This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R2244
Commission Regulation (EC) No 2244/2002 of 16 December 2002 amending Regulation (EC) No 1622/2000 as regards the use of tartaric acid in wine products
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-użu ta’ l-aċidu tartariku fil-prodotti ta’ l-inbid
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-użu ta’ l-aċidu tartariku fil-prodotti ta’ l-inbid
ĠU L 341, 17.12.2002, p. 27–27
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 03/06/2008
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000R1622 | Tlestija | artikolu 8 | 06/01/2003 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32008R0423 |
Official Journal L 341 , 17/12/2002 P. 0027 - 0027
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-użu ta’ l-aċidu tartariku fil-prodotti ta’ l-inbid IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2585/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 46 tiegħu, Billi: (1) L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jippermetti ż-żieda ta’ aċidu tartariku fil-prodotti ta’ l-inbid in kwistjoni. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 ta’ l-24 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prassi u proċessi oenoloġiċi [3], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2066/2001 [4], jistabbilixxi, b’mod partikolari, restrizzjonijiet u ħtiġijiet li jappartjenu għall-użu ta’ ċerti sustanzi awtorizzati permezz tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. (3) L-aċidu tartariku, imsejjaħ ukoll aċidu L-tartariku, u l-imluħa tiegħu huma l-uniċi sustanzi li huma permessi għall-bżonnijiet ta’ aċidifikazzjoni u de-aċidifikazzjoni tal-prodotti ta’ l-inbid kif iseħħu naturalment fl-għeneb u fl-inbid. (4) L-Uffiċju Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid adotta, f’Ġunju ta’ l-2000, reżoluzzjoni li taġġorna l-Kodiċi Internazzjonali Oenoloġika l-monograff li tistabbilixxi l-karatteristiċi u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ purità ta’ l-aċdu L tartariku li jista’ jkun użat fil-produzzjoni ta’ l-inbid, li jidentifika l-aċidu tartariku bħala "aċidu naturali estratt mill-għeneb". Dawn il-kriterji ta’ purità huma iktar kompluti iżda xorta waħda jikkorrispondu għal dawkimniżżla fid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE tat-2 ta’ Diċembru 1996 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi ta’ purità fl-addittivi ta’ l-ikel barra minn kuluri u ħlewwiet [5], kif l-aħħar emendat permezz tad-Direttiva 2002/82/KE [6]. (5) Sabiex ikun assigurat grad għoli ta’ kwalità, u b’mod partikolari sabiex tkun ippreservata l-awtentiċità u l-karattru naturali ta’ l-inbid in konformità ma’ prassi tajba oenoloġika, il-ħtieġa li l-aċidu tartariku li jista’ jkun użat fil-produzzjoni ta’ l-inbid għandu jkun ta’ oriġini agrikulturali, li jieħu in konsiderazzjoni l-ispeċifikazzjonijiet tal-Kodiċi Oenoloġiki Internazzjonali ta’ l-Uffiċju Internazzjoni tad-Dielja u l-Inbid, għandu jkun inkorporat fir-Regolament (KE) Nru 1622/2000. (6) Il-miżuri pprovduti għalihom f’dan ir-Regolament huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-paragrafu segwenti huwa miżjud ma’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000: "Aċidu tartariku, liema użu huwa pprovdut għalih fl-Anness IV(1)(l) u (m) u l-Anness IV(3)(k) u (l) għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, imsejjaħ ukoll aċidu L-tartariku, għandu jkun ta’ oriġini agrikulturali u estratt speċifikatament minn prodotti ta’ l-inbid. Għandu wkoll jikkonforma mal-kriterji ta’ purità skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE [7]." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, is-16 ta’ Diċembru 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. [2] ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 10. [3] ĠU L 194, tal-31.7.2000, p. 1. [4] ĠU L 278, tat-23.10.2001, p. 9. [5] ĠU L 339, tat-30.12.1996, p. 1. [6] ĠU L 292, tat-28.10.2002, p. 1. [7] ĠU L 339, tat-30.12.1996, p. 1. --------------------------------------------------