Ftehim ikkonkluda li sabiex jinkisbu b'mod aħjar l-għanjiet tagħhom, il-bdil ta' informazzjoni dwar kompetenza xjentifika jkun utli u biex jiġu stabbiliti kuntatti attivi bejn xjenzjati miż-żewġ Partijiet. |
(3) |
Seminar internazzjonali dwar il-benesseri ta'b''Santiago, fiċ-Ċilì, f'Novembru 2004 mill-Ministeru Ċilen ta' l-Agrikoltura u d-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għaċ-Ċilì biex jassistu ma' l-għan tal-Ftehim li jintlaħaq għarfien komuni bejn il-Partijiet dwar l-istandards tal-benesseri ta' l-annimali. |
(4) |
Taħt id-Deċiżjoni 90/424/KEE l-Komunità għandha twettaq miżuri tekniċi u xjentifiċi neċessarji għall-iżvilupp ta' leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità u għall-iżvilupp ta' edukazzjoni veterinarja jew taħriġ. |
(5) |
Fi qbil ma' l-obbligu tal-Komunità li tingħata konsiderazzjoni sħiħa lir-rekwiżiti tal-benesseri ta' l-annimali fl-ifformular u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Komunità, u l-għan tal-Ftehim li jintlaħaq għarfien komuni bejn il-Partijiet dwar l-istandards tal-benesseri ta' l-annimali għall-protezzjoni ta' l-annimali, huwa xieraq li l-Komunità għandha tappoġġja l-organizzazzjoni ta' dan is-seminar, ir-riżultat ta' liema ser jassisti fi żvilupp akbar tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità u edukazzjoni veterinarja jew taħriġ fuq din il-kwistjoni. |
(6) |
Bil-għan ta' aktar żvilupp ta' l-edukazzjoni veterinarja jew taħriġ fil-qasam tal-benesseri ta' l-annimali, huwa xieraq li l-Komunità tassisti bl-ikkomunikar u t-tixrid tar-riżultat tas-seminar, inkluż li jiġu koperti l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni u t-tixrid tal-proċeduri xjentifiċi tas-seminar, li jridu jiġu organizzati fil-qafas ta' ħidma ta' sejħa ħielsa għall-offerti. |
(7) |
Huwa xieraq li l-iżburżar ta' tali sostenn finanzjarju għandu jiġi kkoordinat mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għaċ-Ċilì, wieħed mill-organizzaturi konġunti tas-seminar. |
(8) |
Ir-riżorsi finanzjarji neċessarji għall-Komunità biex isostnu l-organizzazzjoni ta' dan is-seminar għandhom għalhekk jiġu assenjati u mogħtija soġġetti għal twettiq effiċjenti tas-seminar ippjanat. |
(9) |
Il-miżuri li hemm f'din id-Deciżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il- Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ
Artikolu Waħdieni
L-azzjoni għall-appoġġ ta' l-organizzazzjoni ta' seminar internazzjonali dwar il-benesseri ta' l-annimali fil-kuntest tal-Ftehim KE-Ċilì dwar miżuri Sanitarji u Fitosanitarji applikabbli għan-negozju fl-annimali u prodotti ta' l-annimali, pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra u l-benesseri ta' l-annimali, li għandu jiġi ffinanzjat mill-linja tal-baġit 17.04.02 tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea għall-2004 sa ammont massimu ta' 35.000 EUR, huwa hawnhekk approvat. B'mod partikulari l-iffinanzjar mill-Komunità ta' l-ispejjeż ta' ppubblikar u tixrid tal-proċeduri xjentifiċi tas-seminar mhux ser jaqbżu 35.000 EUR fit-total.
Magħmula fi Brussell, fis-27 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Is-Sur Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 (ĠU L 325, tat-12.12.2003, p. 31).