Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0039

Id-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji

ĠU L 176, 5.7.2002, p. 21–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/39/oj

32002L0039



Official Journal L 176 , 05/07/2002 P. 0021 - 0025


Id-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ta' l-10 ta' Ġunju 2002

li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L- UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2), l-Artikolu 55 u l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Fir-Riżoluzzjoni tagħha tas-7 ta' Frar 1994 dwar l-iżvilupp tas-servizzi postali Komunitarji [5], il-Kunsill identifika bħala waħda mill-miri ewlenija tal-politika postali Komunitarja r-rikonċiljazzjoni tat-titjib tal-liberalizzazzjoni gradwali, kkontrollata tas-suq postali u dik ta' garanzija durabbli tad-disposizzjoni ta' servizz universali.

(2) Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern ta' servizzi postali Komuitarji u t-titjib ta' kwalità ta' servizzi [6] stabbiliet qafas regolatorju għas-settur postali f'livell Komunitarju, inklużi miżuri biex jiġi garantit servizz universali u jiġu stabbiliti limiti massimi għas-servizzi postali li Stati Membri jistgħu jirriservaw għall-provditur(i) tas-servizz universali tagħhom bl-iskop li jinżamm is-servizz universali, u skeda biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ftuħ ulterjuri tas-suq għall-kompetizzjoni, għall-iskopijiet li jiġi kkreat suq singolu f'servizzi postali.

(3) l-Artikolu 16 tat-Trattat jemfasizza l-post okkupat minn servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fil-valuri mqassma ta' l-Unjoni kif ukoll ir-rwol tagħhom fil-promozzjoni ta' koeżjoni soċjali u territorjali. Ikompli biex jgħid li għandha tingħata kura li dawn is-servizzi joperaw fuq il-bażi ta' prinċipji u kondizzjonijiet li jippermettulhom jissodisfaw il-missjonijiet tagħhom.

(4) Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Jannar 1999 [7] u tat-18 ta' Frar 2000 [8] dwar is-servizzi postali Ewropej jemfasizzaw l-importanza soċjali u ekonomika ta' servizzi postali u l-bżonn li tinżamm kwalità għolja ta' servizz universali.

(5) Il-miżuri f'dan il-qasam għandhom ikunu maħsuba b'tali mod li x-xogħolijiet soċjali tal-Komunità skond l-Artikolu 2 tat-Trattat, l-iktar, livell għoli ta' mpjieg u ta' protezzjoni soċjali, jintlaħqu wkoll bħala miri.

(6) Ir-rettikolat rurali postali inter alia f' reġjuni muntanjużi u gżejjer għandu rwol essenzjali fl-integrazzjoni ta' negozji fl-ekonomija nazzjonali/globali u f'li tinżamm koeżjoni f'termini soċjali u ta' impjieg f'reġjuni rurali muntanjużi u gżejjer.

(7) Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa' f'Lisbona, fit-23 u fl-24 ta' Marzu 2000, stabilixxa fil-konklużjonijiet tal-Presidenza tiegħu żewġ deċiżjonijiet li japplikaw għal servizzi postali, fejn kienet mitluba azzjoni mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Istati Membri skond il-poteri rispettivi tagħhom. L-azzjonijiet mitluba huma: l-ewwel, biex tiġi stabbilita sa l-aħħar ta' l-2000 strateġija għat-tneħħija ta' barrieri għas-servizzi postali, u t-tieni, sabiex issir iktar mgħaġġla l-liberalizzazzjoni f'oqsma bħal servizzi postali, bil-mira dikjarata li tkun sabiex jintlaħaq suq kompletament operazzjonali f'dawn is-servizzi.

(8) Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona ikkunsidrah essenzjali wkoll li, fil-kwadru tas-suq intern ta' ekonomija bbażata fuq it-tagħrif, jittieħed kont sħiħ tad-disposizzjonijiet tat-Trattat li jirrelataw għas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali u għall-intrapriżi fdati bl-operazzjoni ta' dawn is-servizzi.

(9) Il-Kummissjoni għamlet reviżjoni dettaljata tas-settur postali Komunitarju, inkluża l-kummissjoni ta' studji dwar l-iżviluppi ekonomici, socjali u teknologici fis-settur u kkonsultat estensivament ma' partijiet interessati.

