Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003E0735

Il-pożizzjoni komuni tal-kunsill 2003/735/CFSP tat-13 t' Ottubru 2003 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/CFSP dwar l-Iraq

ĠU L 264, 15.10.2003, p. 40–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2003/735/oj

32003E0735



Official Journal L 264 , 15/10/2003 P. 0040 - 0040


Il-pożizzjoni komuni tal-kunsill 2003/735/CFSP

tat-13 t' Ottubru 2003

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/CFSP dwar l-Iraq

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u speċjalment l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Fis-7 ta' Lulju 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/CFSP dwar l-Iraq [1] li timplimenta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1483 (2003), li tħassar il-projbizzjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-Iraq u l-forniment ta' riżorsi finanzjarji u ekonomiċi lill-Iraq stabbilit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 661 (1990) u riżoluzzjoniet relevanti ta' wara fosthom Riżoluzzjoni 778 (1992), b'eċċezzjoni għall-projbizzjonijiet konnessi ma' bejgħ jew provista lill-Iraq ta' armi u materjal konness ieħor barra dawk l-armi u materjal konness meħtieġa mill-Istati Uniti ta' l-Amerika u mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li jipposjedu setgħat taħt kmand unit (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "l-Awtorità"), u jimponu miżuri ġodda.

(2) Hemm bżonn ta' ċarezza dwar ċerta dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni 2003/495/CFSP.

(3) Hemm bżonn ta' azzjoni mill-Kommunita' sabiex timplimenta ċerta miżuri,

ADOTTAT DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2003/495/CFSP għandu jkun mibdul kif ġej:

"Artikolu 2

Il-fondi kollha jew assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi:

(a) tal-Gvern ta' qabel ta' l-Iraq jew tal-korpi ta' l-Istat tiegħu, korporazzjonijiet jew aġenziji allokati barra l-Iraq fid-data tat-22 ta' Mejju 2003, bħal ma hu nominat mill-Kumitat stabbilit skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurta' 661 (1990) jew

(b) li kienu mneħħija mill-Iraq, jew akkwistati minn Saddam Hussein jew uffiċjali anzjani oħra tar-reġim ta' qabel ta' l-Iraq u l-membri tal-familja tal-qrib, fosthom miżmuma jew kontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn persuni li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, bħal ma huwa nominat mill-Kumitat stabbilit skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 661 (1990),

għandhom ikunu iffriżati mingħajr dewmien u, kemm-il darba dawn il-fondi jew assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi huma nfushom suġġetti għall-garanzija jew sentenza ġudizzjali, amministrattiva jew ta' arbitraġġ bil-quddiem, f'liema każ jistgħu jintużaw biex jissodisfaw din il-garanzija jew sentenza, l-Istati Membri għandhom jikkawżaw it-trasferiment tagħhom mingħajr dewmien fill-Fond ta' l-Iżvilupp għall-Iraq skond il-kondizzjonijiet imħejjija fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1483 (2003)."

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni se tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fill-Lussemburgu, fit-13 t'Ottubru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] ĠU L 169, tat-8.7.2003, p. 72.

--------------------------------------------------

Top