Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2010

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2010/2003 ta’ l-14 ta’ Novembru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 800/1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli

    ĠU L 297, 15.11.2003, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2010/oj

    32003R2010



    Official Journal L 297 , 15/11/2003 P. 0013 - 0014


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2010/2003

    ta’ l-14 ta’ Novembru 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 800/1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1104/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu, u d-dispożizzjonijiet korresspondenti tar-regolamenti l-oħrajn dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli,

    Billi:

    (1) Ir-regoli eżistenti fil-qafas tal-finanzjament bil-quddiem mal-ipproċessar, jipprovdi għal sistema ta’ ekwivalenza għall-prodotti bażiċi maħżuna fil-massa u l-prodotti intermedji maħżuna fil-massa u li sejrin ikunu esportati war l-ipproċessar. L-ekwivalenza tista ssir għall-prodotti mqiegħda f’lokalitajiet differenti; ekwivalenza tista ssir ukoll għall-prodotti mqiegħda fl-istess lokalità. L-ekwivalnzahija pprojbita għall-prodotti fl-istess sitwazzjonijiet, bħal ma huma huma l-prodotti tal-intervent intiżi għall-esportazzjoni. Bħala regola ġenerali, ekwivalnza mhix permissibbli fil-qafas tal-finanzjament bil-quddiem għall-ħażna, mingħajr preġudizzju tar-regolamenti tas-settur spċiiku u basta li ċerti prodotti jistgħu jkunu maħżuna fil-massa fl-istess tankijiet u lokazzjoni tal-ħażna jew ma prodotti oħrajn li jkollhom l-istess status doganali. Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 1/2003 innotat li s-sistema ta’ l-ekwivalenza hija komplessa mingħajr ħtieġa u diffiċli sabiex tkun ikkontrollata Aktar minn hekk il-Qorti sabet li r-regoli kienu ġew applikati ferm differenti fid-diversi Stati Membri, u anki f’reġjuni differenti ta’ l-istess Stati Membri. Huwa għalhekk rakkommandabbli li titneħħa l-possibiltà ta’ l-ekwivalenza mill-finanzjament bil-quddiem tal-ipproċessar.

    (2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 ta’ l-4 ta’ Marzu 1980 dwar il-pagament bil-quddiem għall-rifużjoni rigward il-prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2003 [4], introduċa ta’ rati veri tar-rendiment għall-prodotti pproċesati permezz ta’ l-arranġamenti tal-iffinanzjar bil-quddiem. Sabiex tkun tista titqies il-varjabilità fir-rendiment, huwa rakkommandabbli li tkun implementata ċerta flessibbilità meta r-rendiment iddikjarat jiriżulta aktar għoli mir-rendiment veru.

    (3) Bil-għan li tkun ipprovduta amministrazzjoni aktar effiċjenti ta’ l-applikazzjonijiet għall-pagament tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni, huwa meqjus xieraq li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjonijiet elettroniċi biss għandhom ikunu wżati.

    (4) Bil-għan li tkun issimplifikata l-proċedura amministrattiva għall-pagamenti tar-rifużjonijiet li jinvolvu kwantitajiet żgħar, il-ħtieġa li tkun formuta prova ta’ l-importazzjoni fil-kuntest ta’ talba għal dokumenti ekwivalenti għandha tkun imwarrba għal rifużjonijiet ta’ anqas minn jew indaqs ta’ EUR 2400.

    (5) Bil-għan li jkun issimplifikat it-trattament tal-files b’penalitajiet ta’ ammonti żgħar, l-ammont minimu li dwaru l-Istati Membri jistgħu iwarrbu l-irkupru għandu jkun miżjud.

    (6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2003, għandu għalhekk ikun emendat kif jixraq.

    (7) Il-Kumitati ta’ Ġestjoni kkonċernati ma tawx opinjionijiet fil-limitu taż-żmien stabbiliti mill-Presidenti tagħhom,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 800/1999 huwa emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

    (a) fil-paragrafu 3, it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi huma mħassra;

    (b) il-paragrafi 4 u 5 huma mħassra.

    2. Fl-Artikolu 35(1), is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

    "B’dana kollu meta d-differenza bejn is-somma dovuta u s-somma mħallsa bil-quddiem hija dovuta minħabba differenza bejn ir-rata tar-rendiment iddikjarata fid-dikjarazzjoni tal-pagament u r-rata tar-rendiment akwistat wara l-ipproċessar, iż-żieda ta’ 15 % referuta fit-tieni subparagrafu m’għandhiex tkun applikabbli jekk id-differenza bejn ir-rati tar-rendiment tkun anqas minn 2 %.

    L-Artikolu 51 m’għandux ikun applikabbli meta jkun hemm differenza bejn ir-rata tar-rendiment iddikjarat u r-rata tar-rendiment akkwistat wara l-ipproċessar."

    3. L-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

    (a) fil-paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud wara it-tieni subparagrafu:

    "B’dankollu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjonijiet għar-rifużjonijiet għandhom isiru esklussivament bl-użu tal-metodi referuti fit-tieni subparagrafu.";

    (b) fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), "EUR 1200" huwa mibdul bi "EUR 2400".

    4. Fl-Artikolu 51(9), "EUR 60" huwa mibdul bi "EUR 100".

    5. Fl-Artikolu 52(3), "EUR 60" huwa mibdul bi "EUR 100".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 1(1) għandu jkun japplika għall-prodotti koperti b’dikjarazzjoni tal-pagament aċċettata qabel l-1 ta’ Jannar 2004.

    L-Artikolu 1(2) għandu jkun japplika għall-prodotti koperti b’dikjarazzjoni tal-pagament aċċettata qabel l-1 ta’ Ottubru 2003.

    L-Artikolu 1(3), (4) u (5) għandu jkun japplika għall-prodotti koperti b’dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni aċċettata sa mill-1 ta’ Diċembru 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Novembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.

    [2] ĠU L 158, tas-27.6.2003, p. 1.

    [3] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.

    [4] ĠU L 67, tat-12.3.2003, p. 3.

    [5] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11.

    --------------------------------------------------

    Top