(10) Is-settur postali Komunitarju jeħtieġ qafas modern regolatorju li jimmira b'mod partikolari biex itejjeb is-suq intern għal servizzi postali. Kompetittività miżjuda għandha tippermetti li s-settur postali jiġi integrat ma' metodi alternattivi ta' komunikazzjoni u tippermetti li l-kwalità tas-servizz provdut lil utenti li dejjem jiddomandaw iktar titjieb

(11) Il-mira bażika ta' salvagwardja tad-disposizzjoni durabbli ta' servizz universali li jaqbel ma' l-istandard ta' kwalità definit mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 97/67/KE fuq bażi konsistenti fil-Komunità tista' tiġi assigurata jekk, f' dan il-qasam, il-possibiltà li jiġu riżervati servizzi tinżamm u, fl-istess ħin, kondizzjonijiet ta' effiċjenza għolja assigurati bi grad suffiċjenti ta' libertà li jiġu provduti servizzi.

(12) Iż-żieda fid-domanda fis-settur postali kollu, prevista għat-terminu medju, tista' tgħin sabiex ikun hemm offset tat-telf tas-sehem tas-suq li l-provdituri tas-servizz universali jistgħu isofru bħala riżultat ta' ftuħ tas-suq ulterjuri u għalhekk ikun hemm iktar salvagwardja tas-servizz universali.

(13) Fost il-fatturi li jġibu bidla li teffettwa l-impjieg fis-settur postali, l-iżvilupp tekniku u l-pressjoni tas-suq għal gwadanni fl-effiċjenza huma l-iktar importanti; mill-fatturi rimanenti għal bidla, il-ftuħ tas-suq ikollu parti inqas prominenti. Il-ftuħ tas-suq jgħin għall-espansjoni tad-daqs globali tas-swieq postali, u kull tnaqqis fil-livelli tal-personal fost il-provdituri tas-servizz universali minħabba dawn il-miżuri (jew l-antiċipazzjoni tagħhom) x'aktarx ikunu offset bit-tkabbir li jirriżulta fl-impjieg fost operaturi privati u introduzzjonijiet oħra fis-suq

(14) Huwa approprjati li tiġi provduta f'livell Komunitarju skeda għall-ftuħ gradwali u kkontrollat ta' l-ittri fis-suq għall-kompetizzjoni li tippermetti lill-provdituri kollha ta' servizz universali żmien biżżejjed sabiex jitqiegħdu f'posthom miżuri oħra ta' modernizzazzjoni u ristrutturazzjoni meħtieġa sabiex ikun hemm assigurazzjoni tal-vijabilità tagħhom għal żmien twil taħt il-kondizzjonijiet ġodda tas-suq. Huwa wkoll meħtieġ perjodu ta' żmien approprjat sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jaddattaw is-sistemi regolatorji tagħhom għal ambjent iktar miftuħ. Hu għalhekk approprjat li jkun hemm provediment għal approċ pass b'pass għal ftuħ ulterjuri tas-suq, li jikkonsisti f'passi intermedji li jirrappreżentaw ftuħ sinifikanti imma kkontrollat tas-suq, b'warajh reviżjoni u proposta li tikkonferma, jekk approprjat, id-data ta' 2009 għat-tlestija kompleta tas-suq intern għal servizzi postali jew li jiddetermina pass rilevanti alternattiv lejh fid-dawl tar-riżultati ta' reviżjoni.

(15) Huwa approprjat li jiġi assigurat li l-fażijiet li jmiss tal-ftuħ tas-suq huma kemm sostanzjali in-natura kemm li jistgħu jintlaħħqu fil-prattika għall-Istati Membri waqt li wkoll jassiguraw il-kontinwazzjoni ta' servizz universali.

(16) Tnaqqis ġenerali sa 100 gramma fl-2003 u 50 gramma fl-2006 fil-limitu tal-piż tas-servizzi li jistgħu jiġu rriżervati għall-provdituri tas-servizz universali, kumbinat bil-ftuħ komplet għal kompetizzjoni ta' posta transfruntiera għal barra, b'eċċezzjonijiet possibbli sal-limitu neċessarju sabiex tiġi assigurata disposizzjoni ta' servizz universali, jirrappreżentaw fażijiet ulterjuri relattivament sempliċi u kkontrollati li madankollu huma sinifikanti.

