Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0003

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2003 tad-19 ta’ Diċembru ta’ l-2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 153/2002 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq parti waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq il-parti l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Intermedju bejn il-Komunità’ Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

ĠU L 1, 4.1.2003, p. 30–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2015; Imħassar b' 32015R0941

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/3/oj

32003R0003



Official Journal L 001 , 04/01/2003 P. 0030 - 0033


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2003

tad-19 ta’ Diċembru ta’ l-2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 153/2002 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq parti waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq il-parti l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Intermedju bejn il-Komunità’ Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità’ Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkonsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kunsill huwa fil-proċess li jikkonkludi Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq parti waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq il-parti l-oħra, li kien iffirmat f’Lussimburgu fid-9 ta’ April ta’ l-2001 (hawnhekk iżjed il quddiem msejjaħ il-"Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni").

(2) Sadanittant fid-9 ta’ April ta’ l-2001 il-Kunsill ikkonkluda Ftehim Intermedjarju dwar in-negozju u oqsma li jittrattaw in-negozju ben il-Komunità’ Ewropea, fuq parti waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq il-parti l-oħra [1], li jipprovdi dħul kmieni fis-seħħ ta’ negozju u dispożizzjonijiet li jittrattaw in-negozju tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ "Ftehim Intermedjarju"). Il-Ftehim Intermedjarju daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju ta’ l-2001.

(3) Regolament (KE) Nru 153/2002 [2] jistabbilixxi ċerti proċeduri għall-applikazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Huwa, madankollu, neċessarju li jkunu stabbiliti proċeduri għall-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet addizzjonali ta’ dan il-Ftehim.

(4) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżercizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [3].

(5) Għal dak li jirrigwarda miżuri ta’ difiża tan-negozju, huwa adegwat li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet specifici li jikkonċernaw regoli ġenerali provduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li jifqgħu s-suq minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [4].

(6) Dan ir-Regolament għandu jkompli japplika wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

F’Regolament (KE) Nru 153/2002 l-Artikolu segwenti għandhom jiddaħħlu:

"Artikolu 7a

Klawżola ta’ protezzjoni ġenerali u klawżola ta’ nuqqas

1. Fejn Stat Membru jeħtieġ li l-Kummissjoni tieħu miżuri kif provduti fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hawnhekk ‘il quddiem l-Artikolu 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, bħala sostenn għat-talba tiegħu, bl-informazzjoni meħtieġ sabiex jiġġustifikaha.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Konsultattiv stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 [5] (hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ" il-Kumitat’).

3. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 sa 7 tad-Deciżjoni 1999/468/KE.

4. Il-Kumitat għandu jaddotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

5. Fejn il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizzjattiva tagħha stess, issib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huma mwettqa, għandha:

- tinforma lill-Istati Membri mall-ewwel jekk tkun qegħda taġixxi fuq l-inizzjattiva tagħha stess jew, jekk qegħda tirrispondi għal talba li għamel Stat Membru, fi żmien ħamest ijiem tad-data ta’ l-irċevuta ta’ dik it-talba,

- tikkonsulta lill-Kumitat tal-miżuri proposti,

- fl-istess ħin tinforma lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u għandha tinnotifikha tal-ftuħ tal-konsultazzjonijiet fil-Kunsill Koperattiv, u minn hemmhekk il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kif provdut fl-Artikolu 24(4) u l-Artikolu 25(3) tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 37(4) u l-Artikolu 38(3) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni,

- fl-istess ħin tipprovdi lill-Kunsill koperattiv, u minn hemmhekk lill-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fl-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawn il-konsultazzjonijiet kif provdut fl-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 25(3) tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 37(3) u l-Artikolu 38(3) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

6. Fit-tlestija tal-konsultazzjonijiet u jekk l-ebda ftehim ieħor ma jidher li huwa possibbli, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Kumitat, tista’ tiddeciedi dwar miżuri xierqa kif provduti fl-Artikolu 24 u 25 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Dik id-Deciżjoni għandha tkun innotfikata mall-ewwel lill-Kunsill; għandha tkun notifikata wkoll lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Din id-Deciżjoni għandha tkun applikata immedjatament.

7. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jirreferi d-Deciżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 6 lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol minn notifikazzjoni tagħha.

Il-Kunsill, li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu Decizjoni differenti fi żmien xaharejn.

8. Jekk il-Kummissjoni tiddeciedi li ma tieħux miżuri kif provduti fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, għandha tinforma lill-Kunsill ta’ dan fi żmien ħamest ijiem mill-irċevuta tat-talba mill-Istat Membru.

