This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0027
Commission Directive 2003/27/EC of 3 April 2003 on adapting to technical progress Council Directive 96/96/EC as regards the testing of exhaust emissions from motor vehicles (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/27/KE tat-3 ta' April 2003 dwar l-addattament għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE rigward it-testijiet ta' l-emissjonijiet ta' l-exhaust mill-vetturi bil-muturTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/27/KE tat-3 ta' April 2003 dwar l-addattament għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE rigward it-testijiet ta' l-emissjonijiet ta' l-exhaust mill-vetturi bil-muturTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 90, 8.4.2003, p. 41–44
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31996L0096 | Emenda | anness 2 | 28/04/2003 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32009L0040 |
Official Journal L 090 , 08/04/2003 P. 0041 - 0044
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/27/KE tat-3 ta' April 2003 dwar l-addattament għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE rigward it-testijiet ta' l-emissjonijiet ta' l-exhaust mill-vetturi bil-mutur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE tal-20 ta' Diċembru 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/11/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tagħha, Billi: (1) Il-programmi ta' l-Auto-Oil, li kienu nbdew fis-sena 1992 sabiex jipprovdu bażi analitiku sabiex jiġu stabbiliti l-istandards ta' l-emissjonijiet mill-vetturi u tal-kwalità tal-karburanti għas-sena 2000 u iktar 'il bogħod minnha, u sabiex jinkisbu l-miri tal-kwalità ta' l-arja b'punt fokali partikolari dwar it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet mill-vetturi tat-trasport bit-triq, identifikaw il-manutenzjoni standard tal-vetturi bil-mutur bħala fattur prinċipali fl-effett tat-traffiku fuq il-kwalità ta' l-arja. (2) Id-Direttiva 96/96/KE tispeċifika t-testijiet li jridu jitwettqu waqt spezzjonijiet speċifiċi sabiex jiċċekkjaw illi l-emissjonijiet kemm mill-vetturi li jaħdmu bil-petrol u kemm dawk li jaħdmu bid-diesel għadhom f'limiti aċċettabbli. (3) Kien ġie stabbilit mill-Kummissjoni u minn organizzazzjonijiet rilevanti oħra grupp tax-xogħol ta' esperti mill-Kumitat ta' l-Ispezzjon tal-Vetturi bil-Mutur (CITA) u ltaqa' matul is-sena 2000. Il-grupp eżamina l-għażliet sabiex jiġu emendati l-limiti għat-testijiet ta' l-emissjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 96/96/KE u fid-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar l-ispezzjon tekniku ta' maġenb it-triq għall-kwalità tajba għat-triq tal-vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fil-Komunità [3] sabiex jiġi stabbilit jekk jistgħux jiġu rrealizati benefiċċja mtejba għall-ambjent. Il-Grupp ikkonkluda illi l-limiti stabbiliti korrentement huma b'mod li ma jvarjax ħafna iktar milli l-vettura hija kappaċi li tikseb fil-prattika, sakemm tkun miżmuma fl-ordni kif jixraq:il-limiti korrenti mhumiex għalhekk effettivi daqs kemm jistgħu jkunu sabiex jiffaċilitaw il-kxif ta' l-emittaturi bil-goff, jiġifieri l-vetturi li l-emissjonijiet ta' l-exhaust tagħhom huma mill-inqas 50 % iktar milli