Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0332

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2004 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE rigward kontrolli fuq assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili dwar l-użu ta’ vetturi bil-magna (imniżżla taħt dokument numru C(2004) 1235)Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 105, 14.4.2004, p. 39–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/332/oj

    32004D0332



    Official Journal L 105 , 14/04/2004 P. 0039 - 0039


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-2 ta’ April 2004

    dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE rigward kontrolli fuq assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili dwar l-użu ta’ vetturi bil-magna

    (imniżżla taħt dokument numru C(2004) 1235)

    (Test b’relevanza EEA)

    (2004/332/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE ta’ l-24 ta’ April 1927 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fuq, assigurazzjoni kontra obbligi ċivili dwar l-użu ta’ vetturi bil-magna u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni għal kontra dawn r-responsabbiltà ċivili [1], u speċjalment l-Artikolu 7(3) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-relazzjonijiet bejn il-bureaux ta’ l-assiguraturi nazzjoni(hawnhekk iżjed’il quddiem il-bureaux) ta’ l-Istati Membri u dawk tal-Kroazja, Ċipru, tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Ungerija, ta’ l-Iżlanda, tan-Norveġja, ta’ Slovakkja, ta’ Slovenja u tal-Iżvizzera huma rregolati mil-Ftehim Multilaterali tat-30 ta’ Mejju (hawnhekk iżjed’il quddiem il-Ftehim)

    (2) Il-Ftehim kien mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/564/KE tat-28 ta’ Lulju 2003 fuq l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar kontrolli fuq assigurazzjoni kontra obbligi ċivili dwar l-użu ta’ vetturi bil-magna [2], li titlob ‘l Istati Membri biex ma jibqgħux jikkontrollaw l-assigurazzjoni kontra obbligi ċivili ta’ vetturi bbażati fi Stat Membru ieħor jew fit-territorji tal-Kroazja, ta’ Ċipru, tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Ungerija, ta’ l-Iżlanda, tan-Norveġja, ta’ Slovakkja, ta’ Slovenja u ta’ l-Iżvizzera, li huma lkoll suġġett għal dan il-Ftehim.

    (3) Fl-1 ta’ Novembru 2003 l-aġenzija ta’ l-Istati Membri u dawk tal-Kroazja, ta’ Ċipru, tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Ungerija, ta’ l-Iżlanda, tan-Norveġja, tas-Slovakkja, tas-Slovenja u ta’ l-Iżvizzera, iffirmaw l-Addendum Nru 1 tal-Ftehim li jestendi l-Ftehim biex jinkludi l-aġenziji ta’ l-Estonja, tal-Latvia, tal-Litwanja, ta’ Malta u tal-Polonja. L-Addendum jipprovdi arranġamenti prattiċi biex jitneħħew kontrolli fuq assigurazzjoni għal vetturi normalment ibbażati fit-territorji ta’ wieħed minn dawn il-pajjiżi msemmija l-aħħar

    (4) Għalhekk il-kondizzjonijiet kollha biex jitneħħew il-kontrolli fuq l-assigurazzjoni tal-vetturi kontra obbligi ċivili ta’ parti terzi skond id-Direttiva 72/166/KEE bejn l-Istati Membri u l-Estonja, l-Latvja, l-Litwanja, Malta u l-Polonja ġew issodisfati.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Mit-30 ta’ April 2004, il-Membri Stati għandhom jibqgħu lura milli jagħmlu kontrolli fuq l-assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi li huma normalment ibbażati fit-territorji ta’ l-Estonja, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ Malta u tal-Polonja, li huma soġġetti għall-Addendum Nru I ta’ l-1 ta’ Novembru 2003 tal-Ftehim Multilaterali bejn il-bureaux ta’ l-assiguraturi nazzjonali ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea u Stati oħra li huma assoċjati.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fuq il-miżuri li ttieħdu biex tiġi applikata din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, it-2 ta’ April 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Frederik Bolkestein

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 103, tat-2.5.1972, p. 1. Id-Direttiva kif ġiet emendata bid-Direttiva 84/5/KEE (ĠU L 8, tal-11.1.1984, p. 17).

    [2] ĠU L 192, tal-31.7.2003, p. 23.

    --------------------------------------------------

    Top