Kwalunkwe Stat Membru jista’ jirreferi dik id-Deciżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem minn notifikazzjoni tagħha.

Jekk il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jindika l-ħsieb tiegħu li jaddotta Deciżjoni differenti, il-Kummissjoni għandu jinforma lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja mall-ewwel ta’ dan u għandu jinnotifikaha tal-ftuħ tal-konsultazzjonijiet fil-Kunsill ta’ Koperazzjoni, u minn hemmhekk il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kif provdut fl-Artikolu 24(3) u (4) u l-Artikolu 25(3) tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 37(3) u (4) u l-Artikolu 38(3) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

9. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu Deciżjoni differenti differenti fi żmien xaharejn mill-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-Kunsill tal-Koperazzjoni, u minn hemmhekk il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

10. Il-konsultazzjonijiet fil-Kunsill ta’ Koperazzjoni, u minn hemmhekk il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom ikunu meqjusa li huma lesti 30 jum wara n-notifikazzjoni msemmija f’paragrafi 5 u 8.

Artikolu 7b

Cirkostanzi eċċezzjonali u kritici

1. Fejn iseħħu cirkostanzi eċċezzjonali u kritici fit-tifsira ta’ l-Artikolu 24(4)(b) u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 37(4)(b) u l-Artikolu 38(4) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif provdut fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Jekk il-Kummissjoni tircievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu Deciżjoni fuq dan fi żmien ħamest ijiem mill-irċevuta tat-talba.

2. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kummissjoni tad-Deciżjoni tagħha.

3. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jirreferi id-Deciżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem mill-irċevuta tan-notifikazzjoni tad-Deciżjoni.

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu Deciżjoni differenti fi żmien xaharejn.

Artikolu 7c

Klawżola ta’ protezzjoni għal prodotti agrikoli u tas-sajd

Minkejja l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 7a u 7b, miżuri neċessarji li jikkonċernaw prodotti ta’ l-agrikolutra u s-sajd fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 17 jew 24 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikoli 30 jew 37 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet fl-Annessi li jkopru dawn il-prodotti kif ukoll ta’ Protokoll 3, jistgħu jittieħdu skond proċeduri provduti bir-regoli relevanti li jistabbilixxu organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew swieq tas-sajd u prodotti tal-kultura tal-baħar, jew f’dispożizzjonijiet specifici addottati ma’ l-Artikolu 308 tat-Trattat u applikabbli għal prodotti li jirriżultaw mill-proċessar ta’ prodotti ta’ l-agrikoltura u s-sajd, provduti fil-kondizzjonijiet stabbiliti ma’l-Artikolu 17 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 30 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew l-Artikolu 24(3), (4) u (5) tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 37(3), (4) u (5) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huma milħuqa.

Artikolu 7d

Dumping

F’każ ta’ prattika li hija responsabbli li tkun mogħtija applikazzjoni mill-Kumitat tal-miżrui provduti fl-Artikolu 23(1) tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 36(1) tal-Ftehim ta’ stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, l-introduzzjoni ta’ miżuri kontra d-dumping għandhom ikunu miftehma fuqhom in konformita’ mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru ta’ l-1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità’ Ewropea [6] u l-proċedura provduta fl-Artikolu 23(2) tal-Ftehim Intermedjarju u minn hemmhekk l-Artikolu 36(2) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Artikolu 7e

Kompetizzjoni

1. Fil-każ ta’ prattika li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Komunità’ ta’ miżuri provduti fl-Artikolu 33 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 69 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni wara li jeżamina l-każ, fuq inizzjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, għandu jiddeciedi jekk tali prattika hijix kompattibbli mall-Ftehim. Fejn neċessarju għandu jipproponi l-addozzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni lill-Kunsill, li għandu jaġixxi in konformita’ mall-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 133 tat-Trattat, ħlief fil-każijiet ta’ għajuna għal liema Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux Membri tal-Komunità’ Ewropea [7] japplika, meta miżuri għandhom jittieħdu skond il-proċeduri stabbiliti f’dak ir-Regolament. Miżuri għandhom jittieħdu biss taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33(5) tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 69(5) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

2. Fil-każ ta’ prattika li tista’ tikkawża li miżuri jkunu applikati lill-Komunità’ minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 69 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni, wara li teżmina l-każ, għandha tiddeciedi jekk il-prassi humix kompattibbli mall-principji stabbiliti fil-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Fejn neċessarju, għandha tieħu deciżjonijiet xierqa fuq il-bażi ta’ kriterji li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81, 82 u 87 tat-Trattat.

