Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0355

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 355/2003 ta’ l-20 ta’ Frar 2003 fuq l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv avilamycin fl-għalf tal-bhejjemTest b’rilevanza għall-FEE

    ĠU L 53, 28.2.2003, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/355/oj

    32003R0355



    Official Journal L 053 , 28/02/2003 P. 0001 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 355/2003

    ta’ l-20 ta’ Frar 2003

    fuq l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv avilamycin fl-għalf tal-bhejjem

    (Test b’rilevanza għall-FEE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tikkonċerna l-addittivi fl-għalf tal-bhejjem [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha.

    Billi:

    (1) L-Artikolu 2(aaa) tad-Direttiva 70/524/KEE jirrikjedi li l-awtorizzazzjonijiet għall-anti-bijotiċi jkunu relatati mal-persuna li tkun responsabbli li poġġiethom fiċ-ċirkolazzjoni.

    (2) L-Artikolu 9 ta’ l-imsemmija Direttiva jipprovdi li s-sustanza relatata mal-persuna li tkun reponsabbli li poġġietha fiċ-ċirkolazzjoni tista’ tkun awtorizzata għal perjodu ta’ 10 snin sakemm il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3a ta’ l-imsemmija Direttiva jkunu milħuqa.

    (3) L-istima tad-dokument mogħti fir-rigward tal-preparazzjoni ta’ l-anti-bijotiku deskritt fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, juri illi l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3a ta’ l-imsemmija Direttiva huma sodisfatti, u li għaldaqstant il-prodott jista’ jiddaħħal fil-Kapitolu I tal-lista ta’ l-addittivi fl-għalf tal-bhejjem skond l-Artikolu 9t(b) ta’ l-imsemmija Direttiva. Din il-lista tipprovdi għal addittivi awtorizzati għal perjodu ta’ 10 snin.

    (4) II-Komunikazzjoni tal-Kummisjoni ta’ Lulju 2001 dwar strateġija tal-Kommunità kontra resistenza antimikrobiku jistabilixxi l-elementi għal politika effettiva kontra reżistenza antimikrobiku. Waħda minn dawn l-elementi hija li tibbanja mill-1 ta’ Jannar 2006 l-użu ta’ anti-bijotiċi fl-għalf tal-bhejjem bħala promotur ta’ l-iżvilupp.

    (5) Il-Kommisjoni resqet proposta għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali li tipprovdi għal tneħħija gradwali ta’ l-użu ta’ l-anti-bijotiċi fl-għalf tal-bhejjem bħala promotur ta’ l-izvilupp. Il-Parlament Ewropew waqt l-ewwel qari tal-proposta appoġġa tneħħija gradwali. Il-Kunsill f’ Diċembru 2002 laħaq ftehim politiku bl-għan ta’ l-adozzjoni ta’ pożizzjoni komuni li tiprovdi għas-sospensjoni ta’ l-użu ta’ l-anti-bijotiċi bħala promoturi ta’ l-iżvilupp sa l-1 ta’ Jannar 2006. Id-dewmien ta’ l-awtorizzazzjoni previst f’din ir-Regulazzjoni hija għalhekk x’aktarx li tkun sostanzjalment imnaqsa bl-effett ta’ l-adozzjoni tar-Regolamenti l-ġodda li jirregolaw l-użu ta’ l-additivi fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali,

    (6) Fin-nuqqas ta’ l-opinjoni favorevoli tal-Kumitat Permanenti fuq il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali, il-Kummisjoni ma irnexxilhiex taddotta d-dispożizzjonijiet li hija ipprevediet taħt il-proċedura stabbiliti fl-Artikolu 23 ta’ l-imsemmi Direttiva,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-addittiv avilamycin li jappartjeni mall-grupp "Anti-bijotiċi" imniżżel fl-Anness ser ikun awtorizzat għall-użu bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ il-ġurnata ta’ wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 20 Frar 2003.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Drys

    [1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar amendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1756/2002 (ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Reġistrazzjoni Numru ta' l-addittiv | Isem u reġistrazzjoni Nru tal-persuna responsabbli li poġġa l-addittiv fiċ-ċirkolazzjoni | Addittiv (isem tal-kummerċ) | Kompożizzjoni, formula kimiku, deskrizzjoni | speċi jew kategorija ta' l-annimali | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Dispożizzjonijiet oħra | Tmiem ta' perjodu ta' l-awtoriżazzjoni |

    mg/kg tal-għalf tal-bhejjem komplut | mg/kg tal-għalf tal-bhejjem komplut |

    Anti-bijotiċi

    E 717 | Eli Lilly and Company Ltd | Avilamycin: 200 g/kg (Maxus G200, Maxus 200)Avilamycin: 100 g/kg (Maxus G100, Maxus 100) | Kompożizzjoni ta' l-Addittiv: Avilamycin: 200 g activity/kgŻejt tas-sojja jew żejt minerali: 5 sa 30 g/kgQoxra tas-sojja qs 1 kgAvilamycin: 100 g attività/kgŻejt tas-sojja jew żejt minerali: 5 sa 30 g/kgQoxra tas-sojja qs 1 kg | Dundjani | – | 5 | 10 | – | ta' l-20.1.2013 |

    Sustanza Attiva: C57-62H82-90Cl1-2O31-32,SAK Nru ta' avilamycin A: 69787-79-7SAK Nru ta' avilamycin B: 73240-30-9Taħlita ta' oligosaccharides ta' l-orthoso-mycin group magħmul minn Streptomyces viri-dochromogenes,(NRRL 2860) in granularform. |

    Kompożizzjoni tal-fattur: Avilamycin A: 60 %Avilamycin B: 18 %Avilamycin A + B: 70 %Singolu ieħor ta' l-avilamycins: 6 % |

    --------------------------------------------------

    Top