EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2179

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2179/2002 tas-6 ta’ Diċembru 2002 fuq kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal

ĠU L 331, 7.12.2002, p. 11–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2179/oj

32002R2179



Official Journal L 331 , 07/12/2002 P. 0011 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2179/2002

tas-6 ta’ Diċembru 2002

fuq kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1365/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1) Miżuri ta’ intervent jistgħu jittieħdu għal-laħam tal-majjal jekk, fis-swieq rapreżentattivi tal-Komunità, il-prezz medju għall-karkassi tal-majjali hu ta’ inqas minn 103 % tal-prezz bażiku u aktarx li jibqa’ taħt dak il-livell.

(2) Il-prezzijiet tas-suq waqgħu taħt dak il-livell u, minħabba tendenzi staġunali u ċikliċi, din is-sitwazzjoni tista’ tippersisti.

(3) Miżuri ta’ intervent għandhom jittieħdu. Dawn jistgħu jkunu limitati għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 3444/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal [3], kif ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru. 3533/93 [4].

(4) Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2763/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal [5], il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tnaqqas jew testendi l-perjodu tal-ħażna. L-ammonti ta’ għajnuna għal perjodi speċifiċi ta’ ħażna, kif ukoll l-ammonti li għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu fl-eventwalità li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni bħal din għandhom ikunu ffissati.

(5) Sabiex tiffaċilita xogħol amministrattiv u ta’ kontroll li għandu x’jaqsam mall-konklużjoni tal-kuntratti, kwantitajiet minimi għandhom ikunu ffissati.

(6) Is-sigurtà għandha tkun iffissata f’livell li jassigura li dawk li jaħżnu jwettqu l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tagħhom.

(7) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Laħam tal-Majjal.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Mid-9 ta’ Diċembru 2002, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata jistgħu jiddaħħlu skond ir-Regolament (KEE) Nru. 3444/90. Il-lista tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna u l-ammonti rilevanti huma ppreżentati fl-Anness.

2. Jekk il-Kummissjoni testendi jew tnaqqas il-perjodu tal-ħażna, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun aġġustat kif mitlub miċ-ċirkustanzi. Iż-żidiet jew tnaqqis kull xahar u kull ġurnata huma ppreżentati fil-kolonni 6 u 7 ta’ l-Anness.

Artikolu 2

Il-kwantitajiet minimi għal kull kuntratt u kull prodott għandhom ikunu:

(a) 10 tunnellati għall-prodotti mingħajr għadam;

(b) 15-il tunnellata għal prodotti oħra.

Artikolu 3

Is-sigurtà għandha tkun 20 % ta’ l-ammonti ta’ għajnuna preżentati fl-Anness.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU L 156, tad-29.6.2000, p. 5.

[3] ĠU L 333, tat-30.11.1990, p. 22.

[4] ĠU L 321, tat-23.12.1993, p. 9.

[5] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 19.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

(EUR/tunnellati) |

Kodiċi CN | Prodotti li għalihom qed tingħata l-għajnuna | Ammont ta' għajnuna għal perjodu ta' ħażna ta' | Żieda jew tnaqqis |

3 xhur | 4 xhur | 5 xhur | Kull xahar | Kull ġurnata |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |

ex0203 | Laħam tal-majjal domestiku, frisk jew imkessaħ: | | | | | |

ex02031110 | Nofs karkassa mingħajr is-saqajn ta' quddiem, id-denb, il-kliewi, il-ġilda l-irqiqa u s-sinsla tad-dahar | 278 | 315 | 352 | 37 | 1,24 |

ex02031211 | Prieżet | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 |

ex02031219 | Spallejn | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 |

ex02031911 | In-naħat ta' quddiem bejn l-għonq u d-dahar jew żaqq | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 |

ex02031913 | Ġenbejn, bit-tarf ta' l-għonq jew mingħajru, jew it-truf ta' l-għonq separatament, ġenbejn bin-naħa l-wiesgħa tagħhom jew mingħajrha | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 |

ex02031915 | Żaqq, sħiħa jew imqattgħa b'qatgħa rettangolari | 164 | 197 | 230 | 33 | 1,09 |

ex02031955 | Żaqq, sħiħa jew imqattgħa b'qatgħa rettangolari, mingħajr ġilda u kustilji | 164 | 197 | 230 | 33 | 1,09 |

ex02031955 | Saqajn, spallejn, in-naħat ta' quddiem bejn l-għonq u d-dahar jew żaqq, ġenbejn bit-tarf ta' l-għonq jew mingħajru, jew it-truf ta' l-għonq separatament, ġenbejn bin-naħa l-wiesgħa jew mingħajrha, mingħajr għadam | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 |

ex02031955 | Qatgħat li jikkorrispondu għan-naħa tan-nofs, bil-ġilda u x-xaħam jew mingħajrhom, mingħajr għadam | 255 | 290 | 325 | 35 | 1,17 |

ex02031959 | Qatgħat li jikkorrispondu għan-naħa tan-nofs, bil-ġilda u x-xaħam jew mingħajrhom, bl-għadma | 255 | 290 | 325 | 35 | 1,17 |

--------------------------------------------------

Top