Artikolu 7f

Frodi jew nuqqas ta’ provvista ta’ koperazzjoni amministrattiva

1. Għall-għanijiet ta’ interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 29 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 42 tal-Ftehim ta’ stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, nuqqas li tkun provduta koperazzjoni amministrattiva kif meħtieġa għall-verifikazzjoni ta’ prova ta’ oriġini għandha tfisser, inter alia:

- in-nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva, bħal nuqqas li jkunu provduti ismijiet u indirizzi ta’ awtoritajiet tad-dwana jew tal-gvern responsabbli għall-ħruġ u verifiki ta’ ċertifikati ta’ oriġini, jew kampjuni ta’ timbri użati li jawtentikaw Iċ-ċertifikati, jew in-nuqqas li tkun aġġornata informazzjoni fejn adegwat,

- nuqqas ripetut jew nuqqas ta’ azzjoni fil-verifikazzjoni ta’ l-istat ta’ oriġini ta’ prodotti u t-twettiq tal-ħtiġijiet l-oħra tal-Protokoll 4 tal-Ftehim u l-identifikazzjoni jew nuqqas ta’ kontravenzjoni tar-regoli ta’ oriġini,

- rifjut ripetut jew dewmien bla meħtieġ li jesegwixxu, fuq talba tal-Kummissjoni, verifikazzjoni sussegwenti tal-prova ta’ oriġini u li jikkommunikaw ir-riżultati tagħha fil-ħin,

- rifjut ripetut jew dewmien bla meħtieġ li tkun miġjuba l-awtorizzazzjoni sabiex ikunu imwettqa l-missjonijiet ta’ koperazzjoni amministrattivi u investigattivi f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sabiex tkun verifikata l-awtenticita’ ta’ dokumenti jew l-eżattezza ta’ informazzjoni relevanti għall-għotja ta’ trattament speċjali mogħti taħt il-Ftehim, jew li jkun esegweit jew irranġat għall-inkjesti xierqa sabiex ikunu iddentifikati kew imbegħda kontravenzjonijiet tar-regoli ta’ oriġini,

- nuqqas ripetut għall-konformita’ mad-dispożizzjonijiet ta’ Protokoll 5 dwar l-għajnuna amministrattiva komuni f’materji ta’ dwana sakemm huwa relevanti għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tan-negozju tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

2. Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ informazzjoni provduta minn Stat Membru jew fuq inizzjattiva tagħha stess, issib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 42 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, huma mwettqa għandha:

- tinforma lill-Kunsill,

- tidħol immedjatament f’konsultazzjonijiet ma’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sabiex issib soluzzjoni adegwata kif provduta f’dawn id-dispożizzjonijiet.

Madankollu, tista’:

- issejjaħ lill-Istati Membri sabiex jieħdu tali miżuri ta’ kawtela kif huma neċessarji sabiex jipproteġġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità’,

- tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jistqarr li hemm bażijiet għal dubji raġonevoli dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 29 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 42 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

3. Pendenti soluzzjoni sodisfaċenti komuni li ntlaħqet fil-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tiddeciedi dwar miżuri xierqa oħra li tikkonsidrhom neċessarji in konformita’ ma’ l-Artikolu 29 tal-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk l-Artikolu 42 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kif ukoll mall-proċedura msemmija fil-paragrafu 5.

4. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Kodici tad-Dwana stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 [8].

5. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 sa 7 tad-Deciżjoni 1999/468/KE.

6. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 7g

In-Notifika

Notifika lill-Kunsill ta’ Koperazzjoni, u minn hemmhekk il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, rispettivament, kif mitlub fil-Ftehim Intermedjarju, u minn hemmhekk il-ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tkun ir-responsabbilita’ tal-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità’."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 19 ta’ Diċembru ta’ l-2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

L. Espersen

[1] ĠU L 124, 04.05.01, p. 2.

[2] ĠU L 25, 29.01.02, p. 16.

[3] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

[4] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 1).

[5] ĠU L 349, 31.12.94, p. 53. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2474/2000 (ĠU L 286, 11.11.00, p. 1).

[6] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 1).

[7] ĠU L 288, 21.10.97, p. 1. Ir-Regolament kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1973/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 4).

[8] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

--------------------------------------------------

Top