jkun mistenni minn vettura miżmuma fl-ordni kif jixraq. (4) Il-miżuri pprovvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-kumitat għall-addattament għall-progress tekniku tad-Direttiva dwar it-testijiet għall-kwalità tajba fuq it-triq tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom istitwiti bl-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/96/KE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA Artikolu 1 L-Anness II mad-Direttiva 96/96/KE huwa emendat kif iddikjarat fl-Anness ma' din id-Direttiva Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkoformaw ma' din id-Direttiva l-iktar tard sa l-1 ta' Jannar 2004. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri Magħmula fi Brussel, fit-3 ta'April 2003. Għall-Kummissjoni, Loyola De Palacio Viċi-President [1] ĠU L 46, tas-17.2.1997, p. 1. [2] ĠU L 48, tas-17.2.2001, p. 20. [3] ĠU L 203, ta' l-10.8.2000, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Ir-raba' inċiż tal-punt 7.10 ta' l-Anness mad-Direttiva 96/96/KE jiġi mibdul b'dan li ġej: "- Iċċekkja kulmeta prattikabbli illi l-mezz li jillimita l-veloċità jipprevjieni l-vetturi msemmija fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/6/KEE milli jaqbżu l-valuri stabbiliti." Il-punt 8.2 tad-Direttiva 96/96/KE jiġi mibdul b'dan li ġej: "8.2. L-emissjonijiet mill-exhaust 8.2.1. Il-vetturi bil-mutur mgħammra b'magni li jaqbdu b'mod pożittiv u jieħdu l-petrol bħala karburant (a) meta l-emissjonijiet mill-exhaust ma jkunux ikkontrollati b'sistema avvanzata tal-kontroll ta' l-emissjonijiet bħala konvertitur katalitiku ta' tliet direzzjonijiet li huwa sonda lambda kkontrollata 1. Spezzjon viżwali tas-sistema ta' l-exhaust sabiex jiġi ċċekkjat li hija f'kondizzjoni kompleta u sodisfaċenti u li ma għandhiex tnixxijiet 2. Spezzjon viżwali ta' kull tagħmir tal-kontroll ta' l-emissjonijiet imwaħħal mill-fabbrikant sabiex jiġi ċċekkjat illi huwa f'kondizzjoni kompleta u sodisfaċenti u li ma hemm l-ebda tnixxijiet. Wara perjodu raġjonevoli taż-żmien tal-kondizzjonament tal-mutur (filwaqt li jitqiesu r-rakkommandazzjonijiet tal-fabbrikant) jiġi mkejjel il-kontenut tal-karbonju monossidu (CO) tal-gassijiet ta' l-exhaust meta l-mutur tkun taħdem mingħajr ma timxi (mingħajr tagħbija). Il-kontenut massimu ta' CO permissibbli fil-gassijiet ta' l-exhaust huwa dak iddikjarat mill-fabbrikant tal-vettura. Meta ma jkunx disponibbli dan it-tagħrif jew meta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jużawhx bħala valur tar-riferiment, il-kontenut tal-CO me jridx jaqbeż dan li ġej: (i) għall-vetturi rreġistrati jew imdaħħla għax-xogħol għall-ewwel darba bejn id-data li minnha l-Istati Membri ħtieġu lill-vetturi li jikkonformaw mad-Direttiva 70/220/KEE [1] u l-1 ta' Ottubru 1986: CO - 4,5 % vol. (ii) Għall-vetturi rreġistrati jew imdaħħla għax-xogħol għall-ewwel darba wara l-1 ta' Ottubru 1986 - 3,5 % vol. (b) Meta l-emissjonijiet mill-exhaust ikunu kkontrollati minn sistema avvanzata tal-kontroll ta' l-emissjonijiet hekk illi kovertitur katalitiku ta' tliet direzzjonijiet li jkun sonda lambda kkontrollata: 1. Spezzjon viżwali tas-sistema ta' l-exhaust sabiex jiġi ċċekkjat li jkun f'kondizzjoni kompleta u sodisfaċenti u li ma jkunx hemm tnixxijiet. 