(17) Fil-Komunutà, oġġetti ta' korrispondenza ordinarja li jiżnu bejn 50 gramma u 350 gramma jirrappreżentaw fuq medja bejn wieħed u ieħor 16 % tad-dħul totali postali tal-provdituri tas-servizz universali, li minnhom 9 % jikkorrispondu għal oġġetti ta' korrispondenza ordinarja li jiżnu bejn 100 gramma u 350 gramma, waqt li oġġetti ta' korrispondeza trans-fruntiera għal barra taħt il-limitu ta' piż ta' 50 gramma jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 3 % oħra, fuq medja, tad-dħul postali totali tal-provdituri tas-servizz universali.

(18) Limiti tal-prezz għas-servizzi kapaċi li jiġu rriżervati, ta' rispettivament tlieta fl-2003 u darbtejn u nofs fl-2006 it-tariffa pubblika għal oġġett ta' korrispondenza fl-ewwel livell ta' l-użin tal-kategorija standard l-iktar mgħaġġla, huma approrpjati in kombinazzjoni ma' limiti tal-piż ta' 100 gramma u 50 gramma meta applikabbli.

(19) Il-posta diretta diġà tirrappreżenta fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri suq dinamiku u li qed jikber bi prospetti sostanzjali ta' tkabbir waqt li fl-Istati Membri li jibqa' hemm potenzjal konsiderevoli għal tkabbir. Posta diretta hija diġà miftuħa fil-biċċa l-kbira għal kompetizzjoni f'sitt Stati Membri. It-titjib fil-flessibiltà tas-servizz u t-tqegħid ta' prezzijiet li jirriżulta minn kompetizzjoni itejjeb il-posizzjoni ta' posta diretta meta mqabbla ma' medja ta' komunikazzjoni alternattiva, li, imbagħad, x' aktarx twassal għal partiti postali ġodda bħal spin-off addizzjonali u ssaħħaħ il-posizzjoni ta' l-industrija postali in ġenerali. Madankollu, sal-limitu neċessarju sabiex tiġi assigurata l-provvista ta' servizz universali, għandu jkun provdut li posta diretta tista' tibqa' tiġi rriżervata fil-limiti tal-piż u tal-prezzijiet ta' hawn fuq.

(20) Posta għal barra transfruntiera tirrapreżenta fuq medja 3 % tad-dħul postali totali. Il-ftuħ ta' din il-parti tas-suq fl-Istati Membri kollha, b'eċċezzjonijiet li kienu jkunu neċessarji sabiex tiġi assigurata l-provvista ta' servizz universali, ikun jippermetti operaturi postali differenti li jiġbru, jorganizzaw u jittrasportaw il-posta kollha għal barra trans-fruntiera.

(21) Il-ftuħ ta' posta għal ġewwa transfruntiera għal kompetizzjoni tkun tippermetti li jiġu evitati l-limiti ta' 100 gramma fl-2003 u 50 gramma fl-2006 permezz ta' l-allokazzjoni mill-ġdid ta' l-impustar ta' proporzjon ta' posta domestika bl-ingrossa, biex b'hekk l-effetti tiegħu ma jkunux jistgħu jiġu ppreveduti. L-identifikazzjoni ta' l-oriġini ta' oġġetti ta' korrispondenza tista' tippreżenta diffikultajiet addizzjonali ta' applikabilità. limiti tal-piż ta' 100 gramma u 50 gramma għal oġġett ta' korrispondenza ordinarju trans fruntier għal ġewwa u posta diretta, kif ukoll għal korrispondenza domestika ordinarja, huma prattiċi peress li ma jippreżentawx riskju ta' ċirkumvenzjoni jew b'dan il-mod jew permezz ta' żieda artifiċjali fil-piż ta' oġġetti individwali ta' korrispondenza.

(22) Li tiġi stabbilita skeda issa, li timmira lejn passi ulterjuri lejn li jseħħ kompletament suq intern għal servizzi postali, huwa importanti kemm għall-vijabbilità għal żmien twil tas-servizz universali u kemm għall-iżvilupp li jkompli ta' posta moderna u effiċjenti.

