Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0076

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-1 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data ta' l-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.

    ĠU L 29, 5.2.2003, p. 22–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/08/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/76(1)/oj

    32003D0076



    Official Journal L 029 , 05/02/2003 P. 0022 - 0024


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    ta' l-1 ta' Frar 2003

    li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data ta' l-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.

    (2003/76/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li jkun ikkunsidra l-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data ta' l-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar, u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

    Wara li jkun ikkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li jkun ikkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi:

    (1) Taħt l-Artikolu 97 tat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), it-Trattat skada nhar it-23 ta' Lulju 2002.

    (2) Il-Protokoll anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ "il-Protokoll") jittrasferixxi l-attiv u passiv tal-KEFA lill-Komunità Ewropea u jassenja l-valur nett ta' dawn l-attiv kif jidher fil-karta tal-bilanċ tal-KEFA tat-23 ta' Lulju 2002, biex issir ir-riċerka fl-oqsma li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija tal-faħam u l-azzar. Dan l-użu ta' l-attiv jaqbel mar-riżoluzzjoni dwar it-tkabbir u l-impieg aċċettata mill-Kunsill Ewropew waqt il-laqgħa li kellha f'Amsterdam nhar is-16 u s-17 ta' Ġunju 1997 [3], u mar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill u r-Rappreżentattivi tal-Ġvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, ta' l-20 ta' Lulju 1998 [4] u l-21 ta' Ġunju 1999 [5].

    (3) Huwa meħtieġ li jistabbilixxi it-tqassim tar-riċerka ta' l-approprjazzjonijiet bejn iż-żewġ setturi kkonċernati.

    (4) Huwa meħtieġ li jistabbilixxi ir-regoli biex jiġi implimentat il-Protokoll, u partikolarment il-proċeduri li bihom jittieħdu d-deċizjonijiet biex jiġu adottati l-pariri finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni ta' l-attiv tal-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar u l-pariri tekniċi multiannwali għall-programm tar-riċerka tal-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ "il-programm"), billi wieħed ma jinsiex li kemm-il darba mhux previst mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-attiv skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li tistabbilixxi il-Komunità' Ewropeà u l-leġislazzjoni sekondarja adottata fuq il-bażi tagħha.

    (5) Meta t-Trattat tal-KEFA jiskadi, ċerti attivitajiet finanzjarji, li jinvolvu kemm introjtu kif ukoll neċessarju, se jkunu bid-dejn, kawża ta' l-implimentazzjoni tal-budget operattiv tal-KEFA ta' snin ta' qabel u attivitajiet ta' self ta' flus tal-KEFA.

    (6) Huwa meħtieġ li tiġi nnominata l-istituzzjoni responsabbli għal-istralċ ta' dawn l-operazzjonijiet u tistabbilixxi l-proċeduri meħtieġa biex isir dan. Huwa bix-xieraq li tiġi inkarigata l-Kummissjoni mill-istralċ u li tiddeċiedi li l-proċeduri li jiġu segwiti jkunu dawk li se jiġu fis-seħħ nhar it-23 ta' Lulju 2002, skond it-Trattat ta' KEFA u l-leġislazzjoni sekondarja.

    (7) Waqt il-laqgħa li kellha nhar il-11 ta' Settembru 1996, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-riservi għandhom ikopru, 100 % tad-dejn mhux imħallas minn l-Istati Membri garanti, wara l-2002. Il-fondi tal-KEFA li ġew amministrati telgħu għal approssimament 1,6 biljun EURO nhar it-23 Lulju 2002. L-ammont għad irid jvarja skond l-attivitajiet finanzjarji li għad iridu jseħħu qabel u wara li jiskadi t-Trattat tal-KEFA.

    (8) Billi debituri kontumaċja waqt il-perjodu ta' likwidazzjoni wara it-23 ta' Lulju 2002 u sabiex jiggarantixxu ta' kull sena stabilità fil-mezz ta' kejl tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar, kwalunkwé kontumaċja minn debitur tal-KEFA għandu l-ewwel jiġi iċċarġjat fuq il-kapital u wara fuq l-introjtu tal-fondi tar-riċerka,

    ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Il-Kummissjoni se tkun inkarigata mill-istralċ ta' attivitajiet finanzjarji tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar li jkun għadhom fis-seħħ meta jiskadi t-Trattat tal-KEFA Treaty. Billi debitur tal-KEFA kontumaċja waqt il-perjodu ta' likwidazzjoni, it-telf li jirriżulta se jkun iċċarġjat l-ewwel bih il-kapital eżistenti u wara l-introjtu tas-sena kurrenti. Il-Kummissjoni, qabel ma tikkanċella xi pretensjoni kontra debitur tal-KEFA kontumaċja, tqis ir-rimedji kollha inkluż it-talba fuq garanti (ipoteki, kawzjonijiet, garanti jew oħrajn). Il-Kummissjoni tirriserva l-azzjonijiet kollha possibbli f'każ li d-debitur jsib soluzzjoni.

