EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0993

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 Fuq l-iffirmar f'isem il-Komunità u l-aplikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fuq il-kummerċ ta' prodotti tessili bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Nepal mibdi fi Brussel fit-23 ta' Ottubru 2002

ĠU L 348, 21.12.2002, p. 120–153 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/993/oj

Related international agreement

32002D0993



Official Journal L 348 , 21/12/2002 P. 0120 - 0153


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-16 ta' Diċembru 2002

Fuq l-iffirmar f'isem il-Komunità u l-aplikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fuq il-kummerċ ta' prodotti tessili bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Nepal mibdi fi Brussel fit-23 ta' Ottubru 2002

(2002/993/KE)

Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim fuq il-kummerċ ta' prodotti tessili mar-Renju tan-Nepal f'isem il-Komunità Ewropea.

(2) Il-Ftehim kien mibdi fit-23 ta' Ottubru 2002.

(3) Bla ħsara għal reċiproċità, huwa xieraq li dan il-Ftehim jiġi applikat fuq bażi proviżjonali mill-1 ta' Jannar 2003 sad-dħul fis-seħħ tal-proċeduri relevanti għall-konklużjoni formali tiegħu,

(4) Suġġett għall-possibiltà tal-konkulżjoni tal-Ftehim f'data suċċessiva, il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunità,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Nepal fuq il-kummerċ ta' prodotti tessili huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konkluzjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuz ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuni awtorizzati li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Suġġett għal reċiproċita',il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżjonali mill-1 ta' Jannar 2003 sad-dħul fis-seħħ l-għeluq tal-proċeduri għall-konklużjoni tieghu.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Diċembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischer Boel

--------------------------------------------------

Top