Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0005

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek EwropejTest b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 3, 7.1.2004, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/01/2009; Imħassar b' 32009D0078

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/5(1)/oj

32004D0005



Official Journal L 003 , 07/01/2004 P. 0028 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta' Novembru 2003

li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/5/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1) F'Ġunju 2001, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet 2001/527/KE [1] u 2001/528/KE [2] li jistabbilixxu l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej u l-Kumitat tat-Titoli Ewropej rispettivament.

(2) Fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta' Frar u tal-21 ta' Novembru 2002, il-Parlament Ewropew endorsja l-avviċinament fuq erba' livelli mitkellem favuru fir-Rapport Finali tal-Kumitat ta' l-Għorrief dwar ir-regolazzjoni tas-swieq tat-titoli Ewropej u sejjaħ għalbiex jiġu estiżi ċerti aspetti ta' dan l-avviċinament għas-setturi tal-banek u ta' l-assigurazzjoniiet bla ħsara għal impenn ċar mill-Kunsill għal riforma sabiex jiġi ggarantit bilanċ istituzzjonali xieraq.

(3) Fit-3 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex timplimenta dawn l-arranġamenti fl-oqsma tal-banek u ta' l-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol u li tistabbilixxi malajr kemm jista' jkun kumitati ġodda f'kapaċità konsultattiva fejn jidħlu dawn l-oqsma.

(4) Għandu jiġi stabbilit korp indipendenti għar-riflessjoni, id-dibattitu u l-pariri għall-Kummissjoni fil-kamp tar-regolazzjoni u s-sorveljanza tal-banek.

(5) Dan il-korp, li jrid jissejjaħ il-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej, minn issa 'l quddiem riferit bħal "il-Kumitat", għandu jkkontribwixxi wkoll għall-applikazzjoni konsistenti u f'waqtha tal-leġislazzjoni Komunitarja fl-Istati Membri u għall-konverġenza tal-prattiċi tas-sorveljanza fil-Komunità kollha.

(6) Il-Kumitat għandu jippromwovi l-koperazzjoni fil-kamp tal-banek, bħalma hu l-iskambju tat-tagħrif.

(7) L-istabbiliment tal-Kumitat għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-organizzazzjoni tas-sorveljanza tal-banek jew fil-livell nazzjonli jew f'dak Komunitarju.

(8) Il-kompożizzjoni tal-Kumitat għandu jirrifletti l-oganizzazzjoni tas-sorveljanza tal-banek u għandu jqis ir-rwol tal-banek ċentrali rigward l-istabbiltà ġenerali tas-settur tal-banek fil-livell nazzjonali u Komunitarju. Għandhom ikunu identifikati biċ-ċar id-drittijiet rispettivi tal-kategoriji differenti tal-parteċipanti. B'mod partikolari, il-presidenza u d-drittijiet għall-vot għandhom ikunu rriservati lill-awtoritajiet kompetenti tas-sorveljanza ta' kull wieħed mill-Istati Membri, u l-parteċipazzjoni fid-diskussjonijiet kunfidenzjali dwar istituzzjonijiet individwali ssorveljati, meta approprjat, għandha tiġi ristretta għall-awtoritajiet kompetenti tas-sorveljanza u għall-banek ċentrali fdati b'responsabbiltajiet operattivi speċifiċi ta' l-istituzzjonijiet individwali tal-kreditu interessati.

(9) Il-Kumitat għandu jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu nnifsu u jżomm rabtiet operattivi mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE tal-5 ta' Novembru 2003 li tistabbilixxi Kumitat tal-Banek Ewropej [3].

(10) Il-Kumitat għandu jikkopera mal-kumitati l-oħra fis-settur finanzjarju, b'mod partikolari mal-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni 2004/20/KE, mal-Kumitat tas-Sorveljanza tal-Banek tas-Sistema Ewopea tal-Banek Ċentrali u mal-Groupe de Contact tas-sorveljaturi tal-banek Ewropej. B'mod partikolari, għandu jkun possibbli għall-Kumitat li jistieden osservaturi mill-kumitati l-oħra fis-settur bankarju u finanzjarju.

(11) Fi stadju bikri, il-Kumitat għandu jikkonsulta b'mod estensiv u f'manjiera miftuħa u trasparenti mal-parteċipanti tas-swieq, mal-konsumaturi u ma' l-utenti ta' l-aħħar.