(23) Huwa approprjat li jibqa' jkun hemm provvediment għall-possibiltà għal Stati Membri li jirriżervaw ċerti servizzi postali għall-provditur(i) universali tagħhom tas-servizz. Dawn l-arranġamenti jippermettu lill-provedituri universali tas-servizz li jikkompletaw il-proċess ta' adattament ta' l-operazzjonijiet u r-riżorsi umani tagħhom għal kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni akbar mingħajr ma jitħawwad l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom u għalhekk mingħajr ma tiġi pperikolata s-salvagwardja ta' servizz universali.

(24) Huwa approprjat kemm li jiġu definiti limiti ġodda ta' piż u ta' prezz u s-servizzi li jistgħu japplikaw għalihom u kemm li jiġi provdut għal reviżjoni ulterjuri u konfirma ta' deċiżjoni, jekk approprjat, tad-data ta' l-2009 biex jintlaħaq kompletament is-suq intern għal servizzi postali, jew biex jiġi determinat pass alternattiv lejh fid-dawl tar-riżultati tar-reviżjoni.

(25) Miżuri adottati minn Stat Membru, inkluż l-istabbiliment ta' fond ta' kumpens jew kull bidla fl-operazzjoni tiegħu jew kull implimentazzjoni tiegħu, jew pagament minnu, jista' jinvolvi għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi ta' l-Istat fi kwalunkwe forma fis-sens ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat li tinneċessita notifika minn qabel lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(3) tiegħu,

(26) Il-kunċett ta' l-għoti ta' liċenza lil kompetituri fiż-żona ta' servizz universali jista' jiġi kkumbinat ma' ħtiġiet li jobbligaw li dawn il-liċenzi jikkontribwixxu għall-provvista ta' servizz universali.

(27) Id-Direttiva 97/67/KE stabbiliet li Stati Membri għandhom jinnominaw awtorità regolatorja waħda jew iktar għas-settur postali li huma legalment separati minn, u operazzjonalment indipendenti mill-operaturi postali. In vista tad-dinamiċi tas-swieq Postali Ewropej, ir-rwol importanti li awtoritajiet nazzjonali regolatorji jiżvolġu għandu jkun rikonoxxut u għandu jiġi estiż, b'mod partikolari fejn jidħol il-kompitu li jiġi assigurat li s-servizzi riżervati huma rispettati, ħlief fi Stati Membri fejn ma hemm ebda servizzi riżervati. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE jippermetti lil Stati Membri jmorru lil hinn mill-miri ta' dik id-Direttiva.

(28) Jista' jkun approprjat għal awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jorbtu l-introduzzjoni ta' liċenzi mal-ħtiġiet li konsumaturi tas-servizzi tal-liċenzjati għandu jkollhom proċeduri trasparenti, sempliċi u mhux għoljin disponibbli lilhom biex jittrattaw l-ilmenti tagħhom, minkejja l-fatt ta' jekk jirrelatawx għas-servizzi tal-provditur (i) tas-servizz universali jew għal dawk ta' operaturi fil-pussess ta' awtorizzazzjonijiet, inklużi detenturi individwali ta' liċenza, Jista' wkoll ikun approprjat li dawn il-proċeduri jkunu disponibbli lill-utenti tas-servizzi postali kollha, kemm jekk huma servizzi universali u kemm jekk le. Dawn il-proċeduri għandhom jinkludu proċeduri biex tiġi determinata responsabbiltà fil-każ ta' telf ta', jew ħsara lil, oġġetti tal-posta.

(29) Il-provdituri tas-servizz universali normalment jipprovdu servizzi, per eżempju lil klijenti kummerċjali, konsolidaturi ta' posta għal klijenti differenti u għal dawk li jibagħtu l-posta bl-ingrossa, u jippermettulhom jidħlu fil-proċess tal-posta f'punti differenti u taħt kondizzjonijiet differenti b'paragun mas-servizz standard ta' l-ittri. B'hekk, il-provdituri tas-servizz universali għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta' trasparenza u non-diskriminazzjoni, kemm bħal bejn partijiet terzi u kemm bħal bejn partijiet terzi u provdituri tas-servizz universali li jipprovdu servizzi ekwivalenti. Huwa wkoll neċessarju għal dawn is-servizzi li jkunu disponibbli għal klijenti privati li jimpustaw f'kondizzjonijiet simili, mogħti l-bżonn għal non-diskriminazzjoni fil-provvista tas-servizzi.