2. Spezzjon viżwali ta' kull tagħmir li jokkontrolla l-emissjonijiet imwaħħal mill-fabbrikant sabiex jiġi ċċekkjat illi huwa fi stat komplet u sodisfaċenti u li ma jkunx hemm tnixxijiet. 3. Il-mod kif tiġi stabbilita l-effiċjenza tas-sistema tal-vettura rigward il-kontroll ta' l-emissjoniiet bil-kejl tal-valur lambda u l-kontenut tal-CO fil-gassijiet ta' l-exhaust skond it-taqsima 4 jew il-proċeduri proposti mill-fabbrikanti u approvati fil-waqt ta' l-approvazzjoni għat-tip. Għal kull wieħed mit-testijiet il-mutur trid tkun ikkondizzjonata skond ir-rakkommandazzjonijiet tal-fabbrikant tal-vettura. 4. L-emissjonijiet mit-tubu ta' l-exhaust - il-valuri tal-limiti Il-kontentut massimu tal-CO permess fil-gassijiet ta' l-exhaust irid ikun dak iddikjarat mill-fabbrikant tal-vettura. Meta ma jkunx disponibbli dan it-tagħrif, il-konenut tal-CO ma jridx jaqbeż dan li ġej: (i) Il-kejl meta l-mutur tkun fl-idle: Il-kontentut massimu tal-CO permissibbli fil-gassijiet ta' l-exhaust ma jridx jaqbeż iż-0,5 % vol. u għall-vetturi li jkunu approvati għat-tip skond il-valuri tal-limiti murija fir-ringiela A u r-ringiela B tat-tabella fit-taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE [2] jew l-emendi iktar tard, il-kontenut massimu tal-CO ma jridx jaqbeż iż-0,3 % vol. Meta ma tkunx possibbli l-identifikazzjoni għad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE allura għandu japplika dan ta' hawn fuq għall-vetturi rreġistrati jew imdaħħla għax-xogħol għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2002. (ii) Fil-kejl fil-veloċità għolja ta' l-idle (mingħajr tagħbija), il-veloċità tal-mutur għandha tkun ta' mill-inqas 2000 min−1 massimu ta' 0,3 % vol., u għall-vetturi li jkunu ġew approvati għat-tip skond il-valuri tal-limiti murija fir-ringiela A jew ir-ringiela B tat-tabella fit-taqsima 5.3.1.4. ta' l-Anness I mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE jew l-emendi iktar tard, il-kontenut massimu tal-CO ma jridx jaqbeż iż-0,2 % vol. Meta ma tkunx possibbli l-identifikazzjoni għad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE, allura għandu japplika ta' hawn fuq għall-vetturi rreġistrati jew imdaħħla għax-xogħol għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2002. Il-lambda: 1 ± 0,03 jew skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant. (iii) Għall-vetturi bil-mutur mgħammra bis-sistemi dijanjostiċi abbord (DAB) skond id-Direttiva 70/220/KEE (kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE u l-emendi sossegwenti) l-Istati Membri jistgħu bħala alternattiva għat-test speċifikat fl-intestatura (i) jistabbilixxu l-funzjonament korrett tas-sistema ta' l-emissjonijiet permezz tal-qari approprjat tal-mezz DAB u simultanjament jiċċekkjaw il-funzjonament kif jixraq tas-sistema DAB. 8.2.2. Il-vetturi bil-mutur mgħammra b'magni (diesel) li jaqbdu bil-kompressjoni (a) L-opaċità tal-gass ta' l-exhaust li trid tiġi mkejla matul l-aċċelerazzjoni ħielsa (mingħajr tagħbija mill-idle sal-veloċità tal-cut off) bil-gear newtrali u l-clutch magħfus. (b) Il-prekondizzjonament tal-vettura: 1. Il-vetturi jistgħu jiġu ttestjati mingħajr prekondizzjonament għalkemm għal raġunijiet ta' sigurtà għandhom isiru kontrolli illi l-mutur tkun sħuna u f'kondizzjoni mekkanika sodisfaċenti. 