(12) Kull meta l-Kumitat jipprovdi parir dwar id-disposizzjonijiet li japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-kreditu u d-ditti ta' l-investiment, għandu jikkonsulta lil dawn l-awtoritajiet kompetenti rigward is-sorveljanza tad-ditti ta' l-investiment li ma jkunux diġà rrappreżentati fil-Kumitat,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa stabbilit grupp konsultattiv indipendenti dwar l-attivitajiet tal-banek fil-Komunità, imsejjaħ "il-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej", (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat").

Artikolu 2

Ir-rwol tal-Kumitat għandu jkun dak li jagħti pariri lill-Kummissjoni, jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, f'limitu taż-żmien li l-Kummissjoni tista' tistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja, jew fuq l-inizjattiva tal-Kumitat innifsu, b'mod partikolari rigward it-tħejjija ta' l-abbozz tal-miżuri ta' implimentazzjoni fil-kamp ta' l-attivitjiet tal-banek.

Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni konsistenti tad-direttivi Komunitarji u għall-konverġenza tal-prattiċi tas-sorveljanza ta' l-Istati Membri fil-Komunità kollha.

Għandu jtejjeb il-koperazzjoni fis-sorveljanza, inkluż l-iskambju tat-tagħrif dwar istituzzjonijiet individwali ssorveljati.

Artikolu 3

Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' livell għoli mill-organizzazzonijiet li ġejjin:

(a) l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti fis-sorveljanza ta' l-istituzzjonijiet tal-keditu, minn issa 'l quddiem imsejħa "l-awtoritajiet kompetenti tas-sorveljanza";

(b) il-banek ċentrali nazzjonali fdati b'responsabbiltajiet operattivi speċifiċi għas-soveljanza ta' istituzzjonijiet individwali tal-kreditu filwaqt li jaħdmu flimkien ma' awtorità kompetenti tas-sorveljanza;

(ċ) il-banek ċentrali li ma jkunux involuti direttament fis-sorveljanza ta' istituzzjonijiet individwali tal-kreditu, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew.

Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jinnomina rappreżentanti ta' livell għoli sabiex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jinnomina rappreżentant ta' livell għoli sabiex jieħu sehem fil-Kumitat.

Il-Kummissjoni għandha tkun preżenti fil-laqgħat tal-Kumitat u għandha tinnomina rappreżentant ta' livell għoli sabiex jieħu sehem fid-dibattiti tiegħu.

Kull meta jiġi skambjat tagħrif kunfidenzjali li jirrigwarda istituzzjoni individwali ssorveljata, il-parteċipazzjoni f'din id-diskussjoni tista' tiġi ristretta għall-awtoritajiet kompetenti tas-sorveljanza u għall-banek ċentrali nazzjonali fdati b'responsabbiltajiet operattivi speċifiċi għas-sorveljanza ta' l-istituzzjonijiet individwi tal-kreditu interessati.

Il-kumitat għandu jeleġġi President minn fost ir-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet kompeteni tas-sorveljanza.

Il-Kumitat jista' jistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat.

Artikolu 4

Il-Kumitat għandu jżomm rabtiet operattivi mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni 2004/10/KE.

Jista' jistabbilixxi gruppi tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna sabiex tieħu sehem fil-gruppi tax-xogħol bħala osservatur.

Artikolu 5

Qabel ma jittrasmetti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni, il-Kumitat għandu, fi stadju bikri, jikkonsulta b'mod estensiv u f'manjiera miftuħa u trasparenti mal-parteċipanti tas-swieq, mal-konsumaturi u ma' l-utenti ta' l-aħħar.

Meta jipprovdi parir dwar id-disposizzjonijiet li japplikaw kemm għall-istituzzjonijit tal-kreditu u kemm għad-ditti ta' l-investiment, il-Kumitat għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet kollha li jkunu kompetenti rigward is-sorveljanza tad-ditti ta' l-investiment li ma jkunux diġà rrappreżentati fil-Kumitat.

Artikolu 6

Il-Kumitat għandu jissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura u jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu nnifsu. Ir-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet kompetenti tas-sorveljanza biss għandhom jirċievu d-drittijiet tal-vot.

Artikolu 8

Il-Kumitat għandu jidħol għal dmirijietu fl-1 ta' Jannar 2004.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Novembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 43.

[2] ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 45.

[3] Ara l-paġna 36 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top