Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0297

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Marzu 2004 li tawtorizza lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Lituwanja, l-Ungerija, il-Polonja u l-Islovakkja biex jipposponu l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE fir-rigward tal-marketing ta’ żerriegħa ta’ ċerti varjetajiet (notifikata bid-dokument numru K(2004) 962)Test b’relevanza għall-EE

    ĠU L 97, 1.4.2004, p. 66–67 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/297/oj

    32004D0297



    Official Journal L 097 , 01/04/2004 P. 0066 - 0067


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-29 ta’ Marzu 2004

    li tawtorizza lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Lituwanja, l-Ungerija, il-Polonja u l-Islovakkja biex jipposponu l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE fir-rigward tal-marketing ta’ żerriegħa ta’ ċerti varjetajiet

    (notifikata bid-dokument numru K(2004) 962)

    (Test b’relevanza għall-EE)

    (2004/297/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’ l-Islovenja u r-Repubblika ta’ l-Islovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) fih imsemmi,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’ l-Islovenja u r-Repubblika ta’ l-Islovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 fih imsemmi,

    billi:

    (1) Skond l-artikolu 42 ta’ l-Att ta’ l-adeżjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri transitorji jekk dawn il-miżuri transitorji huma neċessarji biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mir-reġim eżistenti fl-Istati Membri l-ġodda għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli veterinarji u fitosanitarji tal-Komunità. Dawk ir-regoli jinkludu r-regoli rigward il-marketing taż-żerriegħa.

    (2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-katalgu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi ta’ pjanti agrikoli [1] u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa tal-ħaxix [2] jispeċifikaw li żerriegħa ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti koperti mid-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2002/53/KE jew mill-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2002/55/KE jistgħu biss jitqegħidu fis-suq jekk it-talbiet meħtieġa ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikoli 7 u 11 ta’ dawk iż-żewġ direttivi intlaħqu.

    (3) Il-marketing ta’ żerriegħa ta’ ċerti varjetajiet ikollu jiġi projbit fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Lituwanja, l-Ungerija, il-Polonja u l-Islovakkja mid-data ta’ l-adeżjoni ‘l quddiem, jekk kemm-il darba ma tkunx tista’ tingħata deroga minn dawk id-dispożizzjonijiet.

    (4) Sabiex dawk il-pajjiżi jkunu jistgħu jieħdu u jimplimentaw il-miżuri neċessarji biex jassikuraw li dawn il-varjetajiet ġew aċċettati skond il-prinċipji tas-sistema tal-Komunità, dawn għandhom jitħallew jipposponu għal perjodu ta’ tliet snin wara d-data ta’ l-adeżjoni l-applikazzjoni tad-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE fir-rigward tal-marketing fit-territorji tagħhom ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet elenkati fil-katalgi rispettivi tagħhom, bi qbil ma’ prinċipji barra dawk tad-direttivi msemmija hawn fuq.

    (5) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-żerriegħa u l-Pjanti ta’ l-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L- Artikolu 1

    B’deroga mill-Artikolu 4(1), l-Artikolu 7 u l-Artikolu 11 tad-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Lituwanja, l-Ungerija, il-Polonja u l-Islovakkja jistgħu jipposponu għal perjodu ta’ tliet snin wara d-data ta’ l-adeżjoni l-applikazzjoni tad-direttivi msemmija fir-rigward tal-marketing fit-territorju tagħhom ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet elenkati fil-katalgi rispettivi tagħhom tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u ta’ speċi ta’ pjanti ta’ ħxejjex, li ma ġewx aċċettati uffiċjalment bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi.

    Matul dak il-perjodu, żerriegħa bħal dawn għandhom jitqiegħdu biss fis-suq fit-territorju ta’ l-Istati Membri konċernati rispettivi. Kull tabella jew dokument, uffiċjali jew ta’ natura oħra, li jitwaħħlu ma’ jew li jakkumpanjaw il-lott taż-żerriegħa skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jindikaw b’mod ċar li ż-żerriegħa hija maħsuba biex titqiegħed esklużivament fis-suq fit-territorju tal-pajjiż konċernat.

    L- Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd bla ħsara u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’ l-Islovenja u r-Repubblika ta’ l-Islovakkja.

    L- Artikolu 3

    Dan id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Marzu 2004.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 1. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 1).

    [2] ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 33. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1829/2003.

    --------------------------------------------------

    Top