Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1392

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2003 ta’ l-4 ta’ Awissu 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 fir-rigward ta’ liċenza ta’ l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

    ĠU L 197, 5.8.2003, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1282

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1392/oj

    32003R1392



    Official Journal L 197 , 05/08/2003 P. 0003 - 0004


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2003

    ta’ l-4 ta’ Awissu 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 fir-rigward ta’ liċenza ta’ l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 806/2003 [2] u partikolarment l-Artikolu 31 (14) tiegħu,

    billi:

    (1) l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jippreskrivi regoli komuni dettaljati li japplikaw għas-sistema ta’ ħlasijiet lura (rifużjonijiet) fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 500/2003 [4], igħid illi m’ għandha tingħata l-ebda rifużjoni fuq prodotti li mhumiex ta’ kwalità tajba kapaċi li jitpoġġew fuq is-suq fil-jum li fih issir l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni. Biex jiġi assigurat li din ir-regola hija applikata b’mod uniformi għandu jiġi stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2003 [6], li biex tingħata rifużjoni fuq il-prodotti li huma indikati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa għall-prodotti u tpoġġija fuq is-suq placing ta’ ħalib mhux ipproċessat, ħalib li jkun ġie ittrattat bis-sħana u prodotti li jkunu ibbażati fuq il-ħalib [7], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 94/71/KE [8], u li jidhru fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandhom jiġu ippreparati skond il-ħteġijiet ta’ dik id-Direttiva u li fuqhom ikollhom il-marka tas-sanità kif mitlub f’dik id-Direttiva.

    (2) M’ għandhiex tiġi mbiddla r-rotta tal-kummerċ bil-għan illi tiġi maħruba l-osservanza ta’ din ir-regola l-ġdida, għandu jiġi stipulat illi l-prodotti indikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 li jkunu ser jintużaw bħala għalf ta’ l-annimali għandhom ukoll, jekk ikun hemm pretensjoni ta’ rifużjoni fuqhom, ikunu ġew preparati skond il-ħteġijiet tad-Direttiva 92/46/KEE u jkollu fuqu l-marka tas-sanità mitlub fiha.

    (3) Biex jingħata żmien għall-azzjoni li tkun trid tittieħed biex b’ hekk il-prodotti li jkunu jridu jiġu esportati jkollhom fuqhom il-marka tas-sanità u jippermettu li l-ħażniet eżistenti li għandhom jiġu esportati u ippakkjati u li ma jkollhom il-marka jkunu jistgħu jiġu eżawriti, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar, 2004.

    (4) Ir-Regolament (KE) Nru 174/1999 għandu jiġi emendat skond ma ġie stabbilit hawn fuq.

    (5) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dan il-paragrafu 4 li ġej għandu jinżied ma’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999;

    "4. Biex tingħata rifużjoni fuq il-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 il-prodotti għandhom jilħqu l-ħteġijiet tad-Direttiva 92/46/KEE, prinċiparjament il-preparazzjoni fi stabbiliment approvat u l-osservanza tal-ħteġijiet tal-marka tas-sanita’ kif speċifikat f’punt A tal-Kapitolu IV ta’ l-Anness C tiegħu."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet gurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandhom jibdew igħoddu mill-1 ta’ Jannar 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Awissu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.99, p. 48.

    [2] ĠU L 122, tas-16.5.3, p. 1.

    [3] ĠU L 102, tas-17.4.99, p. 11.

    [4] ĠU L 74, ta' l-20.3.3, p. 19.

    [5] ĠU L 20, tas-27.1.99, p. 8.

    [6] ĠU L 120, tal-15.5.3, p. 18.

    [7] ĠU L 268, ta' l-14.9.92, p. 1.

    [8] ĠU L 368, tal-31.12.94, p. 33.

    --------------------------------------------------

    Top