This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0063
2004/63/EC: Commission Decision of 23 December 2003 amending Decision 2003/467/EC as regards the declaration that certain provinces of Italy are free of bovine brucellosis and enzootic bovine leukosis (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2003) 5063)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti provinċji ta’ l-Italja huma ħielsa mill-bruċellożi bovina u mil-leukosis enzootika bovina (notifikata taħt dokument numru K(2003) 5063)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti provinċji ta’ l-Italja huma ħielsa mill-bruċellożi bovina u mil-leukosis enzootika bovina (notifikata taħt dokument numru K(2003) 5063)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 13, 20.1.2004, pp. 32–33
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32003D0467 | Emenda | anness 2 | 23/12/2003 | |
| Modifies | 32003D0467 | Emenda | anness 3 | 23/12/2003 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Implicitly repealed by | 32021R0620 | 21/04/2021 |
Official Journal L 013 , 20/01/2004 P. 0032 - 0033
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti provinċji ta’ l-Italja huma ħielsa mill-bruċellożi bovina u mil-leukosis enzootika bovina (notifikata taħt dokument numru K(2003) 5063) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2004/63/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jeffettwawa il-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u ħnieżer [1], u b’mod partikolari l-Anness A(II)(7) u l-Anness D(I)(E) mehmuża magħha, Billi: (1) L-listi tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri dikjarati ħielsa mill-bruċellożi bovina u l- leukosis enzootika bovina huma preskritti fid-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2003/467/KE tal-25 ta’ Ġunju 2003 li jistabbilixxu l-istatus uffiċjali ħieles mit-tuberkulożi, l-bruċellożi u l- leukosis enzootika bovina ta’ ċerti Stati Membri u reġjuni ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ merħliet bovini [2]. (2) l-Italja bagħtet lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi l-konformità mal-kondizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċji ta’ Cremona, Lodi u Pavia fir-Reġjun tal-Lombardia sabiex dawn il-provinċji jistgħu jiġu dikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward ta’ merħliet bovini. (3) l-Italja bagħtet ukoll lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi l-konformità mal-kondizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċji ta’ Milano, Lodi u Cremona fir-Reġjun tal-Lombardia u l-provinċji ta’ Arezzo, Firenze, Grossetto, Livorno, Lucca, Pisa, Pistoia, Prato, u Siena fir-Reġjun tat-Toscana, sabiex dawn il-provinċji jikunu jistgħu jiġu dikjarati uffiċjalment ħielsa mill-enzootic leukosis bovina fir-rigward ta’ merħliet bovini. (4) Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mibgħuta mill-Italja, il-provinċji ta’ Cremona, Lodi u Pavia fir-Reġjun tal-Lombardia għandhom jiġu dikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bovina u l-provinċji ta’ Milano, Lodi u Cremona fir-Reġjun tal-Lombardia u l-provinċji ta’ Arezzo, Firenze, Grossetto, Livorno, Lucca, Pisa, Pistoia, Prato, u Siena fir-Reġjun tat-Toscana għandhom jiġu dikjarati uffiċjalment ħielsa mill-enzootic leukosis bovina. (5) Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata. (6) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Annessi II u III li jinsabu mad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skond l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, pġ.1977/64. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. [2] ĠU L 156, 25.06.03, p. 74. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Annessi II u III li jinsabu mad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej: 1. Fl-Anness II, il-Kapitolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: "KAPITOLU 2 REĠJUNI TA’ L-ISTATI MEMBRI UFFIĊJALMENT ĦIELSA MILL-BRUĊELLOŻI Fl-Italja: - Reġjun Emilia-Romagna: Provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Forli-Cesena, Modena, Parma, Piacenza, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini - Reġjun Lombardia: Provinċji ta’ Bergamo, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Pavia, Sondrio, Varese - Reġjun Marche: Provinċja ta’ Ascoli Piceno - Reġjun Sardinia: Provinċji ta’ Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari - Reġjun Trentino-Alto Aldige: Provinċji ta’ Bolzano, Trento Fil-Portugall: - Reġjuni awtonomi ta’ l-Azores: Il-Gżejjer ta’ Pico, Graciosa, Flores, Corvo Fir-Renju Unit: - Gran Brettanja: Ingilterra, Skozjza, Wales." 2. Fl-Anness III, il-Kapitolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: "KAPITOLU 2 REĠJUNI TA’ L-ISTATI MEMBRI LI HUMA UFFIĊJALMENT ĦIELSA MILL-ENZOOTIC LEUKOSIS BOVINA Fl-Italja: - Reġjun Emilia-Romagna: Provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Forli-Cesena, Modena, Parma, Piacenza, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini - Reġjun Lombardia: Provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Sondrio, Varese - Reġjun Marche: Provinċja ta’ Ascoli Piceno - Reġjun Toscana: Provinċji ta’ Arezzo, Firenze, Grossetto, Livorno, Lucca, Pisa, Pistoia, Prato, Siena - Reġjun Trentino-Alto Aldige: Provinċji ta’ Bolzano, Trento - Reġjun Val d’Aosta: Provinċja ta’ Aosta" --------------------------------------------------