EUR-Lex L'accès au droit de l'Union européenne

Retour vers la page d'accueil d'EUR-Lex

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 32003R0668

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2003 tal-11 ta’ April 2003 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ additiv fl-għalf tal-bhejjemTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 96, 12.4.2003, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Statut juridique du document Plus en vigueur, Date de fin de validité: 06/11/2017; Imħassar b' 32017R1896

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/668/oj

32003R0668



Official Journal L 096 , 12/04/2003 P. 0014 - 0015


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2003

tal-11 ta’ April 2003

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ additiv fl-għalf tal-bhejjem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tikkonċerna l-additivi fl-għalf tal-bhejjem [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 [2], u b’mod partikolari b’L-Artikoli 3 u 9d tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva 70/524/KEE titlob li l-ebda addittiv ma jitpoġġa fiċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba ma tingħatax awtorizzazzjoni mill-Komunità.

(2) Awtorizzazzjoni permanenti għal addittiv awtorizzat diġa għall-użu fl-għalf tal-bhejjem tista’ tingħata jekk il-kondizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 3a tad-Direttiva jkunu milħuqa.

(3) Il-preparazzjoni ta’ enżima mniżżla f’dan ir-Regolament kienet proviżorjament awtorizzata għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98/ [3] skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/113/KE [4], wara opinjoni favorevoli mill-Kumitat Xjentifiku għan-Nutrizzjoni ta’ l-Annimali (SCAN), b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà tal-prodott. L-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ dan l-additiv ġiet estiża sat-30 ta’ Ġunju 2004 [5] skond id-Direttiva 70/524/KEE.

(4) Data ġdida ġiet sottomessa mill-kumpanija produttriċi favur applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mingħajr żmien limitat għall-preparazzjoni ta’ l-enżima kif imniżżel f’dan ir-Regolament.

(5) Fl-4 ta’ Diċembru 2002, SCAN tat opinjoni faverovoli fuq l-effikaċja tal-preparazzjoni ta’ l-enżima taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness.

(6) B’konsiderazzjoni ta’ l-opinjoni ta’ l-iSCAN, l-istima ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni sottomessa fir-rigward tal-preparazzjoni ta’ l-enżima, turi li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE huma milħuqa. Dik il-preparazzjoni għandha għalhekk tiġi awtorizzata għal perijodu mingħajr limitu ta’ żmien.

(7) L-istima ta’ l-applikazzjoni turi li għandhom ikunu meħtieġa ċertu proċeduri li jipproteġu l-ħaddiema mill-esposizzjoni ta’ l-additiv imniżżel fl-Anness. Madankollu, din it-tip ta’ protezzjoni għandha tkun assigurata bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurta u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol [6].

(8) Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp "Enżimi’" kif imniżżel fl-Anness hija awtorizzata għall-użu bħala additiv fl-għalf tal-bhejjem taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ April 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

[2] ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1.

[3] ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 15.

[4] ĠU L 334, tal-31.12.1993, p. 17.

[5] L-aħħar estensjoni fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2200/2001 (ĠU L 299, tal-15.11.2001, p. 1).

[6] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Nru (jew Nru KE) | Additiv | Formula kimika, deskrizzjoni | Speċi jew kategorija ta' annimal | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Dispożizzjonijiet oħra | Tmiem il-perijodu ta' awtorizzazzjoni |

Unitajiet ta' attivita/kg ta' għalf tal-bhejjem lest | Unitajiet ta' attivita/kg ta' għalf tal-bhejjem lest |

Enżimi

1601 | Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta- xylanase EC 3.2.1.8 | Preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodott bl-Aspergillus niger) (NRRL 25541) li għandu attivita minima ta': endo-1,3 (4)-beta-glucanase1100 U/gendo-1,4-beta-xylanase1600 U/g | Tiġieġ għas-simna | - | endo-1,3(4)-beta-glucanase: 138 U endo-1,4-beta-xylanase: 200 U | - | 1.Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u t-taħlit ta' qabel, indika it-temperatura tal-ħażna, it-tul ta' żmien kemm jistgħu idumu maħżuna, u l-istabilita għat-tgerbib f'boċċi żgħar.2.Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta' għalf tal-bhejjem lest:endo-1,3(4)-beta-glucanase: 138 Uendo-1,4-beta-xylanase: 200 U.3.Għall-użu f'għalf kompost għani fil-polisakkaridi mingħajr lamtu (prinċipalment arabi-noxylans u beta-glucans), per eżempju dieta varjata li jkun fiha ċ-ċereali (eż. xgħir, qamħ, rye, triticale) | Mingħajr limitu ta' żmien |

--------------------------------------------------

Haut