2. Għajr kif speċifikat fis-subparagrafu (d)(5), l-ebda vettura ma għandha tiġi mwaħħla mit-testijiet għajr jekk tkun ġiet ipprekondizzjonata skond il-ħtiġiet li ġejjin: (i) Il-mutur trid tkun sħuna għal kollox, per eżempju t-temperatura taż-żejt tal-mutur mkejjel b'sonda mill-pajp tal-ħadida li timmarka l-livell taż-żejt tkun mill-inqas ta' 80 °C, jew it-temperatua normali tal-blokka mkejla fil-livell tar-radjazzjoni infra red tkun mill-inqas ta' temperatura ekwivalenti. Jekk, minħabba l-konfigurazzjoni tal-mutur, dan il-kejl ma jkunx prattiku, il-mod kif tiġi stabbilita t-temperatura normali tal-ħidma tal-mutur jista' jsir b'mezzi oħra, per eżempju bit-tħaddim tal-fan tat-tkessiħ tal-mutur. (ii) Is-sistema ta' l-exhaust għandha tiġi mnaddfa b'mill-inqas tliet ċikli ta' aċċelerazzjoni jew b'metodu ekwivalenti. (ċ) Il-proċedura tat-test: 1. L-ispezzjon viżwali ta' kull tagħmir tal-kontroll ta' l-emissjonijiet imwaħħal mill-fabbrikant sabiex jiġi ċċekkjat illi huwa komplet u f'kondizzjoni sodisfaċenti u li ma jkunx hemm tnixxijiet. 2. Il-mutur u kull turbo-charger imwaħħal, li jridu jkunu idle qabel il-bidu ta' kull ċiklu ta' aċċelerazzjoni ħielsa. Għall-vetturi tax-xogħol tqil li jaħdmu bid-diesel, dan ifisser stennija ta' mill-inqas 10 sekondi wara r-rilaxx tal-kontroll tal-karburant. 3. Sabiex jinbeda kull ċiklu ta' aċċelerazzjoni ħielsa, il-pedala tal-gass trid titniżżel għal kollox, bil-ħeffa u b'mod kontinwu (f'inqas minn sekonda) imma mhux fil-goff, hekk li tinkiseb il-kunsinna massima mill-pompa ta' l-injezzjoni. 4. Matul kull ċiklu ta' aċċelarazzjoni ħielsa, il-mutur għandha tilħaq il-veloċità tal-cut-off jew, għall-vetturi bit-trasmissjonijiet awtomaiċi, il-veloċità speċifikata mill-fabbrikant jew, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, allura l-veloċità ta' żewġ terzi tal-veloċità tal-cut-off, qabel ma jiġi rrilaxxjat il-kontroll tal-karburant. Dan jista' jiġi ċċekkjat, per eżempju, billi tiġi mmonitorjata l-veloċità tal-mutur jew billi jitħalla jgħaddi biżżejjed żmien bejn il-għafis inizjali tal-kontroll tal-karburant u r-rilaxx, li fil-każ tal-vetturi tal-kategoriji 1 u 2 ta' l-Annes I, għandu jkun ta' mill-inqas żewġ sekondi. (d) Il-valuri tal-limiti: 1. Il-livell tal-konċentrament ma jridx jaqbeż il-livell irreġistrat fuq il-pjanċa skond id-Direttiva 72/306/KEE [3]. 2. Meta ma jkunx disponibbli dan it-tagħrif jew meta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jużawhx bħala riferiment, il-livell tal-konċentrament ma jridx jaqbeż il-livell iddikjarat mill-fabbrikant jew il-valuri tal-limiti ta' koeffiċjent ta' l-assorbiment li huma kif ġej: Il-koeffiċent massimu ta' l-assorbiment għal: - il-magni tad-diesel li jieħdu l-arja b'mod normali = 2,5 m−1 - il-magni tad-diesel turbo-charged = 3,0 m−1 - għandu japplika limitu ta' 1,5 m-1 għall-vetturi li ġejjin li jkunu ġew appovati għat-tip skond il-valuri tal-limiti murija fi: (a) il-filliera B tat-tabella fit-taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE - (Vettura tax-Xogħol Ħafif - Euro4); (b) il-filliera B1 tat-tabelli fit-taqsima 6.2.1 ta' l-Anness I mad-Direttiva 88/77/KEE, kif emendata bid-Direttiva 1999/96/E [4] - (Vetturi tad-Diesel tax-Xogħol Tqil - Euro4); (ċ) il-filliera B2 tat-tabelli fit-taqsima 