This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R2304
Commission Regulation (EC) No 2304/2003 of 29 December 2003 amending Regulation (EC) No 2808/98 laying down detailed rules for the application of the agrimonetary system for the euro in agriculture
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2304/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-Ewro fl-agrikoltura
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2304/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-Ewro fl-agrikoltura
ĠU L 342, 30.12.2003, p. 6–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31998R2808 | Tlestija | artikolu 4.1 | 31/12/2003 |
Official Journal L 342 , 30/12/2003 P. 0006 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2304/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-Ewro fl-agrikoltura IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-Ewro [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) Taħt l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 [2], il-fatt operattiv għar-rata tal-kambju fil-każ ta’għajnuna għal kull ettaru hija l-bidu tas-sena tal-marketing li fir-rigward tingħata l-għajnuna. (2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 [3], jinkludi għajnuna għal prodotti agrikoli ta’l-enerġija, li tgħodd mill-1 ta’ Jannar 2004. (3) Din l-għajnuna għal prodotti agrikoli ta’l-enerġija tingħata għas-sena kalendarja u mhux għas-sena tal-marketing. Il-fatt operattiv għar-rata tal-kambju għal din l-għajnuna għandha għalhekk tiġi stabbilita. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 2808/98 għandu għaldaqshekk jiġi emendat, (5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’l-opinjonijiet tal-Kumitati tal-Ġestjoni interessati, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 It-tieni subparagrafu li ġej qed jiżdied ma’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98: "Madankollu, fil-każ ta’l-għajnuna msemmija fil-Kapitolu 5 ta’l-Intestatura IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1782/2003 [4], il-fatt operattiv għar-rata tal-kambju għandha tkun l-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha tingħata l-għajnuna." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea. Dan għandu jibda jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2000. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Diċembru 2003. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 1. [2] ĠU L 349, ta' l-24.12.1998, p. 36. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 816/2003 (ĠU L 116, tat-13.5.2003, p. 12). [3] ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 1. [4] ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 1. --------------------------------------------------