    2. Il-likwidazzjoni se tkun immexxija skond ir-regoli u l-proċeduri li japplikaw għal dawn l-operazzjonijiet, filwaqt li l-istituzzjonijiet tal-Komunità jgawdu mill-poteri u prerogattivi eżistenti previsti mit-Trattar tal-KEFA u mill-leġislazzjoni sekondarja li daħlet fis-seħħ nhar it-23 ta' Lulju 2002.

    Artikolu 2

    1. Il-Kummissjoni se tkun inkarigata mill-attiv b'tali b'mod li tassigura prospetti fit-tul. L-investiment ta' l-attiv likwidu għandu jkun immirat għall-għola investiment possibbli li huwa kompatibbli mas-sigurtà.

    2. Il-Kunsill, li aġixxa b'maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta tal-Kummssjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, se jadotta gwidi finanzjarji multiannwali għal amministrazzjoni ta' l-attiv.

    Artikolu 3

    1. Kull sena se jinħadmu kont ta' qligħ u telf, karta ta' bilanċ, u rapport finanzjarju biex juru, separatament minn operazzjonijiet finanzjarji oħra tal-Komunitajiet li jkun fadal, l-operazzjonijiet ta' likwidazzjoni previsti fl-Artikolu 1 u l-operazzjonijiet ta' l-investiment taħt l-Artikolu 2.

    Dawn ir-rendikontijiet finanzjarji se jkunu annessi mar-rendikontijiet finanzjarji magħmula mill-Kummissjoni ta' kull sena taħt l-Artikolu 275 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea u r-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

    2. Il-poteri tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Qorti ta' l-Awdituri li jirrigwardaw il-kontroll u l-ħlas tad-dejn kif imsemmi fit-Trattat li tistabbilixxi il-Komunità Ewropea u fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jgħoddu għal operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 4

    1. Introjtu nett minn investimenti previsti taħt l-Artikolu 2 għandhom jikkostitwixxu introjtu fil-budget ta' l-Unjoni Ewropea. Dan l-introjtu għandu jkun assenjat għal raġuni speċifika, jiġifieri, riċerka finanzjarja proġettata fis-setturi relatati ma' l-industrija tal-faħam u l-azzar li mhux koperti mill-Programm tar-Riċerka. Dan se jifforma l-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar u se tkun inkarigata minnu l-Kummissjoni.

    2. L-introjtu msemmi fil-paragrafu 1 se jkun mqassam hekk, 27,2 % se jkun assenjat għar-riċerka li għandha x'taqsam mal-faħam u 72,8 % għar-riċerka li għandha x'taqsam ma' l-azzar. Fil-każ ta' bżonn, il-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jimmodifika l-iskomposizzjoni bejn ir-riċerka relatata ma' l-faħam u r-riċerka relatata ma' l-azzar.

    3. Il-proċeduri multiannwali tekniċi għall-programm se jkunu adottati mill-Kunsill li jrid jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta mill-Kummissjoni wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew.

    4. L-introjtu mhux użat u l-approprjazzjonijiet ġejjin minn dan l-introjtu li se jkunu għad-dispożizzjoni nhar il-31 ta' Diċembru ta' liema sena tkun, għandhom jinġarru automatikament għas-sena ta' wara. Dawn l-approprjazzjonijiet ma jistgħux jiġu trasferiti għal items oħra tal-budget.

    5. Approprjazzjonijiet tal-budget li jikkorrispondu ma' l-iskanċellatura tar-rabta għandhom ikunu awtomatikament preskrtitti fl-aħħar ta' kull sena Finanzjarja. Id-dispożizzjonijiet maħruġa għall-pubbliku minħabba l-iskanċellatura se jitnizzlu fil-karta tal-bilanċ u fil-kont ta' qligħ u telf previst fl-Artikolu 3(1) u se jkunu prospetti għall-ewwel għall-attiv tal-KEFA f'likwidazzjoni u konsegwentement, fuq Kompetizzjoni tal-likwidazzjoni, ta' l-Attiv tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar. L-ammonti akkwistati se jkunu mniżżla fil-karta tal-bilanċ u fil-kont ta' qligħ u telf bl-istess mod.