(30) Sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jibqgħu infurmati dwar l-iżvilupp tas-suq intern għal servizzi postali, il-Kumissjoni għandha regolarment tissottometti rapporti lil dawk l-istituzzjonijiet dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(31) Huwa approprjat li d-data għall-iskadenza tad-Direttiva 97/67/KE tiġi postposta sal-31 ta' Diċembru 2008. Proċeduri ta' awtorizzazzjoni stabbiliti fi Stati Membri in konformità mad-Direttiva 97/67/KE m'għandhomx jiġu effettwati b'din id-data.

(32) Id-Direttiva 97/67/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif dovut.

(33) Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat dwar il-kompetizzjoni u dwar il-libertà li jiġu provduti servizzi, kif spjegat b'mod partikolari fin-Notifika mill-Kumissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizjoni għas-settur postali u dwar l-istima ta' ċerti miżuri ta' l-Istat li jirrelataw għal servizzi postali [9],

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 97/67/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 7

1. Sa fejn neċessarju sabiex jiġi assigurat il-manteniment ta' servizz universali, Stati Membri jistgħu ikomplu jirriżervaw servizzi għall-provditur(i) tas-servizz universali. Dawk is-servizzi għandhom ikunu llimitati għal clearance, organizzazzjoni, trasport u kunsinna ta' oġġetti ta' korrispondenza domestika u korrispondenza għal ġewwa trans fruntiera, kemm b'kunsinn aaċċelerata u kemm jekk le, fil-limiti ta' kemm il-piż u kemm il-prezz li ġejjin. Il-limitu tal-piż għandu jkun 100 gramma mill-1 ta' Jannar 2003 u 50 gramma mill-1 ta' Jannar 2006. Dawn il-limiti tal-piż m'għandhomx japplikaw mill-1 ta' Jannar 2003 jekk il-prezz huwa ugwali għal, jew iktar minn, tliet darbiet it-tariffa pubblika għal oġġett ta' korrispondenza fl-ewwel livell tal-piż tal-kategorija l-iktar mgħaġġla, u, mill-1 ta' Jannar 2006, jekk il-prezz huwa ugwali għal, jew iktar minn, darbtejn u nofs din it-tariffa.

Fil-każ tas-servizz postali b'xejn għall-persuni neqsin mid-dawl u persuni b'vista parzjali, jistgħu jitħallew eċċezzjonijiet għar-restrizzjonijiet tal-piż u tal-prezz.

Sa fejn neċessarju sabiex tiġi assigurata provvista ta' servizz universali, posta diretta tista' tibqa' tiġi rriżervata fl-istess limiti tal-piż u tal-prezz.

Sa fejn neċessarju sabiex tiġi assigurata provvista ta' serviz uiversali, per eżempju meta ċerti setturi ta' attività postali diġà ġew liberalizzati jew minħabba l-karatteristiċi speċifiċi partikolari għas-servizzi postali fi Stat Membru, posta għal barra transfruntiera tista' tibqa' tiġi rriżervata fl-istess limiti ta' piż u ta' prezz.

2. L-iskambju ta' dokumenti ma jista' jiġi riżervat.

3. Il-Kummissjoni għandha tiffinalizza studju prospettiv li jistma, għal kull Stat Membru, l-impatt fuq servizz universali tat-tlestija kompleta tas-suq postali intern f'2009. Billi tibbaża fuq il-konklużjonijiet ta' l-istudju, il-Kumissjoni għandha tissottometti sal-31 ta' Diċembru 2006 rapport lill-Parlament Ewropew u lil-Kunsill li miegħu ikun hemm proposta li tikkonferma, jekk approprjat, id-data ta' l-2009 għat-tlestija tas-suq postali intern jew li tiddetermina kull pass ieħor fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' l-istudju.";

2. l-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Artikolu 12:

"- kull meta provdituri tas-servizz universali japplikaw tariffi speċjali, per eżempju għal servizzi għal negozji, dawk li jibagħtu l-posta bl-ingrossa jew konsolidaturi ta' posta minn klijenti differenti, għandhom japplikaw il-prinċipji ta' trasparenza u non-diskriminazzjoni fir-rigward ta' kemm it-tariffi u kemm il-kondizzjonijiet assoċjati. It-tariffi għandhom jieħdu kont ta' spejjeż evitati, meta pparagunati mas-servizz standard li jkopri l-firxa kompleta ta' fatturi offerti għall-clearance, it-trasport, l-organizzazzjoni u l-kunsinna ta' oġġetti postali individwali u, flimkien mal-kondizzjonijiet assoċjati, għandhom japplikaw ugwalment kemm bħal bejn partijiet terzi u kemm bħal bejn partijiet terzi u provdituri tas-servizz universali li jfornu servizzi ekwivalenti. Dawn it-tariffi għandhom ukoll ikunu disponibbli għal kijenti privati li jimpustaw taħt kondizzjonijiet simili,

- cross-subsidisation ta' servizzi universali barra s-settur riżervat minn dħul minn servizzi fis-settur riżervat għandu jiġi pprojbit ħlief sa fejn jidher li jkun strettament neċessarju sabiex jiġu sodisfatti obbligi speċifiċi ta' servizz universali imposti fiż-żona kompetittiva; ħlief fi Stati Membri fejn ma hemm ebda servizzi riżervati, regoli għandhom jiġu adottati għal dan l-iskop mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dawn il-miżuri.";

3. l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' l-Artikolu 19 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"Stati Membri għandhom jassiguraw li proċeduri trasparenti, sempliċi u mhux għaljin jitfaslu biex jiġu trattati ilmenti ta' utenti, partikolarment f każijiet li jinvolvu telf, serq, ħsara jew non-konformità ma' standards ta' kwalità ta' servizz (inklużi proċeduri biex jiġideterminat fejn hi r-responsabbiltà f' każijiet fejn iktar minn operatur wieħed hu involut).

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dan il-prinċipju huwa wkoll applikat lil benefiċjarji ta' servizzi li huma:

- barra l-qasam ta' applikazzjoni tas-servizz universali kif definit fl-Artikolu 3, u

- fil-qasam ta' applikazzjoni tas-servizz universali kif definit fl-Artikolu 3, imma li mhumiex provduti mill-provditur tas-servizz universali.

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex jasiguraw li l-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu jippermettu li disputazzjonijiet jiġu riżoluti b'mod ġust u malajr b'disposizzjoni, meta garantita, għal sistema ta' rimbors u/jew kumpens.";

4. it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 22 għandhom jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom bħala kompitu partikolari li jassiguraw konformità ma' l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva u għandhom, meta approprjat, jistabbilixxu kontrolli u proċeduri speċifiċi sabiex jassiguraw li s-servizzi riżervati huma rispettati. Jistgħu wkoll jiġu nkarigati b'li jassiguraw konformità mar-regoli ta' kompetizzjoni fis-settur postali."

5. L-Artikolu 23 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 23

Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 7, kull sentejn, fl-ewwel okkażjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2004, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluża l-informazzjoni approprjata dwar żviluppi fis-settur, partikolarment li jikkonċernaw aspetti ekonomiċi, soċjali, ta' l-impjieg u teknoloġiċi, kif ukoll dwar il-kwalità tas-servizz. Ir-rapport għandu jkollu miegħu meta approprjat proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.";

6. L-Artikolu 27 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 27

Id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, ħlief għall l-Artikolu 26, għandhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2008 sakemm ma jiġix deċiż xort' oħra skond l-Artikolu 7(3) Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni deskritti fl-Artikolu 9 m' għandhomx jiġu effettwati b'din id-data."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet aministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dan id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-10 ta' Ġunju 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

J. Piqué I Camps

[1] ĠU C 337 E, tat-28.11.2000, p. 220 uĠU C 180 E, tas-26.6.2001, p. 291.

[2] ĠU C 116, ta' l-20.4.2001, p. 99.

[3] ĠU C 144, 16.05.01, p. 20.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Diċembru 2000 (ĠU C 232, tas-17.8.2001, p. 287), il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2001 (ĠU C 110 E, tas-7.5.2002, p. 37) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2002 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002.

[5] ĠU C 48, tas-16.2.1994, p. 3.

[6] ĠU L 15, 21.01.98, p. 14.

[7] ĠU C 104, ta' l-14.4.1999, p. 134.

[8] ĠU C 339, tad-29.11.2000, p. 297

[9] ĠU C 39, tas-6.2.1998, p. 2.

--------------------------------------------------

Top