6.2.1 ta' l-Anness I mad-Direttiva 88/77/KEE, kif emendata bid-Direttiva 1999/96/KE - (Vettura tad-Diesel tax-Xogħol Tqil - Euro5); (d) il-filliera Ċ tat-tabelli fit-taqsima 6.2.1 ta' l-Anessi mad-Direttiva 88/77/KEE, kif emendata bid-Direttiva 1999/96/KE - (Vettura tax-Xogħol Tqil - EEV) jew il-valuri tal-limiti fl-emendi iktar tard tad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE, jew il-valuri tal-limiti fl-emendi iktar tard tad-Direttiva 88/77/KEE kif emendata bid-Direttiva 1999/96/KE, jew il-valuri ekwivalenti meta jintuża tagħmir ta' tip differenti minn dak użat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE. Meta ma tkunx possibbli l-identifikazzjoni għat-taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE jew għat-taqsima 6.2.1 ta' l-Anness mad-Direttiva 88/77/KEE, kif emendata bid-Direttiva 1999/96/KE allura ta' hawn fuq għandu japplika għall-vetturi rreġistrati jew imdaħħla għax-xogħol għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2008. 3. Il-vetturi rreġistrati jew imdaħħla għax-xogħol għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Jannar 1980 huma eżentati minn dawn il-ħtiġiet. 4. Il-vetturi għandhom jiġu mwaħħla fit-testijiet biss jekk il-medji aritmetiċi ta' mill-inqas tlieta miċ-ċikli ta' l-aċċelerazzjoni ħielsa jaqbżu l-valur tal-limiti. Dan jista' jiġi kkalkolat billi jiġi injorat kull kejl li ma jaqbilx b'mod sinifikanti mal-medju mqabbel, jew ir-riżultat ta' kull kalkolu statistiku ieħor li jqis it-tifrix tal-kejlijiet. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru taċ-ċikli tat-testijiet. 5. Sabiex jevitaw it-testijiet mhux meħtieġa, l-Istati Membri jistgħu, permezz ta' eċċezzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8.2.2(d)(4), iwaħħlu fit-testijiet lill-vetturi li jkunu kejlu valuri li jaqbżu b'mod sinifikanti l-valuri tal-limiti wara inqas minn tliet ċikli ta' aċċelerazzjoni ħielsa jew wara ċ-ċikli tat-tindif ta' l-intern (jew l-ekwivalenti) speċifikati fis-subparagrafu 8.2.2(b)2(ii). B'mod egwali sabiex jevitaw it-testijiet mhux meħtieġa, l-Istati Membri jistgħu, permezz ta' eċċezzjoni mid-dispożizzjonijiet tat-8.2.2(d)(4) jgħaddu mit-testijiet lill-vetturi li jkunu kejlu l-valuri b'mod sinifikanti taħt il-limiti wara inqas minn tliet ċikli ta' aċċelerazzjoni ħielsa jew tliet ċikli tat-tindif ta' l-intern (jew l-ekwivalenti) speċifikati fis-subparagrafu 8.2.2(b)2(ii). 8.2.3. It-tagħmir tat-testijiet L-emissjonijiet tal-vetturi jiġu ttestjati bl-użu tat-tagħmir iddisinjat sabiex jistabbilixxi b'mod eżatt jekk ġewx imħarsa l-valuri tal-limiti stabbiliti jew indikati mill-fabbrikant. 8.2.4. Meta, matul approvazjoni għat-tip tal-KE, tip ta' vettura tinstab li ma tissodisfax il-valuri tal-limiti stabbiliti b'din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu valuri tal-limiti ogħla għal dan it-tip ta' vettura fuq il-bażi tal-prova fornita mill-fabbrikant. Iridu jgħarrfu lill-Kummssjoni b'dan minnufih u l-Kummissjoni għandha min-naħa tagħha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra." [1] ĠU L 76, tad-9.3.1970, p. 1. [2] ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 1. [3] ĠU L 190, tal-20.8.1972, p. 1. [4] ĠU L 44, tas-16.2.2000, p. 1. --------------------------------------------------