This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0289
2004/289/EC: Council Decision of 22 March 2004 concerning the partial release of the conditional amount of EUR 1 billion under the ninth European Development Fund for cooperation with African, Caribbean and Pacific countries in order to establish a water facility
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2004 dwar ir-rilaxx parzjali ta' l-ammont kondizzjonali ta' EUR 1 biljun taħt id-disa' Fond għall-Iżvilupp Ewropew għall-koperazzjoni mal-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku sabiex tiġi stabbilita faċilità ta' l-ilma
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2004 dwar ir-rilaxx parzjali ta' l-ammont kondizzjonali ta' EUR 1 biljun taħt id-disa' Fond għall-Iżvilupp Ewropew għall-koperazzjoni mal-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku sabiex tiġi stabbilita faċilità ta' l-ilma
ĠU L 94, 31.3.2004, p. 57–58
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32004D0289R(01) | (HU) |
Official Journal L 094 , 31/03/2004 P. 0057 - 0058
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2004 dwar ir-rilaxx parzjali ta' l-ammont kondizzjonali ta' EUR 1 biljun taħt id-disa' Fond għall-Iżvilupp Ewropew għall-koperazzjoni mal-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku sabiex tiġi stabbilita faċilità ta' l-ilma (2004/289/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 310, flimkien mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Artikolu 1tal-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, fi ħdan il-Kunsill, fuq miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim tas-Sħubija ta' l-ACP-KE [1], Wara li kkunsidra l-Ftehim tas-SħubijaSħubija ta' l-ACP-KE iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità taħt il-Protokoll Finanzjarju tal-Ftehim tas-Sħubija ta' l-ACP-KE, iffirmat fit-18 ta' Settembru 2000, u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu (Ftehim Intern), Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Skond il-paragrafu 1 tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim tas-Sħubija ta' l-ACP-KE (Protokoll Finanzjarju), il-perjodu kopert mill-Protokoll Finanzjarju huwa ta' ħames snin li jibda fl-1 ta' Marzu 2000. Il-paragrafu 5 tal-Protokoll Finanzjarju, madankollu, jispeċifika li l-ammont totali tiegħu, issupplimentat mill-bilanċi trasferiti mill-Fondi għall-Iżvilupp Ewropew (EDFs) preċedenti, għandu jkopri l-perjodu mill-2000 sal-2007. (2) Skond l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern, kif ukoll id-Dikjarazzjoni tal-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju, annessa bħala Dikjarazzjoni XVIII mal-Ftehim tas-Sħubija ta' l-ACP-KE mill-ammont totali ta' EUR 13,5 biljuni mid-disa' EDF għall-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karaibj u tal-Paċifiku (pajjiżi ACP), EUR 12,5 biljuni biss kienu rrilaxxati mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Finanzjarju fl-1 ta' April 2003. Dan l-ammont huwa maqsum fi tlett envelops: EUR 9,259 biljuni għall-iżvilupp fit-tul, EUR 1,204 biljuni għall-koperazzjoni u l-intergrazzjoni reġjonali u EUR 2,037 biljuni għall-faċilità ta' l-investiment. (3) Skond l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern, ammont ta' EUR 1 biljun jista' jiġi rrilaxxat biss wara analiżi tal-prestazzjoni magħmula mill-Kunsill fl-2004, fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. Il-paragrafu 7 tal-Protokoll Finanzjarju kif ukoll id-Dikjarazzjoni XVIII jispeċifikaw li din l-analiżi tal-prestazzjoni għandha tkun stima tal-grad tar-realizzazzjoni tar-rabtiet u l-ħruġ ta' flus. (4) Il-livell tar-rabtiet u l-ħruġ ta' flus fl-aħħar tas-sena 2003 flimkien mal-previżjonijiet għall-perjodu bejn l-2004 u l-2007 ippreżentat mill-Kummissjoni jindika li r-risorsi tad-disa' EDF għall-pajjiżi ACP jistgħu jintrabtu kompletament, u l-ewwel porzjon tal-biljun kondizjonali jista' jiġi rilaxxat fuq il-bażi tal-prestazzjoni sallum. (5) Fid-19 ta' Mejju 2003 il-Kunsill għaraf il-bżonn li jimmobilizza livell sinifikanti ta' risorsi għall-ilma u għas-sanità u stieden lill-Kummissjoni sabiex telabora proposti prattiċi sabiex jiġu diskussi ġewwa l-UE u l-Kunsill tal-Ministri tal-ACP-KE. (6) Huwa mportanti li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet finanzjarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet għall-iżvilupp tal-millenju dwar l-aċċess għall-ilma u għas-sanità, u l-bżonnijiet għal strumenti innovattivi biex jiżdiedu risorsi addizjonali għal dan il-għan, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Kunsill jiftiehem li tiġi stabbilita faċilità ta' l-ilma għall-pajjiżi ACP. Artikolu 2 Il-Kunsill jiftiehem li għandu jikkunsidra l-ammont ta' EUR 500 miljuni mill-EUR 1 biljun kondizzjonali imsemmi fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern, għal din il-faċilità ta' l-ilma. L-ewwel allokazzjoni ta' EUR 250 miljuni għandha tiġi rilaxxata u distribwita kif ġej: 1. EUR 185 miljun għall-envelop għas-sostenn ta' l-iżvilupp fit-tul, immsemi fl-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim Intern kif ukoll fil-paragrafu 3(a) tal-Protokoll Finanzjarju, li jwassal lil dan l-envelop għal ammont totali ta' EUR 9,444 biljuni; 2. EUR 24 miljuni għall-envelop għall-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b) tal-Ftehim Intern kif ukoll fil-paragrafu 3(b) tal-Protokoll Finanzjarju, li jwassal lil dan l-envelop għal ammont totali ta' EUR 1,228 biljuni; 3. EUR 41 miljuni għall-Faċilità ta' l-Investiment, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(ċ) tal-Ftehim Intern kif ukoll fil-paragrafu 3(ċ) tal-Protokoll Finanzjarju, li jwassal lil dan l-envelop għal ammont totali ta' EUR 2,078 biljuni. Artikolu 3 Fid-dawl tar-riżultat tar-reviżjonijiet intermedji ta' l-istrateġiji tal-pajjiżi u tal-analiżi tal-prestazzjoni tal-Kunsill tal-EDF sa' l-aħħar tal-2004, il-Kunsill għandu jiddeċiedi sa' Marzu 2005: 1. dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni allokazzjoni ta' EUR 250 miljuni; 2. dwar l-użu tal-EUR 500 miljuni rimanenti mill-EUR 1 biljun kondizzjonali imsemmi fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal finijiet li għandhom jiġu miftehma. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata lill-Kunsill tal-Ministri tal-ACP. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' l-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Marzu 2004. F'isem il-Kunsill Il-President B. Cowen [1] ĠU L 317, 15.12.00, p. 376. --------------------------------------------------