    Artikolu 5

    1. Introjtu nett qiegħed għad-dispożizzjoni (jew disponibbli) għar-riċerka finanzjarja proġettata għas-sena n + 2 se tkun irrekordjata fil-karta tal-bilanċ tal-KEFA f'likwidazzjoni tas-sena n, u, mat-tmiem tal-likwidazzjoni, fil-karta tal-bilanċ ta' l-Attiv tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.

    2. Sabiex jonqos il-flatwazzjoni fil-fondi tar-riċerka dovut għall-movimenti finanzjarji mqiegħda fis-suq, għandu jsir livellar u jkun hemm disposizzjonijijiet ta' kontinġenza. Id-dettalji tal-kalkulazzjonijiet għal livellar li jiddeterminaw id-daqs tad-dispożizzjonijiet ta' kontinġenza jinsabu fl-Anness.

    Artikolu 6

    L-investiment amministrattiv li huwa riżultat tal-likwidazzjoni, l-investment u l-amministrazzjoni ta' l-operazzjonijet msemmija f'din id-deċiżjoni, li jikkorrispondu ma' l-investiment stabbilit fl-Artikolu 20 tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tat-8 t'April 1965, l-ammont li minnu ġie aġġustat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 1977, għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropeà.

    Artikolu 7

    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont t'attiv u passiv tal-KEFA f'karta tal-bilanċ li nqalgħet nhat it-23 ta' Lulju 2002.

    Artikolu 8

    Din id-deċiżjoni tiġi fis-seħħ l-għada li tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeà.

    Għandha tgħodd mill-24 ta' Lulju 2002.

    Artikolu 9

    Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Frar 2003.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    G. Papandreou

    [1] ĠU C 180, 26.06.01, p. 4.

    [2] ĠU C 177, 25.07.02, p. 28.

    [3] ĠU C 236, 02.08.97, p. 3.

    [4] ĠU C 247, 07.08.98, p. 5.

    [5] ĠU C 190, 07.07.99, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Il-proċeduri li ġejjin jistabbilixxu l-ammont ta' introjtu nett li għandu jiġi assenjat għall-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar

    1. INTRODUZZJONI

    L-Introjtu nett li jista' jiġi użat biex jiffinanzja proġetti ta' riċerka li jikkorrispondi mar-riżultat nett ta' kull sena tal-KEFA f'likwidazzjoni u konsegwentement, meta l-likwidazzjoni tkun ġiet kompluta, għall-fini tar-riżultat nett ta' kull sena ta' l-Attiv tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar. Il-metodu użat jikkonsisti milli jiġu stabbilitti il-fondi għar-riċerka tal-faħam u l-azzar għas-sena n + 2 meta tiġi maħduma l-karta tal-bilanċ għas-sena n, wara li jkun ġie meqjus nofs iż-żieda jew tnaqqis fir-riżultat nett b'konnessjoni ma' l-aħħar lieva ta' fondi assenjat għar-riċerka tal-faħam u l-azzar.

    2. DEFINIZZJONI

    n : is-sena ta' referenza

    Rn : ir-riżultat nett għas-sena n

    Pn : id-disposizzjonijijiet ta' kontinġenza għas-sena n

    Dn + 1 : l-allokazzjoni għar-riċerka għas-sena n + 1 (jistabbilixxu meta l-karta tal-bilanċ għas-sena n - 1 tiġi maħduma)

    Dn + 2 : l-allokazzjoni għar-riċerka għas-sena n + 2

    3. L-ALGORITHMS UŻAT

    L-algorithms użat biex jistabbilixxi id-daqs tad-disposizzjonijijiet tal-kontinġenza u l-allokazzjoni għar-riċerka għas-sena n + 2, li se jidher fil-karta tal-bilanċ għas-sena n, huma kif ġejjin:

    3.1. iddaqs dispożizzjonijiet kontinġenza

    P

    = P

    + 0,5*

    Rn - Dn+1

    3.2. D

    = D

    + 0,5*

    Rn - Dn+1

    Meta approprjat, l-ammont meħtieġ għar-rounding up (jew l-ammont li jkun fadal mir-rounding down) għandu jkun meħud mid- (jew ritornat lid-) dispożizzjonijiet tal-kontinġenza.

    --------------------------------------------------

    Top