Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0475

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2004 li tadotta miżura transizzjonali favur ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib fis-Slovenja (innotifikata taħt id-dokument numru K(2004) 1732)Test b'relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 160, 30.4.2004, p. 79–82 (EL, SV)
    ĠU L 160, 30.4.2004, p. 83–87 (IT, NL, PT)
    ĠU L 160, 30.4.2004, p. 80–83 (DE)
    ĠU L 160, 30.4.2004, p. 78–81 (ES, DA, EN, FR)
    ĠU L 160, 30.4.2004, p. 91–94 (FI)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/03/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/475/oj

    32004D0475



    Official Journal L 160 , 30/04/2004 P. 0078 - 0081


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-29 ta' April 2004

    li tadotta miżura transizzjonali favur ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib fis-Slovenja

    (innotifikata taħt id-dokument numru K(2004) 1732)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/475/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropej,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja [2], u b'mod partikoli l-Artikolu 42 tiegħu,

    Billi:

    (1) Fis-Slovenja erba' stabbilimenti ta' kapaċità għolja u stabbiliment wieħed ta' pproċessar ta' ħalib ta' kappaċità għolja għandhom diffikultajiet biex iħarsu fl-1 ta' Mejju 2004 il-ħtiġiet strutturali relevanti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE: tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u l-marketing ta' laħam frisk [3], fl-Annessi A u B tad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE: tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar problemi ta' saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u l-marketing ta' prodotti tal-laħam u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali [4] u fl-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE: tas-16 ta' Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta' saħħa għal produzzjoni u t-tqiegħed fis-suq ta' ħalib nej, ħalib ittrattat bis-sħana u proddoti bbażati fuq il-ħalib [5].

    (2) Kif xieraq, dawn il-ħames stabbilimenti għandhom bżonn iż-żmien biex jiffinalizzaw il-proċess ta' titjib sabiex isiri konformi bis-sħiħ mal-ħtiġiet strutturali relevanti stabbiliti fid-Direttivi 64/433/KEE:, 77/99/KEE: u 92/46/KEE:.

    (3) Dawn il-ħames stabbilimenti li bħalissa huma fi stat avvanzat ta' titjib, jew li ntrabtu li jikkompletaw faċilitajiet ġodda, taw garanziji ta' min joqgħod fuqhom li huma għandhom il-fondi neċessarji biex jikkoreġu n-nuqqasijiet li fadlilhom fi żmien raġonevoli u rċevew opinjoni favorevoli mill-Amministrazzjoni Veterinarja tar-Repubblika tas-Slovenja, fejn jikkonċerna l-finalizzazzjoni tal-proċess ta' titjib tagħhom.

    (4) Għas-Slovenja, l-informazzjoni ddettaljata li tikkonċerna n-nuqqasijiet ta' kull stabbiliment hija disponibbli.

    (5) Biex tkun iffaċilitata t-transizzjoni minn reġim eżistenti fis-Slovenja għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, huwa għalhekk iġġustifikat li fuq it-talba tas-Slovenja, jingħata perjodu transizzjonali għal dawk il-ħames stabbilimenti bħala miżura transizzjonali eċċezzjonali.

    (6) Minħabba n-natura eċċezzjonali ta' din id-derogazzjoni transizzjonali li ma kenitx prevista matul in-negozjati tat-tkabbir, ebda talba oħra mis-Slovenja għal miżuri transizzjonali li jikkonċernaw ħtiġiet strutturali ta' stabbilimenti li jipproduċu prodotti minn annimali jew ħalib jew prodotti tal-ħalib m'għandha tintlaqa' wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    (7) Wara li jittieħed in konsiderazzjoni l-istat avvanzat tat-titjib u n-natura eċċezzjonali tal-miżura transizzjonali, il-perjodu transizzjonali għandu jkun limitat sal-31 ta' Diċembru 2004 u m'għandux jiġi estiż wara dik id-data.

    (8) Huwa xieraq li l-istabbilimenti fit-transizzjoni koperti minn din id-Deċiżjoni jiġu sottomessi għall-istess regoli li huma applikabbli fejn jikkonċerna l-prodotti li joriġinaw mill-istabbilimenti li lilhom ingħata perjodu transizzjonali għal ħtiġiet strutturali skond il-proċedura prevista fl-Annessi rilevanti ta' l-Att ta' Adeżjoni.

    (9) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Il-ħtiġiet strutturali stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE, fl-Annessi A u B tad-Direttiva 77/99/KEE u fl-Anness B tad-Direttiva 92/46/KEE m'għandhomx japplikaw għall-istabbilimenti fis-Slovenja elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, mingħajr ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, sad-data indikata għal kull stabbiliment.

    2. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal prodotti li joriġinaw fl-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1:

    - sakemm l-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-prodotti li joriġinaw minn dawk l-istabbilimenti ser jitpoġġew biss fis-suq domestiku jew użat għal iżjed ipproċessar fl-istess stabbiliment irrispettivament mid-data tal-marketing. Din ir-regola għandha tapplika wkoll għal prodotti li joriġinaw minn stabbilimenti tal-laħam integrati fejn parti waħda mill-istabbiliment hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1,

    - għandhom jinkludu marka tas-saħħa speċjali.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr ħsara għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU C 136, tal-23.9.2003, p. 17.

    [2] ĠU C 136, tal-23.9.2003, p. 33.

    [3] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Adeżjoni 2003.

    [4] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

    [5] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendate mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Stabbilimenti tal-laħam u l-ħalib fi transizzjoni

    Parti 1

    Nru. | Numru ta' l-approvazzjoni veterinarja | Isem u indirizz ta' l-istabbiliment | Settur: laħam | Data ta' konformità |

    Attività ta' l-istabbilimenti |

    Laħam frisk, qtil, qtugħ | Prodotti mill-laħam | ħażna fil-kesħa |

    1. | 14 | Meso Kamnik, Kamnik | x | | | tal- 31.12.2004 |

    2. | 25 | Mesarstvo Bobic, Škocjan | x | | | tal- 31.12.2004 |

    3. | 19 | Meso Kamnik, Domžale | x | x | | tal- 31.12.2004 |

    4. | 306 | Arvaj Anton s.p., Kranj | x | x | | tal- 31.12.2004 |

    Parti 2

    Nru. | Numru ta' approvazzjoni veterinarja | Isem u indirizz ta' l-istabbiliment | Settur: ħalib | Data ta' konformità |

    Attività ta' l-istabbilimenti |

    Ħalib u prodotti bbażati fuq il-ħalib |

    1. | M-163 | Mlekarna Planika, Kobarid | x | tal- 31.12.2004 |

    --------------------------------------------------

    Top